Legislature:
Category:
Reset
Active:

bini ta' krimatorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jibni krimatorju li jkun jista' jintuża minn dawk il-persuni li juru ix-xewqa li jagħmlu dan? Jekk għandu il-ħsieb li jagħmel dan, meta jaħseb li dan il-proġett se jibda u jitlesta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Gvern m’għandux pjanijiet biex jibni krematorju pubbliku

Dejn tal-gvern ma' aġenti ta' prodotti farmasewtiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn sa Settembru 2012 il-gvern ma' aġenti li jissupplixxu prodotti farmasewtiċi għall-isptarijiet u qasam tas-saħħa? Jista' jagħti breakdown ta' dan id-dejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa jixtri mediċina b’termini ta’ kreditu ta’ 60 ġurnata minn meta l-mediċina tiġi ssuplixxita. Sa Settembru 2012 id-Dipartiment tas-Saħħa għandu jagħti is-somma ta’ €5,349,357 f’pagamenti li qabżu t-termini ta’ kreditu ta’ 60 ġurnata. Minħabba s-sensittivita kummerċjali il-breakdown ta’ dan id-dejn ma’ jistax jiġi mpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Kiri tas-servizzi tas-saħħa mingħand il-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-servizzi li qed jikri mingħand il-privat? Kemm ilu jikri dawn is-servizzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa ma jikrix servizzi imma jixtri servizzi. Dawn is-servizzi jinkludu kemm servizzi kliniċi kif ukoll servizzi amministrattivi.

Rata' ta' twelid f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' twelid f'Malta żdiditx jew naqsitx matul is-sena 2012 komperata mas-snin 2010 u 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 1971 tarbija f’Malta u Għawdex. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm twieldu trabi fl-ewwel sitt xhur tas-snin 2010-2012. Jannar – Gunju Numru ta’ trabi li twieldu fl-ewwel sitt xhur tas-sena. 2010 1867 2011 2047 2012 1971

Statistika fuq mard respiratorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk jieħu snin 2005 sa 2012, jarax trends ta' żieda jew tnaqqis ta' mard respiratorju madwar il-pajjiż? Mil-liema parti tal-pajjiż ġejjin dawn it-tibdiliet? Kien hemm xi studju biex isibu s-sors li qed jikkawża dan it-tibdil?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Maltese Cross Corp — servizz tal-Meals on Wheels

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li jimxu fuqhom il-Maltese Cross Corps sabiex persuna tingħata s-servizz tal-Meals on Wheels?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li persuni anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali huma eliġibli biex japplikaw għand il-Maltese Cross Corps għas-servizz tal-Meals-On-Wheels.

Servizzi ta' out-patiens u in-patients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex irċevew servizzi ta’ out-patients u in-patients separatament kull sena mill-2002 sal-2011 f’kull sptar tal-istat f’Malta separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont in-numru ta’ drabi li ngħataw servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina Erlotinib

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35355, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba l-kanċer, ma tingħatax lilhom jekk dawn ikunu jpejpu bħall-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Tarceva fiha s-sustanza attiva erlotinib. Tarceva huwa indikat għall-kura primarja ta’ pazjenti b’kanċer tal-pulmun mhux taċ-ċellula żgħira (NSCLC) avanzat lokalment jew metastatiku b’mutazzjonijiet li jattivaw lil EGFR. Il-pilloli erlotinib 150mg jinstabu fil-Formularju tal-Gvern. Skont il-protokoll tal-Gvern Erlotinib 150mg huwa rakommandat għall-kura ta’ pazjenti b’NSCLC avanzat lokalment jew metastatiku, wara li falla imqar kors wieħed minn qabel ta’ kimoterapija.. It-trattament huwa riservat għall-adenokarċinoma tal-bronkus f’pazjenti li ma jkunux ipejpu. Pazjenti li ġa ppruvaw żewġ korsijiet ta’ kimoterapija ma jikkwalifikawx għal dan it-trattament. Skont it-twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, pażjenti li bħalissa jpejpu għandhom jiġu avżati sabiex jiefqu jpejpu, minħabba li l-konċetrazzjonijiet fil-plażma ta’ erlotinib f’pazjenti li jpejpu huma mnaqqsa meta mqabbla ma’ dawk li ma jpejpux. L-ammont ta’ tnaqqis huwa probabbli li jkun klinikament sinnifikanti. Bħalissa l-Medicines Entitlement Uni’ m’għandu l-ebda applikazzjoni pendenti tal-pazjenta imsemmija mill-Onor. Interpellant, għal din il-mediċina.

stennija għal operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha żmien twil tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u s'issa għadhom ma tawhiex appuntament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-konsulent li huwa responsabbli mill-kura tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ġie nfurmat b’din it-talba u wara li ikkunsidra l-każ tagħha, din il-klijenta ser tingħata appuntament għal Marzu 2013 fil-pre-admission clinic li jmiss.

talba biex persuna tmur f'residenza

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u tixtieq li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul nhar il-Ħamis 6 ta’ Settembru 2012.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Riċetti għall-mediċini miġjuba permezz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet għandhom it-tobba Maltin dwar riċetti ta' mediċini li individwi jistgħu jġibu permezz tal-internet iżda minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk dawn l-istruzzjonijiet, jekk jeżistu humiex iddettati minn direttivi jew regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew inkella humiex stabbiliti mill-awtoritajiet lokali? Jekk huma stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, liema huma dawn id-direttivi jew regolament, jew jekk huma stabbiliti minn awtoritajiet lokali, liema awtoritajiet stabbilithom u għaliex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ma ħareġ l-ebda struzzjonijiet lit-tobba Maltin dwar ħruġ ta’ riċetti għall-medicini li individwi jistgħu iġibu permezz tal-internet. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kien ħareg circolari DH 276/2011 it-tobba u dentisti f’Diċembru tas-sena l-oħra fejn fakkarhom fl-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom meta joħorġu riċetti għal prodotti importati għall-użu personali. L-Awtoriotajiet tas-Saħħa dejjem saħqu mal-pubbliku l-ħtieġa li wieħed joqgħod attent meta jixtri mediċini minn fuq l-internet u dejjem skoraġġixxa dan minħabba raġunijiet ta’ sigurta`, kwalita` u effiċjenza tal-mediċini mixtrija. Ma hemm l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropeja dwar dan.

anzjani f'dar tal-anzjani privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skemi u/jew arranġamenti viġenti applikabbli għall-anzjani li jiġu riferuti lid-djar tal-anzjani privati u jagħti d-dettalji tagħhom u jgħid kemm persuni qed juzfruwixxu minn dawn l-iskemi u f'liema dar privata qiegħdin kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

CDAU — parkeġġ

Question

Peress li ripetutament qed ikun hemm ilmenti rigward nuqqas ta' parkeġġ għall-utenti tac-CDAU u anke minħabba ċ-ċitazzjonijiet li qed jingħataw in konsegwenza ta' dan, jista' l-Ministru jara kif din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 6 spazji riservati esklussivament għall-persuni li jużaw is-servizz ta’ CDAU. Ta’ min wieħed jinnota li mill-Isptar San Luqa illum hemm joperaw ħafna entitajiet oħra fosthom l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech u il-Klinika tal-Fiżjoterapija u l-Malta Enterprise u allura fl-allokazzjoni tal-parkeġġi wieħed irid jikkunsidra il-bżonnijiet ta’ dawn l-entitajiet ukoll.

Mediċina radioattiva għat-Tyhroid Ablation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li wara li ngħataw trattament bil-mediċina radioattiva Iodine għal Tyhroid Ablation, intbagħtu d-dar minflokk inżammu fil-post speċifiki għal wara dan it-trattament fl-Isptar Boffa? X'kienu l-istruzzjonijiet li ngħataw dawn il-pazjenti? Kif ġie mmaneġjat il-radioactive excreta ta' dawn il-pazjenti? X'kienet ir-raġuni li s-solita prassi ma nżammitx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li trid issir distinzjoni bejn żewg tipi ta’ trattament bl-jodju rajuattiv: (a) Dak għall-kura tal-kanċer tat-tirojde – fejn id-doża hija pjuttost qawwija u kull pazjent jinżamm f’kamra mgħammra apposta. Id-dranaġġ minn din il-kamra jinżamm f’sistema ta’ tankijiet, u id-dranaġġ jiġi mormi biss wara numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay . Il-pazjent jintbgħat id-dar biss wara li l-ammont ta’ radjuattivita miżmum fil-ġisem jaqa taħt livell aċċettabli. (b) Dak għall-kura tat- thyrotoxicosis – fejn id-doża hija ħafna inqas u t-trattament jingħata bħala out-patients . Għalhekk: 1) L-ebda pazjent li jirċievi kura għall-kanċer tat-tirojde fuq bażi ta’ in-patient ma jintbgħat id-dar qabel ċertu perjodu. 2) Kull pazjent li jingħata trattament bl-jodju rajuattiv ( in jew out patient ) jingħata fuljett ta’ informazzjoni qabel l-appuntament għat-trattament. Ikollu laqgħa qabel it-trattament fejn ikun jista’ jsaqsi mistoqsijiet, kif ukoll istruzzjonijiet bil-miktub fuq prekawzjonijiet ta’ sigurta mir-radjazzjoni. Dan skond A.L. 472 ta’ l-2004. 3) Id-dranaġġ jiġi miżmum għal numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay .

Mental Health Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Mental Health Board ġiex kompost u jekk ġie kompost min huma l-membri tal-istess bord? Jekk għadu ma ġiex imwaqqaf, meta se jiġi mwaqqaf? Meta kienet l-aħħar darba li ltaqa' dan il-bord?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Mental Health Board hu kompost minn: Mr Justice Victor Caruana Colombo, Chairman Mr Vince Tonna, Member Ms Connie Magro, Member Dr Edward Curmi, Member Dr Jean Pierre Giorgio, Member Ms Josephine Mifsud, Secretary Il-Bord jiltaqa’ b’mod regolari.

ikliet u riċevimenti organizzati l-ministeru

Question

ista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36810 u 32445 u jgħid matul is-sena 2011 u matul Jannar u Frar 2012 kemm ikliet u riċevimenti organizza l-ministeru, fejn ġew organizzati dawn l-ikliet u r-riċevimenti? Kemm swew kull wieħed u min kien mistieden għalihom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

wild minn ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' wild minn ommijiet xebbiet matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu ta' nazzjoanlità barranija u x'nazzjonalità għandhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imtarfa Home — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-impjegati li jaħdmu fl-Imtarfa Home, x'karigi għandhom, x'xogħol jagħmlu, ma' min huma impjegati, mal-gvern jew mal-kuntrattur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Imtarfa Home hemm total ta’ 44 Uffiċjal Pubbliku fil-gradi ta’ Assistant Care Worker, Assistant Foreman, Careworker, Departmental Nursing Manaer, Deputy Nursing Officer, Enrolled Nurse, Executive Officer, Nursing Aide, Nursing Officer, Security Guard, Senior Tradesman, Social Assistant u Staff Nurse. L-impjegati tal-kuntrattur li jaħdmu f’din id-Dar tal-Anzjani jaħdmu jew bħala carers jew bħala cleaners .