Legislature:
Category:
Reset
Active:

VAT Department — VAT inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm VAT inspectors fil-VAT Department? Dan huwa l-full compliment jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista' jgħid jekk il-VAT inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta' VAT inspectors, jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li rrikorrew għal xi servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji — konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jgħid għalfejn: a) f'kull każ, dawn il-konsulenti kollha ġew appuntati b' direct order ; u b) ma ġewx applikati l-provediment tar-regolamenti dwar il-kuntratti pubbliċi skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li d-direct orders jirreferu għal konsulenza, riċerka u / jew żvilupp ta' mudelli u liġijiet finanzjarji, strutturi regolatorji internazzjonali, sistemi fiskali u regoli ta' kondotta fin-negozju finanzjarju. Dan ix-xogħol ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni jagħmilha possibli għal Malta biex tikkonfronta b’suċċess lill-kompetituri tagħha fil-kamp finanzjarju. B’din ir-riċerka u dan l-iżvilupp, stajna nirrispondu aħjar u aktar malajr għad-domanda ta' attivita’ finanzjarja u dan minkejja l-isfidi ekonomiċi u istituzzjonali li d-dinja tinsab fihom illum. Dan huwa qasam ta' sensitivita’ kummerċjali kbira għal Malta li ma jippermettix sejħiet pubbliċi u l-MFSA tapplika r-regolament 17 (1) (k) tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubblici sabiex tipproteġi din il-kunfidenzjalita’ u l-interessi kompetitivi tagħna.

Servizz ta' konsulenti provduti lill-MFSA

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hu kienx jaf u approva din il-prassi tul dawn is-snin kollha li kull wieħed minn dawn il-konsulenti jiġu appuntati b'direct order? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-ittra ta' approvazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minkejja li r-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi ma japplikawx għal għoti ta’ servizzi jew konsulenza fuq riċerka, żvilupp u innovazzjoni, l-Awtorita’ għas-servizzi Finanzjarji tinforma lill-Ministeru tal-Finanzi b’kuntratti ta’ din in-natura.

Servizzi ta' konsulenti provduti lill-MFSA — għażla tal-konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jgħid: a) meta dawn il-konsulenti ġew magħżula b' direct order , xi proċess ġie applikat biex ġew assessed , magħżula u appuntati; u b) kif ġie aċċertat li l-konsulenti magħżula kienu l-aħjar possibli kemm fil-kompetenza kif ukoll fil-kwalifiki u li l-fees mħallsa lilhom kien l-aħjar valur għal flus possibli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li esperti ta’ fama fil-qasam ta’ suq finanzjarju regulat ma jiġux magħżulin fuq konsiderazzjoni ta’ prezz biss, iżda jingħata piż kbir lejn il-qasam speċjalizzat tagħhom, il-fiduċja li jgawdu u r-riżultati li jistgħu jġibu għal Malta. Dawn huma l-konsiderazzjonijiet prinċipali li jigwidaw lill-Bord tal-Gvernaturi tal-MFSA fl-għażla tagħha.

Rata tal-Fees fissa għas-servizzi ta' konsulenti provduti lill-MFSA

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jgħid meta ma ġietx iffissata r-rata tal-fees fis-siegħa, fuq liema bażi ġew ikkalkulati u mħallsa l-fees lil kull konsulent?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li il-konsulenti fil-lista provduta fir-risposta għal mistoqsija parlamentari numru 36897 kienu ingaġġati jew fuq bażi ta’ service contract, fejn jitħallsu ammont fiss fis-sena għal xogħol ta’ konsulenza kontinwa skond il-bżonn, jew fuq bażi ta’ ammont miftiehem minn qabel għal proġett ta’ xogħol definit, jew fil-każ ta’ konsulent wieħed, fuq pagament fis-siegħa ta’ rata ta’ fees li tkun miftiehma minn qabel u li tvarja skond il-grad tal-Konsulent (jiġifieri per eżempju jekk ikun partner b’rata mod u junior b’rata differenti). F’kull każ partikulari, meta jkun qed jiġu negozjati l -fees, tittieħed konsiderazzjoni tal- proġett innifsu u t-tip ta’ xogħol li jkun qed jiġi kkuntrattjat.

Servizzi ta' konsulenti provdutio lill-MFSA — kuntratti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti rispettivi ta' kull konsulent indikat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ippubblikar tal-kuntratti ikun ta’ ħsara ghall-kompetitivita tagħna, peress li kif ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 37450, il-konsulenzi, ir-riċerka u l-iżvilupp fil-kamp finanzjarju huwa ta' sensitivita’ kummerċjali kbira għal Malta. Ħafna minn dawn il-kuntratti ġew innegozzjati fuq livell għoli ta’ kunfidenzjalita’ - hekk li l-ippubblikar ta' dawn il-kuntratti jippreġudika il-kompetitivita’ ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni finanzjara meta kkomparata ma' ġurisdizzjonijiet oħra. Barra minn hekk ikun hemm riskju fejn dawn il-konsulenti, li huma pjuttost uniċi fil-qasam tagħhom, ma jibqgħux jagħtu konsulenzi lill-MFSA jekk il-kuntratt li sar magħhom b’mod kunfidenzjali jiġi espost fil-kamp pubbliku.

Extra Budgetry Units

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma ikkontribwew lill-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

kontribut dwar l-impatt tas-settur finanzarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut dwar l-impatt tas-settur finanzarju u attivitajiet relatati bħalma huwa egaming eċċ. f'pajjiżna bejn is-sena 2000 u 2012 fir-rigward ta' revenue bħala taxxi mħallsa u miġbura mill-gvern sena b'sena, il-ħolqien ta' impjiegi sena b'sena u total ta' impjiegi f’dan is-settur sal-lum; kemm jammontaw globalment illum cioè fis-sena 2012 id-dħul (pagi) tal-ħaddiema f'dan is-settur? Kemm kien il-kontribut tas-settur lejn it-tkabbir ekonomiku cioè l-GDP sena b'sena u kemm huwa maħsub li jiġu maħluqa impjiegi f'dan is-settur bejn is-sena 2012 u 2020?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

liġi finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

returns dwar il-vot kapitali tal-Ministeru

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620, 36038 u 36846, jista' l-Ministru issa jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li ġew privatizzati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36845 u igħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

households li għandhom apparat fotovoltajku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37487 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-households li għandhom apparat fotovoltajku u jinsabu issa mqabbda mal-grid tal-elettriku? Qegħdin jingħataw credits fil-kontijiet tagħhom għall-kontribut li qed jagħmlu fil-grid? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-billing ġiet aġġiornata u dawn l-accounts qed jiġu billed fuq rata u bażi ta’ sistema fotovoltajika. Dawn kollha huma mqabbda mall- grid ta’ l-elettriku u qed jiġu billed/credited skont iċ-ċiklu normali tal- billing . B’kollox kien hemm mal-5,085 applikazzjoni għal sistemi ta’ pannelli fotovoltajiċi. Minn dawn, hemm 317 minnhom li għad jridu jiġu proċessati u installati l-meters għalihom, fuq il-post.

qtugħ tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

qtugħ fil-provista tal-elettriku — kumpens għall-ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.