Scholarships — second degree courses jew PhD fil-European Studies
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm scholarships ingħataw għal second degree courses jew PhD fil-European Studies dawn l-aħħar għoxrin sena? Kemm swew dawn l-ischolarships?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-2006 ’l hawn ingħataw tliet scholarships għal Masters fil-European Studies. Dawn il-boroż ta’ studju swew €14,716.66.
Ingħataw ukoll dawn il-boroż ta’ studju li jistgħu jitqiesu relatati ma’ European Studies:
1
MA in European Politics, Business and Law
8,500.00
2
Masters in European Public Affairs
6,713.00
3
Masters in European Public Affairs
6,713.00
4
M.Sc. European Public Policy
8,500.00
5
M.A. European Politics, Business and Law
8,500.00
6
Masters in European & Comparative Law
6,000.00
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — entitajiet tal-internal audit
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li preżentament għandhom funzjoni ta' internal auditTista' tgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, tista' tgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb ukoll infakkru lill-Onor. Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘
Internal Audit’ ad hoc
jagħmlu użu mill-‘
Internal Audit and Investigations Department
’.
Faċilitajiet u Riżorsi f'kull skola għat-tfal b'challenging behaviour
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet u riżorsi hemm f'kull skola f'Għawdex u Malta għat-tfal b'challenging behaviour?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti jipprovdi fl-iskejjel servizzi li permezz tagħhom jingħata appoġġ lil studenti li qed jesperjenzaw diffikultà ta’ imġieba, kemm dik li ġejja minn diżabilità kif ukoll dik li ġejja minn diffikultajiet soċjali u emozzjonali. Dawn is-servizzi huma –
Autism Supporting Team
SEBD specialist
School Psychological Service
Counselling
Social Workers
Social Support Workers
F’numru ta’ skejjel hemm ukoll Learning Support Zones u Nurture Groups li joffru sapport lill studenti b’Social and Emotional Behaviour Difficulties (SEBD).
Għandna wkoll żewġ Learning Support Centres għal studenti li jkollhom bżonn proviżjoni edukattiva barra l-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed tagħmel il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u x'għamlet l-istess korporazzjoni f dawn l-aħħar xhur biex timplimenta r-rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar il-qasam tal-impjiegi għall-persuni b'diżabiltà?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif ħareġ ċar minn dan ir-rapport l-ETC dejjem żammet bħala wieħed mill-għanijiet ewlenija tagħha l-għajnuna u l-interventi possibli sabiex persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Infatti kif jgħid ir-rapport stess kien hemm ħafna miżuri u inizjattivi li ħadet il-korporazzjoni sew fil-passat kif ukoll fil-preżent sabiex tgħin lil dawn il-persuni u kategoriji oħra ta’ nies svantaġġjati li qed ifittxu x-xogħol. Dawn l-iskemi kollha ħallew impatt pożittiv. Minkejja dan dejjem hemm l-opportunita’ sabiex jiġu identifikati modi ta’ kif dan ix-xogħol jista’ jkun aħjar u aktar effettiv.
In-numru ta’ proposti li ħargu minn dan ir-rapport huma proposti li l-ETC qiegħda tevalwa sabiex isir pjan biex jitwettqu. Infatti hija l-intenzjoni tal-Korporazzjoni li tniedi inizjattivi fi żmien qasir.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuni li jieħdu l-kors tal-vet m'għadhomx jingħataw scholarship u għajnuna mill-gvern peress li dan il-kors isir barra u jiswa ħafna flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn kemm ilu d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja responsabbli mill-ischolarships, qatt ma ġiet irrifjutata applikazzjoni għax l-applikant xtaq jistudja għal vet.
Ninsab infurmata wkoll, illi taħt l-iskema tal-Malta Government Scholarships Scheme, ingħataw boroż ta’ studju fejn l-applikanti qed jistudjaw għal
vet
barra minn Malta.
Taħt l-iskemi Malta Government Scholarships Scheme (MGSS) u Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS), qatt ma saret xi restrizzjoni fuq l-ispeċjalità tal-istudji li l-applikant xtaq jagħmel.
Ninsab infurmata wkoll li l-Gvern, permezz ta’ Ministeru ieħor, joffri scholarships speċifikament għal min jixtieq jistudja għal
vet
.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-allowance li jingħataw il-membri li jikkomponu n-National Employment Authority meta dawn jitilgħu jagħmlu seduta f'Għawdex? Huwa minn li l-allowance hija waħda miżera u żgur ma tikkomplementax ix-xogħol siewi u li jsir fl-interess tal-regjonalità ta' din il-ġżira minn membri li jiffurmaw parti minn din l-awtorità? Ma jidhirlix li jekk l-istess awtorità tiddeċiedi li ma tagħmlix seduti f'Għawdex dan se joħloq inkonvenjent u tbatija kbira lil Għawdxin li l-każ tagħhom ikun irid jinstema Malta? Ma jidhirlix li l-ilment tal-istess membri tal-awtorità għandhom jiltaqgħu u l-istess awtorità tingħata post adegwat u diċenti f'Għawdex fejn tkun tista' taħdem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li meta l-membri tal-Bord tan-National Employment Authority jattendu għal laqgħa f’Għawdex jiġi pprovduti bit-trasport u jitħallas it-traġitt tal-vapur. Il-membri jingħataw ukoll allowance kif stabilita skont il-Public Service Management Code għal ħaddiema tal-gvern.
Bħalissa l-Bord qed jiltaqa’ fiċ-Ċentru tal-NGOs fix-Xewkija Għawdex u qed jiġi esplorat post alternattiv għal-laqgħat mal-Ministeru t’Għawdex.
Awtorità tax-Xogħol — permessi tax-xogħol għall persuni ta' nazzjonalità barranija
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuni kollha ta' nazzjonalità barranija fil-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament humiex koperti bil-permessi relattivi tal-Awtorità tax-Xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 (skont l-aħħar informazzjoni ppublikata), in-numru ta’ persuni li jahdmu mas-Sea Bank Hotel huwa ta 265, li minnhom 90 huma ta’ nazzjonalita’ barranija li għandhom engagement form mal-ETC.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti matul is-sena 2011 li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level)? Tista' tgħid kemm minn dawn l-istudenti daħlu fil-Foundation Course tal-MCAST għas-sena Akkademika 2011/2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-istudenti li attendew l-iskejjel tal-Gvern, l-iskejjel indipendenti u tal-knisja fis-sena skolastika 2010-2011.
L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar studenti li ma resqux għall-eżamijiet tas-SEC (O'Level) matul is-sena 2011 jew f’xi sena oħra. Għalhekk l-informazzjoni dwar l-istudenti li daħlu fil-Foundatiuon Course ma tistax tingħata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm dropouts mill-MCAST bejn l-2000 u din is-sena, sena b’sena? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont il-livelli li fihom waqfu mill-kors l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li kienu Form 5, bejn is-sena 2000 u din is-sena, fl-iskejjel sekondarji tal-gvern, tal-knisja u indipendenti, li m'għamlux O'levels? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li kien hemm diversi applikanti Għawdxin għal Diploma in Business and Management u peress li meta applikaw kienu qalulhom li jekk ikun hemm biżżejjed applikanti dan il-kors isir Għawdex u peress li kien hemm madwar 50 applikant iżda dan il-kors xorta ma sarx Għawdex, tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għal dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta ma toffrix kors li jwassal għal “Diploma in Business and Management”.
L-Università toffri Higher Diploma in Administration and Management li għalih ġew aċċettati żewġ applikanti Għawdxin. Toffri ukoll regolarment Diploma in Commerce fil-Kampus ta’ Għawdex.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis baġitarju
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtha xahar b'xahar sa Mejju 2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tiegħi f’Mistoqsija Parlamentari Numru 32678
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — ħaddiema b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tagħha? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.