Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ksur tar-regolamenti tal-ħabs
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tfittxija saret bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, b'mod separat, mill-SRT fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal affarijiet li jiksru r-regolamenti tal-ħabs? Kemm kien hemm tfittxijiet li rriżultaw fil-pożittiv?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Sena Numru ta Tfittxija Riżultati Pożittivi
2008 114 43
2009 230 74
2010 192 64
2011 (sa Awwissu) 233 40
Infurmat ukoll illi mill-2000 sal 2007 ma kienetx tinżamm statistika kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li qattgħu xi żmien f'solitary confinement bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena b'mod separat? Kemm damu f'kull każ u għaliex weħlu dan il-kastig? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza tiegħu f'solitary confinement? X'inhuma l-kundizzjonijiet li taħthom priġunier jinżamm f'solitary confinment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra informazzjoni dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni li qed tingħata tkopri l-perijodu mill-2007 sa Awwissu 2011 peress illi ma kienetx tinżamm statistika kompjuterizzata qabel l-2007.
Infurmat ukoll illi d-deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza tiegħu f'
solitary confinement
tittieħed mid-Direttur jew l-uffiċjal inkarigat mid-dixxiplina jew mit-tobba jekk ikun bżonn ta’ osservazjoni medika.
Dwar il-kundizzjonijiet infurmat illi meta priġunier jinżamm f’reklużjoni għal perjodu, dan jinżamm magħluq il-hin kollu f-lok li qiegħed għal hekk, mingħajr ma jingħata permess li jidħol ħadd ħdejh, ħlief b’servizz jew b’awtorizzazzjoni. Prigunier f’reklużjoni għandu l-fakulta' joħroġ miċ-ċella għal-siegħa fejn jista’ jċempel lill-qraba tiegħu jew jagħmel vista medika.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — gwardjani impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gwardjani impjegati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' gwardjani li sofrew minn xi inċidenti waqt il-qadi ta' dmirijiethom bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat? Jista' jgħid f'kemm minn dawn l-inċidenti kienu involuti priġunieri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm 153 Uffiċjal Korrettiv, 17-il Maġġur u 3 supervisors. Infurmat ukoll illi mill-2000 sal-2003 ma jirriżultax li kien hemm xi inċidenti msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Tagħrif dwar numru ta' persuni nvoluti huwa s-segwenti:-
Sena Gwardjani Nvoluti fl-Inċidenti Priġunieri Nvoluti fl-Inċidenti
2004 1 4
2006 2 Nil
2008 2 2
2009 3 Nil
2010 2 Nil
2011 1 1
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — sospensjoni ta' gwardjani impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-gwardjani impjegati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ġew sospiżi minħabba ksur ta' dixxiplina bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena b'mod separat? Jista' jagħti raġuni f'kull każ għaliex kien hemm din is-sospensjoni? Kemm huma dawk li ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm mill-gwardjani sospiżi eventwalment reġgħu ddaħħlu lura għax-xogħol?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2000 u l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 16-il gwardjan impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ġew sospiżi minħabba ksur ta' dixxiplina. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni aktar dettaljata.
Korp tal-Pulizija — pulizija li sofrew inċidenti jew ġew sospiżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-total ta' membri fil-Korp tal-Pulizija llum? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li sofrew minn xi inċident waqt il-qadi ta' dmirijiethom bejn is-sena 2004 u 2010 sena b'sena, b'mod separat? Jista' jgħid kemm kien hemm pulizija sospiżi mis-sena 2000 sal-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat? Fuq liema akkużi kienu sospiżi u ta' liema rank huma? Kemm huma dawk li ttieħdu passi kontra tagħhom fil-Qorti u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Kemm minn dawn il-pulizija sospiżi, eventwalment reġgħu ddaħħlu lura fil-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena it-total ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija kien jammonta għal 1,860.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp li weġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bejn is-sena 2004 u s-sena 2010, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:-
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
64
73
124
59
69
70
74
It-tagħrif dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija, ċioe’ in-numru ta’ membri tal-Korp sospiżi bejn is-sena 2000 u l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien kif gej:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
2007
2008
2009
2010
2011
2
7
Nil
4
1
3
4
2
5
2
4
3
Dwar ir-raba' parti tal-Mistoqsija, l-akkużi fil-konfront ta’ dawn il-membri tal-Korp hekk sospiżi, li kienu fil-gradi ta’ kuntistabbli jew surġenti, kienu jinkludu ħsara volontarja, serq, frodi, offiża fuq il-persuna, xhieda falza, pussess ta’ droga, attentat ta' omiċidju, offiżi sesswali, pornografija, kaċċa llegali u tixħim.
Dwar il-ħames parti tal-Mistoqsija, infurmat li ittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti fil-konfront ta’ dawk il-membri tal-Korp li kienu sospiżi, kif imsemmi aktar qabel. Is-sentenzi mogħtija fejn instabet ħtija, kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u interdizzjoni.
Fl’aħħarnett, dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, infurmat li minn dawk il-membri hekk sospiżi, s’issa kien hemm 6 membri tal-Korp li reġgħu daħlu lura għax-xogħol wara li l-każ tagħhom kien ġie deċiż.
Korp tal-Pulizija — ċertifikati ta' mertu lill-membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, sena b'sena, b'mod separat, kemm ingħataw ċertifikati ta' mertu lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li ddistingwew ruħhom b'għemilhom u fil-qadi ta' dmirijiethom? Jista' jagħti dettalji dwar ir-raġuni għaliex ingħata dan iċ-ċertifikat f'kull każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:W314 - Certifikati ta' Mertu lill-Membri.xls
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — lista' ta' konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenzi u ammonti rispettivi li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu taw matul l-aħħar għaxar snin lill-persuna/kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata xogħol ta' konsulenza lill-persuna u l-kumpanija li isimhom ntbagħat separatament, mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru jew ġew rappurtati reati f'Paceville bejn is-sena 2000 u Awwissu 2010, sena b'sena b'mod separat? X'tip ta' reati kienu? Kemm tressqu nies il-qorti b'rabta ma' dawn ir-reati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-sistema tal-Police Incident Reporting System hija bbażata fuq il-kunsilli lokali. Paceville huwa parti minn San Ġiljan u għalhekk ma jistgħax jiġi mifrud mil-lokalità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' immigranti bi status legali f'pajjiżna li ġew ri-allokati bejn Jannar u Awwissu 2011 lejn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, lejn l-Istati Uniti u lejn pajjiżi oħra? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin l-immigranti ripartijati, kemm kien hemm minnhom irġiel, nisa jew tfal u x'kienet l-età tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awwissu tal-2011, ġew ri-allokati jew ri-sistemati 101 immigrant bi protezzjoni u familjari tagħhom, kif spjegat fit-tabelli t'hawn taħt:-
Pajjiż
Persuni
Franza
1
Ġermanja
6
Stati Uniti tal-Amerika
94
Total
101
L-immigranti kienu ta’ dawn in-nazzjonalitajiet:
NazzjonalitàPersuni
Eritrea
58
Somalja
35
Etjopja
7
Sudan
1
Total
101
Fir-rigward ta’ sess u l-età, id-dettalji dwar il-persuni nvoluti kienu kif ġej:
Sess/adulti jew minuri
Persuni
Età
Persuni
Nisa
15
>60 sena
1
Nisa minuri
8
40 – 60 sena
1
Irġiel
72
30-39 sena
34
Irġiel minuri
6
20-29 sena
51
Total
101
16-19 sena
2
<16 sena
12
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ħarbiet kollha li seħħew mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mis-sena 2000 'l hawn, id-data tal-ħarba u ta' meta nqabdu, jekk inqabdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti data dwar meta s-sezzjoni tal-YOURS se toħrog ‘il barra mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-post li ġie allokat biex jilqa' s-sezzjoni ġdida tal-YOURS ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li hija l-intenzjoni tal-amministrazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin illi s-sezzjoni tal-YOURS tiġi rilokata fis-sit il-ġdid malajr kemm jista' jkun. Infurmat ukoll, madankollu, li l-post li fih se titwaqqaf is-sezzjoni l-ġdida tal-YOURS, li issa se tinkorpora wkoll taqsima għar-residenti femminili, jeħtieġ xogħol strutturali estensiv. Fil-preżent qed isir xogħol fuq id-disinn tal-pjanti bi preparazzjoni għal diskussjonijiet li għandhom isiru mal-MEPA fil-gimgħat li ġejjin. Dawn huma intiżi biex jiġu kkjarifikati l-parametri tal-proġett u biex jiffaċilitaw il-ħruġ tal-permess sabiex ikun jista' jibda x-xogħol.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' kull kumpanija li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, kemm ingħatat xogħol mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu mill-2004 sal-lum? F'kull każ, jista' jgħid kemm huwa l-valur involut? Jista' jgħid jekk hux kuntratt jew direct orders? Meta ngħata?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li ngħata xogħol lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jintbaghtu separatament mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Kummissarju tal-Pulizija hux japplika l-enforcement neċessarju sabiex il-kiosks li jintramaw fil-bajjiet, (liema permess jippermetti li jarmaw minn Mejju u jżarmaw f'Ottubru) huwiex jiġi eżegwit?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet dwar kiosks sabiex ikun zgurat li dawn ikunu qed joperaw skont il-permessi relattivi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid l-għaliex fl-2010, l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ma kienx ippermetta li jsir taħriġ kull nhar ta’ Erbgħa u jingħata time-off in lieu lill-membri ta’ din it-taqsima, bħalma jingħata l-istess kumpens lid-divers tal-istess dipartiment? Peress li r-risposta tal-uffiċjal imsemmi kienet li t-time-off jiswa’ l-flus u minħabba li kemm it-taqsima tal-klieb u kemm dik tad-divers jaqgħu taħt l-istess uffiċjal għaliex dan l-uffiċjal ma jiġbidx ħabel wieħed mat-taqsimiet tiegħu stess? Jista’ jagħti l-każ li l-mottiv ta’ dan kollu kien biex ineħħi mit-taqsima l-ħaddiema li kien hemm? Jaf il-Ministru kif qed imexxi dan l-uffiċjal? Jista’ jgħid ukoll għaliex kien qed jimxi b’żewġt uċuħ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li t-tip ta’ taħriġ li jsir mal-klieb fil-qasam tat-tfittxija huwa totalment differenti mit-taħriġ tad-divers. It-taħriġ li jsir mal-klieb jista' jsir fuq bażi individwali, filwaqt li dak tad-divers, minn natura tiegħu, orjentat lejn it-taħriġ kollettiv u għalhekk ma jkunx f’waqtu li wieħed iħallat iż-żewġ sitwazzjonijiet. Irid jiġi senjalat ukoll li filwaqt li l-ħaddiema li kienu assenjati mat-Taqsima tal-Klieb kienu jaħdmu hemm fuq bażi kontinwa u għalhekk kellhom żmien biżżejjed biex jinkludu wkoll eżerċizji ta’ taħriġ, id-divers mhumiex assenjat fuq dan ix-xogħol b’mod regolari peress li huma jservu fid-diversi stazzjonijiet u jagħmlu xogħol primarjament ta’ rescue u firefighting bħal ħaddiema l-oħrajn kollha. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li t-taħriġ tagħhom isir barra mill-ħin tax-xogħol normali tagħhom.
Għalhekk mhux qed jitmexxa b'żewġ uċuħ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klieb tal-Protezzjoni Ċivili (Bali, Nicky u Kira) għadhomx attivi fid-dipartiment? Jekk le, fejn jinsabu u xi proċess sar biex jitneħħew?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26907.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili jaħdmu fis-Sezzjoni tal-Klieb? Hemm xi voluntiera f'din it-taqsima? Kemm hemm? Min huma? Minn liema entità ġejjin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fis-sezzjoni tal-klieb hemm żewġ voluntieri jaħdmu fuq bażi ta’ rotazzjoni u ħames membri mill-Emergency Fire and Rescue Unit (EFRU) u membru mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li fl-imsemmija taqsima tal-klieb hemm kwantità ta' katusi li huma tal-asbestos u li dawn qed iservu biex fihom jiddaħħlu nies ħalli jagħmlu t-taħriġ b'periklu għas-saħħa tagħhom stess?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-katusi msemmija fl-interpellanza tal-Onorevoli Membru qegħdin midfunin taħt konkos u huma trattati b’kimika apposta biex ma jkunux ta’ periklu għall-persuni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull kuntratt ta' impjieg ta' assistenti ġudizzjarji, li preżentement jaħdmu l-Qorti, kemm ta' dawk li jaħdmu fuq bażi full-time kif ukoll ta' dawk li jaħdmu fuq bażi part-time?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-assistenti ġudizzjarji full-time jitħallew jipprattikaw il-professjoni tagħhom kif tħallew il-periti u t-tobba impjegati mal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan għadu ma seħħx meta professjonisti bħal tobba u periti li jaħdmu mal-gvern jitħallew jipprattikaw il-professjoni tagħhom allavolja dawn huma full-time? Jista' jgħid fuq liema skala tas-salarji l-assistenti ġudizzjari part-time jitħallsu r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg tal-Assistenti Ġudizzjarji part-time fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Assistenti Ġudizzjarji Full-Time mhumiex fuq kuntratt ta’ impjieg imma għandhom Indefinite Status ta’ Officer in Grade 8, Officer in Grade 7 jew Officer in Grade 6.
Ninsab infurmat illi r-remunerazzjoni tal-Assistenti Ġudizzjarji
part-tim
e
hija s-somma fissa ta’ €5,590 fis-sena, u ma hija abbinata mal-ebda skala ta’ salarju.
Waħda mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Assistenti Ġudizzjarji hija li mhuwiex permess li jipprattikaw il-professjoni tagħhom.
Attachments:27718 - Specimen contract of Part Time Judicial Assistant.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija on duty fl-inħawi ta' Paceville fil-lejl 20/21 ta' Lulju 2011? Peress li għal snin twal fix-xhur tas-sajf, minbarra fil-weekend ikun hemm numru kbir ta' żgħażagħ jiddevertu f'kull lejl iżda b'mod partikolari nhar ta' Erbgħa, tista' tingħata l-informazzjoni dwar kif jitqassmu l-pulizija kollha on duty(nation wide) fl-iljieli sajfin ta' matul il-ġimgħa? X'arranġamenti għal patrols tal-Pulizija u preżenza in ġenerali tal-inħawi ta' Paceville jeżistu in vista ta' rapporti ripetuti li jaslu mingħand ġenituri u anke fuq il-media, ta' inċidenti ta' aġġressjoni spissi?"
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija, barra dawk li hemm stazzjonati fid-Depot, huma mqassma fis-76 Għassa madwar Malta u Għawdex. Dawn ikunu maqsuma f’erba xifts. Matul is-sajf il-commitments jiżdiedu ħafna minħabba li tiżdied il-popolazzjoni bl-influss tat-turisti li jżuru pajjiżna, bil-festi li jkollna ta’ kuljum f’kull belt u raħal, attivitajiet oħra soċjali, politiċi u sportivi, kuf ukoll bix-xtajtiet iffullati bin-nies.
Infurmat ukoll illi f’postijiet turistiċi u ta’ veleġġatura, bħal ma huma Wied il-Għajn, Xgħajra, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Sliema, San Ġiljan, Buġibba u l-Qawra, l-Għadira, Għajn Tuffieħa u l-Armier, tiżdied il-preżenza ta’ Pulizija għal bon ordni u s-sigurtà kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' street hawkers reġistrati f'Malta u Għawdex u jħallsu l-permessi meħtieġa lill-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji tan-negozju m'għadhomx jinħarġu mill-Pulizija. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.