Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar xi snin ilu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar qed tinjora t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward struttura perikoluża li għandu l-imsemmi fond peress li din il-persuna għal diversi drabi għamelet kuntatt mal-awtorita imma kien kollu ta' xejn? Meta se ssir spezzjoni?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar rceviet it-talba mill-inkwilin fl-10 ta’ Settembru, 2012, u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għal post alternattiv, tieħu post tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. Id-dħul tal-applikanta għas-sena 2011 kien jammonta għal €7064.32. Hija tikri post mis-settur privat u tħallas kera ta’ €2,796 fis-sena izda tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għal €966.69 fis-sena. Il-lokalita’ preferuta tal-applikanta hija Zejtun.
L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 239 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li hu kkumissjona wara r-Rapport tal-Caritas hux lest jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tar-rapport? Jekk għadu mhux lest, meta huwa maħsub li jkun lest?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport li gie kummissjonat qed jigi ffinalizzat. Hekk kif jigi ffinalizzat ser tkompli l-konsultazzjoni dwaru fi hdan l-MCESD.
ċentri tal-adulti għal persuni b'diżabilità — waiting list
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36653, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fiċ-Ċentri msemmija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-istatiska li ghandha l-Agenzja SAPPORT hemm 198 persuna b’dizabilità li qeghdin fuq il-waiting list ghas-Servizzi ta’ Matul il-Jum. Numru minn dawn il-persuni jattendu centri immexxija minn NGOs li uhud minnhom huma Ko-finanzjati mill-Gvern bil-fond tal-NGOs. Bhalissa ghaddejjin preparamenti bies issir talba ghal Ko-finanzjament mill-fondi tal-UE biex fis-snin li gejjin jinbnew centri ohra godda.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36654, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni konċernati u x'inhu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed separatament? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm se jkun il-perjodu li l-persuna li suppost spiċċat se tkompli tmexxi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill_onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara kif single mother lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għaċ-children's allowance tliet xhur, qatt ma ħadet forma ta' allowance?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ġiet avviċinata mill-Assistant Direttur u giet mitluba tippreżenta d-dokumenti neċessarji.
Jista' l-Ministru jara l-każ tar-raġel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu applikazzjoni għand l-Awtorità tad-Djar u jixtieq ikun jaf fejn wasal il-każ tiegħu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata għandha tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care fi ħdan l-Awtorità tad-Djar sabiex tkun tista’ tirregola l-pozizzjoni tagħha biex b’hekk l-Awtorità tad-Djar ikollha stampa ċara tas-sitwazzjoni li tinsab fiha din l-istess persuna.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux tħallas kera kemm suppost peress li din tinsab bir-relief u qed tħoss li din il-kera hija għolja ħafna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tal-persuna ndikata hija maħduma tajjeb skont il-kuntratt li ġie iffirmat fil-25 ta’ Frar 2009.
eks ħaddiema tat-Tarzna — kwestjoni dwar il-pensjoni
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa peress li jidher li r-riforma li saret lill-eks ħaddiema tat-Tarzna hemm numru ta' anomaliji fejn nies li kellhom l-istess sengħa u spiċċaw li jieħdu penzjoni differenti u fejn anke min suppost ħa aktar pensjoni għax kellu grad ogħla spiċċa li jieħu inqas? Jista' jara l-każ partikolati tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjonijiet imsemmija jsiru fuq bażi personali u għaldaqstant ma tistax tqabbel każ ma' ieħor.
Inżid ukoll illi l-persuna ndikata mill-Onorevoli ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar is-17 t’April, 2012. L-applikazzjoni tagħha se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mall-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li għamlet il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-voucher ta' dawl xi ftit tax-xhur ilu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar qed tinjora t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex l-awotrità tkun tista’ twieġeb għal din il-mistoqsija parlamentari għandha bżonn tkun taf x’kienet it-talba tal-persuni kkonċernati.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Awtorita’ tad-Djar: nil
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: nil
- Kummisjoni Vjolenza Domestika: nil
- Kummissarju ghat-Tfal: nil
- Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku u Socjali: nil
- MEUSAC: nil
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil
- Relazzjonijiet Industrijali: nil
- Sigurta’ Socjali: nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: Serqa ta’ laptop bejn id-9 u l-10 ta’ Mejju 2011
- Fondazzjoni ghas-Servizzi ghall-Harsien Socjali:
Agenzija Sapport – fl-2004 u l-2005 saru 2 serqiet mill-ufficju tal-Imtarfa, fl-2008 serqa mir-residenza ta’ Bormla u fl-2009 serqa mill-Cottonera Resource Centre
Agenzija Appogg – fl-2009 serqa mic-Children’s fund
- Qrati t’Ghawdex: nil
- Qrati ta’ Malta: fl-2011 serqa fid-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Civili, kif ukoll fl-istess sena 2 serqiet mid-Direttorat tal-Qrati u Tribunali Kriminali.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li xi ħaddiema mill-Awtorità tad-Djar kellhom jibdew xi xogħol ta' manutenzjoni imma s'issa għadu ħadd ma mar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorità irċeviet talba mill-inkwilina fil-5 ta’ Lulju, 2012, sabiex jinbidel bieb tal-bejt mill-injam għal wieħed tal-aluminju.
L-inkwilina hija mħeġġa tavviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tapplika għal skema sabiex isir dan ix-xogħol
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post tal-gvern imma s'issa għadha bla risposta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir lift fil-flat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li hemm persuna bi bżonnijiet speċjali?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ghandha skema fejn inkwilini jistghu japplikaw ghall-installar ta’ lift gewwa blokka tal-gvern. L-inkwilin ghandu jikseb aktar informazzjoni mis-sit tal-Awtorità tad-Djar. Hekk kif tidhol applikazzjoni taht din l-Iskema, l-Awtorità tad-Djar tkun f’pozizzjoni li tanalizza jekk lift jistax jigi nstallat jew le.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tgħix ma' tmien persuni oħra f'post tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva fis-25 ta’ Settembruu, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.