Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal mħażen agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal imħażen agrikoli mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Min ġietu rifjutata l-applikazzjoni, appella mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għall-imħażen agrikoli mill-bidu tal-2013 u l-14 ta’ Ġunju 2023. Mill-informazzjoni miġbura: 1103 applikazzjoni ġew approvati filwaqt li 233 applikazzjoni ġew rifjutati. Dwar dawn ta’ l-aħħar, saru 142-il Appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, dwar 139 applikazzjoni għal żvilupp, li minnhom 47 ntlaqgħu, 59 ġew miċħuda 18 ġew irtirati u 18 għadhom pendenti.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal serrer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal serrer mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Min ġietu rifjutata l-applikazzjoni, appella mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal serer agrikoli mill-bidu tal-2013 u l-14 ta’ Ġunju 2023. Mill-informazzjoni miġbura: 245 applikazzjoni ġew approvati filwaqt li 27 applikazzjoni ġew rifjutati. Dwar dawn ta’ l-aħħar, saru 16-il Appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li minnhom 7 ntalqgħu, 1 ġie miċħud, 4 ġew irtirati u 4 għadhom pendenti.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet residenzi barra ż-żona tal-iżvilupp u li mhux residenzi ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal residenzi barra ż-żona ta' żvilupp (sia għal bini mill-ġdid jew sanzjonar) li mhumiex residenzi ta' raħħala mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jispeċifika t-talba tiegħu.

BCA – ħlasijiet lill-konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7757 u 9357 u jgħid kemm tħallsu s’issa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) il-konsulenti li qed joffru konsulenza dwar il-building codes u jipprovdi lista ta' dawn il-konsulenti u għal kull każ jgħid jekk dan kienx direct order jew ingħatax permezz ta' tender?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-konsulenti ngaġġati sa’ minn 2021 b’rabta mas-somma tal-Kodiċi tal-Bini huma Bezzina & Cole, Charles Buhagiar, Martin Debono, Thomas Paris, Anthony Cutajar, Marta Repice, Matthew Giordmaina, Marie Denise Barbara, Natalino Bezzina u Peter Paul Coleiro.Sal-lum tħallsu somma kompleta ta’ Eur72,190.

Wied il-Għajn – Trejqet it-Torri — bankina

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9912, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u permezz tal-aġenzija konċernata jara li ssir bankina fi Trejqet it-Torri, Wied il-Għajn?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Art mibnija u art mhux mibnija – kilometri kwadri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9779 u jgħid kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mibnija f’Malta u kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mhix mibnija minbarra toroq f’Malta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Twaqqif ta’ twaqqigħ u tqattigħ ta’ trinek

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji fejn jintgħażlu liema toroq f'lokalitajiet turistiċi jintgħażlu u oħrajn le fejn ma jitħalliex isir it-twaqqigħ u t-tqattigħ ta' trinek wara l-15 ta' Ġunju?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jindirizza din il-mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Paceville, San Ġiljan – approvazzjoni ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7835 u jgħid jekk l-aħħar żvilupp li ġie approvat ġewwa Paceville, San Ġiljan, mill-applikant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex earthquake proof?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-approvazzjoni tal-bini, kwistjonijiet ta’ disinn ta’ struttura ta’ binja mhumiex regolatorji.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – waqfien tas-sistema

Question

B’referenza għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ u fid-dawl li fil-Parlament il-Ministru stqarr li l-website kkraxxjat u għalhekk numru ta’ applikanti ma setgħux ikollhom aċċess, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħin preċiż ta’ meta din ikkraxxjat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9874 li ngħatat fis-seduta 132, f'liema tweġiba hemm indikat kif ħadmet is-sistema.

Skema ‘Irrestawra Darek’ – take-up

Question

B’referenza għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħin preċiż kien hemm take-up u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar għalqet il-portal tagħha tal-applikazzjonijiet kif stqarr li għamlet l-istess Ministru? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikanti u tal-ħin ta’ kull applikazzjoni meta ġiet mill-periti tagħhom u jgħid jekk din ġietx aċċettata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9784 li ngħatat fis-seduta 132.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni li għandhom mobile allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninformah li hemm 16-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.

Awtorità tal-Ippjanar/MEPA – applikazzjonijiet għall-units ta’ abitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni saret mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA għall-units ta' abitazzjoni, lokalità b'lokalità u sena b'sena, mill-2010 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet inħarġilhom il-permess u kemm minnhom il-permess ġie rifjutat? X'inhu n-numru tar-referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar għal kull każ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Dak li qed jintalab mill-Onor. Interpellant jaqbeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit anke f’rulings ta’ din il-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – bini ta’ Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni saret mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' 'Childcare Centre' f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista’ jgħid f'liema lokalità kienu, kemm minnhom kienu approvati u kemm minnhom kienu rifjutati? F'każ ta' rifjut x'kienet ir-raġuni għar-rifjut u jekk ġewx appellati mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) u x'kien l-eżitu tad-deċiżjoni tal-EPRT? Għal kull każ, jista’ jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li saru mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' 'Childcare Centre' mill-1 ta’ Ġunju 2018 u l-aħħar ta’ Mejju 2023, sena b'sena, għal kull lokalità. Peress li l-ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata, ma saru l-ebda appelli minn dawn id-deċiżjonijiet. Qed nippreżenta wkoll lista bin-numru ta’ riferenza ta’ kull applikazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – proposti ta’ estensjonijiet ta’ yacht marinas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA għall-proposti ta' estensjonijiet ta' yacht marinas/yacht marinas ġodda, mill-2010 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f'liema lokalità kull waħda minnhom tinsab, kemm minnhom inħarġilhom il-permess neċessarju u x'inhu n-numru tar-referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'kull każ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ disa’ applikazzjonijiet għall-proposti ta' estensjonijiet ta' yacht marinas/yacht marinas ġodda, li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet mill-2010 sad-9 ta’ Ġunju 2023, bid-dettalji kollha mitluba.

Regularisation — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għar-'regularisation' kien hemm kif ukoll kemm ġew miġbura fondi mill-istess applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b'xahar? X'kien regolarizzat u x'inhu n-numru tal-applikazzjoni għar-'regularisation' f'kull każ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta fetħet l-iskema f’Awwissu tal-2016 sat-13 ta’ Ġunju 2023 l-Awtorità tal-Ippjanar ppubblikat 1901 applikazzjoni kompluti għal regolarizzazzjoni ta’ żvilupp. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella ta’ fondi li nġabru mill-istess applikazzjonijiet kif ukoll lista ta’ dawk l-applikazzjonijiet li ġew approvati b’deskrizzjoni ta’ x’ġie regolarizzat.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi għall-installazjoni ta’ billboards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni saret mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA għal ħruġ ta' permessi għall-installazjoni ta' billboards mill-2010 sakemm tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? F'liema lokalità u triq tinsab kull applikazzjoni tal-billboard u f'liema stadju tal-proċess tal-Awtorità tinsab kull applikazzjoni? Kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? F'każ ta' rifjut, l-applikant appella mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) mid-deċiżjoni tal-Awtorità? X' kien l-eżitu tad-deċiżjoni tal-EPRT? Jista’ jqiegħed 'site plan' immarkata bil-post ta' kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp għal tqegħid ta’ billboards li l-Awtorità tal-Ippjanar kkonfermat bħala kompluti mill-2010 sat-12 ta’ Ġunju 2023, sena b’sena; kif ukoll lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bit-dettalji mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn dawn l-applikazzjonijiet, 215-il applikazzjoni ġew approvati, 64 ġew irtirati, 17 għadhom pendenti u 133 ma ntlaqgħux, li minnhom 49 ġew appellati. Minn dawn l-appelli, 4 għadhom pendenti, 11 ġew irtirati, 10 ġew approvati, 20 ġew irrifjutati, 7 intbagħtu lura biex jerġgħu jiġu proċessati mill-Awtorità iżda 3 minnhom reġgħu ġew rifjutati, 3 ġew approvati u każ għadu pendenti.

Awtorità tal-Ippjanar – permessi relatati mal-uffiċini ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi relatati mal-uffiċini li qegħdin jintużaw preżentement minn Transport Malta fil-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f’Raħal Ġdid u jgħid jekk tali permess huwiex konformi mar-regoli sanitarji u policies oħra tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal permess PA2743/10 datat 29 ta’ Ottubru 2014 bil-kondizzjonijiet kollha li jinkludi wkoll kondizzjonijiet hekk kif imposti u infurzati minn entitajiet oħra. Dan l-istess permess segwa l-proċess kollu tal-ippjanar u huwa konformi mar-regoli u policies relevanti.