Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu ma’ kull direttorat tal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Corporate Services Directorate, Planning Directorate, Environment Directorate, Enforcement Directorate) u l-uffiċċju taċ-chairman wara l-21 ta’ Ġunju 2010.

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.

ħxejjex u siġar li jikkawżaw allerġiji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-ministeru tiegħu sabiex ħxejjex u siġar li jikkawżaw allerġiji jitneħħew mill-gżejjer Maltin?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-suġġett tal-mistoqsija mhuwiex kompitu tal-MEPA u nissuġġerixxu li l-mistoqsija tiġi riferuta lid-Dipartiment tas-Saħħa.

MEPA — policy dwar il-kamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ffinalizzatx il-policies tagħha dwar il-kmamar tan-nar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5597 u Mistoqsija Parlamentari Numru 15711.

Buġibba — perched beach

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ilha li bdiet tintuża l-perched beach ta' Buġibba? F'liema perjodi tas-sena jkollha r-ramel mifrux kif suppost? X'inhi r-raġuni li għaliha matul il-kumplament tas-sena l-istess ramel ma jkunx mifrux, iżda jkun miġbur taħt il-ħajt tat-triq? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk kemm ilha li bdiet tintuża l-bajja kienx hemm ħtieġa li jkun hemm żieda fl-ammont ta' ramel li hemm fuq il-bajja?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-perched beach ta' Buġibba saret fis-sena 2006. Ir-ramel ġeneralment jinfirex bejn l-aħħar ta’ Mejju u Ottubru. Jekk jibqa’ mifrux fix-xitwa, ir-ramel jintilef u jispiċċa fil-baħar mill-mewġ u l-maltemp. Meta nfirex għal din is-sena, irriżulta li r-ramel naqas, però b’riżultat li spiċċa f’żewġ bajjiet żgħar fil-qrib tal- perched beach . Fil-passat ma kienx jidher li hemm bżonn ta’ żieda fl-ammont ta’ ramel, imma jista' jagħti l-każ li jkun hemm bżonn fil-futur qarib.

oġġezzjoni dwar ir-riżultat tal-karnival

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-appell li għamel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li sar oġġezzjoni għar-riżultat tal-karnival ta' din is-sena issa li għaddew 4 xhur mill-istess riżulta? Jista' l-Ministru jara li dan isir mill-aktar fis possibli?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti kif ukoll it-tim organizattiv tal-karnival iltaqa’ mal-parteċipant li għamel l-appell u riċentement intbagħtet ittra lil dan il-parteċipant.

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — latrini użati minn sidien tal-yachts

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li approva l-użu ta’ latrini li kienu jintużaw mis-sidien tal-yachts u opri tal-baħar flimkien mal-guests tagħhom, issa saru parti minn restaurant u ġew alterati għal kċina ta’ restaurant li jinsab fil-ġnien tal-Imsida?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika fuq site plan għal liema area qiegħed jirreferi biex b'hekk l-awtorità tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija.

MEPA — appelli mirbuħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ intbagħat lura mill-Qorti tal-Appell lit-Tribunal tal-Appelli mid-deċiżjonijiet mogħtija minn din il-Qorti fl-aħħar ta' Mejju li kienu jammontaw madwar 22? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irnexxiela tirbaħ fil-Qorti tal-Appell?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-31 ta' Mejju 2012 il-Qorti tal-Appell tat 14-il sentenza, fejn f'żewġ sentenzi minnhom il-Qorti tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni tat-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, u fit-tnax il-sentenza l-oħra il-Qorti tal-Appell annullat id-deċiżjonijiet rispettivi tat-Tribunal ta' Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar fejn fil-maġġoranza ta' dawn il-każijiet il-Qorti tal-Appell ħasset illi t-Tribunal ma trattax għas-sodisfazzjon tal-Qorti aggravvji imqajjma minn appellanti quddiem l-istess Tribunal.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34533, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-offerti li saret għall-użu esklussiv tal-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna kif ukoll lista tal-offerti li ġew sottomessi u kopja tal-ftehim li sar bejn FWA u Island Caterers?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi għar-risposta li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 34533 fejn kien spjegat illi l-ħarsien u l-amministrazzjoni tas-saluting Battery fil-belt Valletta hija fdata lill-Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta’ Att ta’ Kurazija ffirmat fl-2010 u mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra war ali kien approvat mill-Kabinett u mill-Kumitat ta’ Garanzija. Skond dan l-Att, hija l-Fondazzjoni Wirt Artna li għandha l-kompitu u r-responsabbiltà li tamministra l-operazzjoni u l-loġistika ta’ funzjonijiet privati u pubbliċi skont termini u arranġamenti li tagħ¿el hi.

MEPA — applikazzjonijiet għall-iżvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34973, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'applikazzjonijiet u minn min (privat jew gvern) saru dawn l-applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-Fortizza ta' Campbell f'Selmun? Xi żviluppi kienu proposti minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità irċeviet applikazzjoni waħda fuq il-Forti Campbell, bin-numru PA1977/00. Din l-applikazzjoni għal rijabilitazzjoni ta' l-istess Forti ġiet sottomessa mill-privat. Dettalji dwar din l-applikazzjoni ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34972.

MEPA — direct actions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta' direct actions mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li saru s'issa matul din is-sena u f'liema lokalitajiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 35239.

Għawdex — cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm cruiseliners li daħlu u/jew se jidħlu Għawdex din is-sena? Jista’ jgħid meta saru l-kuntratti għal dawn iż-żjarat? Minn min saru?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant fir-rigward tal-ewwel parti tal-Mistoqsija. Sa issa, żaru Għawdex tlett (3) vapuri u dawn huma Prinsendam f’April u Seabourn f’Mejju u Ġunju.Ninsab infurmat ukoll illi sabiex il- cruiseliners jorbtu mal-bagi jew mal- pontoons f’Għawdex, mhux meħtieġ li jsir kuntratt imma sempliċi notifika lill-Awtorita’ tat-Trasport.

Kon Katidral ta' San Ġwann — xogħol marbut ma' restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuni li qed jaħdmu u qed jagħmlu xi tip ta' xogħol marbut ma' restawr li qed isir fil-Kon Katidral ta' San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta huma kollha persuni kwalifikati u mħarrga sewwa fis-sengħa tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ix-Xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann isir skond standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali kif inhu stabilit mill-ECCO (European Confederation of Conservators-Restorers Organisation). Kull impjegat li jagħmel xogħol ta’ restawr għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral hu kwalifikat b’mod xieraq u/jew għandu esperjenza skont il-kariga tiegħu. Il-Fondazzjoni tqabbad konsulenti skond il-qasam partikulari ta’ xogħol meta u kif hemm b¿onn. Kull individwu, kuntrattur tar-restawr u l-ħaddiema tiegħu li jitqabbdu jagħmlu xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann huma kwalifikati kif jixraq jew għandhom esperjenza fix-xogħol li jitqabbdu jagħmlu. Qabel ma’ jibda x-xogħol, il-kuntratturi huma obbligati jippre¿entaw CV dettaljata ta’ kull impjegat tagħhom, dikjarazzjoni dettaljata tal-metodoloġija u speċifikazzjoni tal-materjal li jkun ser jintu¿a. Ix-xogħol kollu huwa sorveljat mill-kuratur u l-konservatur tal-Fondazzjoni. Testijiet preliminari xjentifiċi jsiru hekk kif il-proġett jibda u tintu¿a l-metodologija addattata kif hemm b¿onn. Il-kuntrattur hu obligat ukoll li jippre¿enta rapport finali li jkun fih l-istudji artistiċi u l-istorja, il-metodologija w¿ata, dokumentazzjoni bir-ritratti u grafika u l-aħħar ri¿ultati tat-testijiet ta’ dak il-proġett partikolari. Il-permessi kollha meħtieġa huma miġjuba mill-MEPA u konsultazzjonijiet isiru ma’ uffiċjali tal-MEPA kull meta jkun hemm b¿onn. Kopji tar-rapporti dwar ir-restawr huma ddepo¿itati fl-uffiċju tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.

MEPA — ħaddiema ma jweġbux it-telefon

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi jiem li fihom persuni li jaħdmu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma jwieġbux it-telefon, minħabba x-xogħol li jkollhom ġewwa? Liema huma dawn il-ġranet li fihom ma jitwieġbux it-telefons?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari (MEPA Circular 3/11) li ġiet maħruġa fit-13 ta' Settembru 2011, li tinkludi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant:

MEPA — tiswijiet ta' gallariji

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm persuni li gawdew mill-iskemi tat-tiswijiet tal-gallariji kif imfassla mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk iva, kemm kien hemm persuni li gawdew minn dawn l-iskemi u minn fejn kienu ġejjin?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23672. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li fl-iskema tas-sena 2007/2008, in-nurmu ta' applikanti li tħallsu, kif ukoll l-ammont ta' flus li tħallas, żdied hekk kif jidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żviluppi f'Fortizza Campbell f'Selmun

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' żvilupp qed jiġi propost li jseħħ fil-Fortizza Campbell f'Selmun, limiti tal-Mellieħa?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA1977/00, li ġiet validata fit-13 ta' April 2000, ġiet sottomessa quddiem l-Awtorita', għar-rijabilitazzjoni tal-Forti. Il-proposta tinvolvi użu tas-sit għar-rikrejazzjoni b'enfasi fuq l-ikkampjar, iżda ma ingħataw l-ebda dettalji tal-interventi proposti. Wara konsultazzjoni interna, fl-4 ta' Awwissu 2000, l-applikant u l-perit kienu nfurmati li l-Pjan Lokali tal-post kien għadu qiegħed jiġi fformulat u għalhekk l-applikazzjoni kienet prematura. Fil-21 ta' Awissu 2000, fuq talba tal-perit l-applikazzjoni nżammet tistenna l-approvazzjoni tal-Pjan Lokali. Minħabba li l-Awtorita' ma rċeviet l-ebda korrispondenza wara l-approvazzjoni ta' dan il-Pjan, fit-23 ta' Mejju 2011 l-MEPA nfurmat lill-perit u l-applikant biex jekk għadhom interessati fl-applikazzjoni jibgħatu pjanti u informazzjoni ġdida li timxi fuq il-linji tal-policy NWML 20 tal-istess Pjan. Sa din id-data għadu ma kienx hemm risposta għal din l-ittra.

Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta l-kompetenza tat-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se jiġi assorbita taħt il-Kap 490 Administrative Justice Act kif hemm provdut fl-ewwel skeda annessa ma' dan l-imsemmi att?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor Interpellant jiffeferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja, għax hu l-ministru kompetenti taħt l-Administrative Justice Act, Kapitolu 490 tal-Liġijiet ta' Malta.

Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux attwalment tenut li jaderixxi mal-prinċipji ta' imġieba amministrattiva elenkata f'Kap 490 Administrative Justice Act?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nikkonferma li t-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hu tenut li jaderixxi mal-prinċipji tal-imġieba amministrattiva elenkat f'Kap 490 Administrative Justice Act.

Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — prinċipji ta' ġustizzja naturali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, in vista tal-fatt li din hi ppubblikata taderixxi mal-prinċipji tal-ġustizzja naturali, hix tenuta li tiddisponi minn kull punt imqajjem bħala argument u li tagħti risposta speċifika għal kull sottomissjoni li kieku kellha tkun aċċettata tkun deċiżiva għar-riżultat tal-applikazzjoni?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċeduri li trid taddotta l-Kummissjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif ukoll il-Bord tal-Awtorità, huma regolati kemm mill-Liġi speċifika kif ukoll minn prinċipji legali ġeneriċi. Il-Kummissjoni hija obbligata, meta hija ma tilqax ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorati, li tagħti raġunijiet imsejjsa fuq prinċipji tekniċi sabiex tissostanzja d-deċiżjoni tagħha.