B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12519, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm minn dawn il-biljetti li ngħataw lill-impjegati tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew impjegati jew persons/positions of trust tas-Segretarjat tiegħu jew ta' Segretarjati ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari oħra? Jekk iva, kemm kienu jammontaw f'kull każ, u jekk f'kull każ kinux jikkwalifikaw għalihom il-ħaddiema kollha?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9884, jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn id-defribillators?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha 3 defibrillators, filwaqt li Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-ITS għandhom 2 kull wieħed. Fil-futur se jkun hemm ukoll defibrillator fil-klinika li nbniet ġewwa l-Malta Film Studios.
Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb — Tnaqqis fir-rata tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jagħti nifs lil dan il-qasam minħabba ż-żieda fl-ispejjeż?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11743, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid kemm-il rapport sar dwar vetturi u dħaħen fit-toroq f’din l-aħħar sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar — Tenders għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li għalihom ħarġu t-tenders biex isir ix-xogħol mill-Malta Tourism Authority (MTA), jew minn xi entità oħra li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu għal xogħol li għandu jsir f'San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn it-tenders ġew allokati lill-kuntratturi li ser jagħmlu x-xogħol u meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, ma ħarġu l-ebda tenders għal xogħlijiet fil-postijiet imsemmija.
TZRA — Xogħlijiet fuq il-promenades ta’ San Ġiljan/Tas-Sliema u ta’ Buġibba/San Pawl il-Baħar/Xemxija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11853, jista’ l-Ministru jgħid:
i. liema xogħlijiet kienu ta’ tisbiħ fil-promenade;
ii. liema kienu tiswijiet żgħar ta’ bankini;
iii. in-numru ta’ tiswijiet fuq lampi dekorattivi;
iv. l-ammont ta’ lampi ġodda li twaħħlu;
v. liema kienu tiswijiet ta’ bollards u ta’ tabelli u jgħid ukoll f’liema triq u l-ammont; u
vi. kemm kienet in-nefqa totali f’Tas-Sliema, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar, lokalità, lokalità?
San Ġiljan – Bajja ta’ San Ġorġ — encroachments għal umbrelel/deckchairs
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11858 jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid min huma l-operaturi li għandhom l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal iktar encroachments għal umbrelel u deckchairs ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-opertur huwa Paranga Restaurant bħala parti mill-Intercontinental Hotel li huwa wkoll l-operatur tal-kiosk li jinsab f’nofs il-bajja.
Kemmuna — konċessjonijiet u encroachments għal umbrelel/deckchairs
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11860, jista’ l-Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha billi jipprovdi lista ta’ min huma dawk kollha li matul is-sajf kellhom/għandhom concession/encroachment fil-Bajja ta’ Kemmuna?
MTA — talba għal miżura ta’ inġunzjoni dwar liġijiet tal-UE
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11101, ġaladarba l-MTA - Awtorità Maltija għat-Turiżmu - taqa’ taħt ir-responsabilita tal-Ministeru tiegħu u peress li l-mistoqsija espressament isaqsi dwar ir-rwol tal-istess MTA, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 11101 u jgħid xi rwol għandha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fir-rigward ta' talba għal miżura ta’ inġunzjoni li ssir skont l-Att Numru XVII dwar is-segwenti liġijiet tal-UE li ġew trasposti taħt liġijiet infurzati mill-istess MTA u ċjoè:
Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju; u
Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu mhijiex f’pożizzjoni li tista’ tirrispondi din il-mistoqsija parlamentari, dan peress dan l-att jipprovdi li tiġi kkompilata lista ta’ entitajiet kwalifikati sas-26 ta’ Diċembru 2023. Meta tiġi finalizzata tali pożizzjoni mill-MCCAA, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tkun f’qagħda li tista’ tirrispondi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ il-Paceville Town Centre Committee? Minn min dan qed jitmexxa, min huma l-membri tal-Kumitat u kemm-il darba ltaqgħu minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat qiegħed jiġi ristrutturat. Madanakollu ċ-Chairperson tal-Kumitat baqa’ għaddej b’kuntatt dirett ma’ diversi entitajiet u stakeholders sabiex jiġu ndirizzati l-ilmenti u s-suġġerimenti li jsiru.
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081 u 12109 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12110 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11426 u 12118, dwar complimentary tickets għall-kunċerti ta’ Robbie Williams u ta’ Andre Rieu, jista' l-Ministru jagħti ċifra totali ta' biljetti kumplimentari li ngħataw f'kull wieħed miż-żewġ kunċerti, bħala ċifra f'numru (eż. 50 biljett, 120 biljett, 1,000 biljett)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont konċess mill-organizzaturi kien ta’ 600 biljett għall-kunċert ta’ Robbie Williams u 700 biljett għaż-żewġ kunċerti ta’ Andre’ Rieu.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11426 u 12118, dwar complimentary tickets għal kunċerti ta’ Robbie Williams u ta’ Andre Rieu, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-proċedura li ntużat biex applikaw għal dawn il-biljetti u biex intgħażlu l-"ħaddiema ta' diversi stakeholders u entitajiet"? Jista’ jgħid ukoll x'kienet il-proċedura li ntużat biex applikaw u biex intgħażlu l-membri tal-"pubbliku inġenerali"?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tidħol għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-biljetti jitqassmu skont kif inhu xieraq bejn id-diversi stakeholders u entitajiet.
Ministeru għat-Turiżmu — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Ministeru għat-Turiżmu – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa pubblika għall-bini ta’ ITS Campus ġdid ġewwa SmartCity? Jista’ jgħid ukoll meta bejn wieħed u ieħor hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni u li jitlesta dan il-proġett biex ikun jista’ jilqa’ fih l-ewwel studenti? Jista’ jgħid jekk dan il-proġett huwiex se jkun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex toħroġ is-sejħa pubblika għall-bini tal-ITS Kampus ġdid ġewwa Smart City, għadu għaddej. Għaldaqstant, dettalji fuq tali proġett jingħataw f’seduti oħra.
San Ġiljan – Xatt is-Sajjieda – xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet li bdew fuq il-loġġa tas-sajjieda bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-Xatt tas-Sajjieda, ġewwa San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet l-oħra mħabbra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjien ħa jkun qed jitwaqqa’ s-saqaf tal-loġġa tas-sajjieda peress li waqt ix-xogħlijiet tar-restawr dan instab li hu ta’ periklu. Dan is-saqaf għandu jerġa’ jinbena mill-ġdid u x-xogħlijiet ta’ restawr għandom jiġu konklużi sal-aħħar ta’ Jannar 2024.
Fir-rigward tax-xogħlijiet l-oħra fuq il-promenade, hemm applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar li għadha qed tiġi evalwata.
B'referenza għat-tweġiiba tal-mistoqsija parlamentari 11426 dwar complimentary tickets għal kunċerti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' complimentary tickets li nħarġu f'kull kunċert imsemmi u liema kienu l-oqsma tas-soċjetà u/jew stakeholders li bbenefikaw minnhom abbażi ta' first come first served kif qiegħed jindika fl-istess tweġiba?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-complementary tickets tqassmu fis-setturi relatati mat-turiżmu fosthom ħaddiema ta’ diversi stakeholders u entitajiet, influencers u pubbliku inġenerali.