B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33738, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li jiddistingwixxu jekk isirux kunċerti u avvenimenti fil-picnic area f’Ta’ Qali jew fiż-żona dedikata għall-kunċerti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistux kriterji stabbiliti kif imsemmija fil-mistoqsija.
Ħal Balzan - Triq il-Kbira - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali fi Triq il-Kbira f’Ħal Balzan u x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fi Triq il-Kbira, f’Ħal Balzan, mistenni li jibda ladarba jitlesta x-xogħol li huwa ppjanat minn entitajiet oħra.
B’referenza għall-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx traffic impact assessment fl-inħawi f’każijiet bħal dawn, sabiex ikun stabbilit tali impatt fuq it-traffiku u r-residenti tal-madwar?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Birkirkara - Triq Giovanni Papaffy - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq Giovanni Papaffy, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Giovanni Papaffy, f’Birkirkara hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Birkirkara - Triq il-Fuħħarin - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Fuħħarin, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għaddejjin taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Birkirkara - Triq il-Kbira - Pjanijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Kbira, f’Birkirkara u x’inhuma dawn il-pjanijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Kbira, f’Birkirkara huma previsti li jibdew fil-futur qarib. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq li saru mill-fond tas-€700 miljun f’dawn l-aħħar seba’ snin, maqsuma lokalità b’lokalità?
Wied il-Għajn - Pjan ta’ riġenerazzjoni - Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jintużaw fondi Ewropej biex isir il-pjan ta’ riġenerazzjoni f’Wied il-Għajn u jekk iva, kemm se jkun l-ammont?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu dettaljati l-ħsarat li soffriet il-kosta, l-intervent meħtieg u stimi preliminari tax-xogħlijiet meħtieġa. Dawn ser ikunu qed jingħaqdu fl-eżerċizzju fuq skala nazzjonali biex jekk nikkwalifikaw issir it-talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropea.
Wied il-Għajn - Naħa taż-Żonqor - Ħsarat bil-maltemp - Proġett
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk toroq f’Wied il-Għajn humiex ser ikunu inklużi fil-proġett tan-naħa taż-Żonqor issa li saret il-ħsara bil-maltemp u sa fejn se jasal dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżerċizzju biex jiġu determinat liema partijiet tal-istrutturi li ġew affettwati mill-maltemp ser isir intervent fuqhom.
Wied il-Għajn - Pjazza Dun Tarċis Agius, Pjazza Mifsud Bonnici u Triq il-Gardiel - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u disinji (drawings) dwar xogħlijiet fi Pjazza Dun Tarċis Agius, fi Pjazza Mifsud Bonnici u fi Triq il-Gardiel f’Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellant li d-disinn ta' din iż-żona għadu qed jiġi ppreparat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’talbiet pendenti għandha Transport Malta għal dak li jikkonċerna swimming zones fid-diversi lokalitajiet fejn hemm is-swimming zones? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet hemm talbiet biex jiġu stabbiliti swimming zones ġodda, jew biex jinbidlu l-konfini ta’ dawk li hemm diġà, kemm jekk dawn it-talbiet ġejjin mill-privat kif ukoll jekk ġejjin minn xi kunsill lokali?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 26946 u 27225, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-aċċessibilità għall-Tallinja App, biex din tkun iktar aċċessibbli għal persuni neqsin mid-dawl jew li għandhom il-kundizzjoni tad-Dyslexia?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2025 il-website ġiet aġġornata sabiex tadotta l-qafas ta’ aċċessibbiltà POJO, li huwa l-istess standard użat fis-servizzi diġitali tal-Gvern, u b’hekk ġiet żgurata aċċessibbiltà mtejba għall-utenti kollha.
L-APP tappoġġja l-kompatibbiltà mas-settings tas-sistema relatati mat-tipografija tat-test u l-modalità skura, bil-għan li jittejbu l-proporzjonijiet tal-kuntrast u tiġi msaħħa l-aċċessibbiltà għal utenti b’diżabilità fil-vista, inklużi individwi bid-dislessija, permezz ta’ leġġibbiltà aħjar tat-test.
Matul l-2026 ser isir awditjar tal-aċċessibbiltà f’kollaborazzjoni mal-FITA. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju huwa li jiġu mifhuma aħjar ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ aċċessibbiltà taċ-ċittadini lokali u li jiġi żgurat li s-servizzi diġitali jkomplu jevolvu skont l-istandards tad-disinn inklussiv.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn hu possibbli, jien se nattendi l-laqgħat kollha li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.
Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Novembru 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO
Question
Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jintużaw il-pilastri tal-iċċarġjar li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO, li waqqfet l-operat tagħha f’Settembru 2022, u li minnhom hawn aktar minn 400 pilastru?
It-triq bejn Ir-Rabat u Ħad-Dingli – Intelligent Traffic Lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jiġu kkunsidrati intelligent traffic lights bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli sakemm titlesta t-triq, peress li d-dewmien fil-proġett qed jaffettwa ħażin ħafna lir-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-triq imsemmija, mhux prattika li jitpoġġew traffic lights, peress li l-
waiting time
ikun irid ikun twil.
Ix-xogħol qed jiġi segwit b’mod kontinwu sabiex, jekk jiġu identifikati possibiltajiet għal immaniġġjar aħjar tat-traffiku, jittieħdu l-miżuri neċessarji mingħajr dewmien.
Wied il-Għajn – Triq tal-Gardiel – Ċirkolazzjoni tal-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tiġi indirizzata l-problema taċ-ċirkolazzjoni tal-ilma fil-Magħluq maġenb Triq tal-Gardiel f’Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Magħluq hu proġett apparti, li mhux inkluż fil-proġett attwali ta’ Marsaskala. Dan il-proġett hemm marbut miegħu numru ta’ studji u permessi ambjentatli biex jiġi analizzat l-effett li ser ikun hemm fuq il-ħut li hu protett u li jgħammar fiż-żona fosthom il-komunita’ ta’ Bużaqq (ħuta protetta).
Apparti minn hekk biex isir l-intervent biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tal-Magħluq, trid tinqala’ kompletament it-triq li tgħaqqad in-naħa tas-Siberia man-naħa taż-Żonqor għal numru ta’ xhur bl-inkonvenjent li din iġġib magħha għar-residenti ta’ Marsaskala.
Għaldaqstant f’dan l-istadju iċ-ċirkolazzjoni tal-Magħluq ser tibqa’ kif inhi attwalment.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ser jittieħdu sabiex tkun indirizzata l-problema tal-livell tal-ilma baħar fi Pjazza Dun Tarċis Agius u Pjazza Mifsud Bonnici f’Wied il-Għajn?