Transport Malta – kontrol fuq reserved parking spaces
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’forma ta’ kontroll jintuża jew isir minn Transport Malta biex tiżgura li l-permessi maħruġa għal reserved parking spaces għadhom validi jew mhumiex qed jintużaw b’mod abbużiv?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Transport Malta tikkoordina l-ħidma tagħha kemm mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, kif ukoll mal-Kunsilli Lokali sabiex isir monitoraġġ kontinwu dwar il-validita’ ta’ dawn il-parkeġġi.
Transport Malta, bi ftehim mal-Kunsilli Lokali u b’koordinament mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’ qed tieħu inizjattiva sabiex taġġorna dawn il-parkeġġi skond
standards
internazzjonali.
Sa issa, aġġornajna l-parkeġġi f’seba’ lokalitajiet (Bormla-Floriana-Ħaż-Żebbuġ–Mġarr (Malta)–Ħal Qormi–Rabat (Malta) u tas-Sliema) u hemm sitt lokalitajiet oħra li qegħdin ikunu evalwati mal-Kunsilli Lokali sabiex isir l-aġġornar tagħhom (Ħ’Attard - Il-Gudja – Ħal Tarxien – Raħal Ġdid - Santa Luċija u San Pawl il-Baħar).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsiderazzjoni għall-inkwilini tal-ħwienet tal-Belt li jkunu avvanzati fil-età li għandhom titlu ta’ kirja u japplikaw biex tinqeleb ċens bl-Iskema tal-Valletta Shop Scheme sabiex ikunu jistgħu jissullokaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi talbiet taħt l-iskema tas-Shop Scheme, jiġu pproċessati skont il-parametri u r-rekwiżiti tal-iskema innifisha.
Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk is-settur tal-Haulage hux liberalizzat jew hekk hux Closed Shop?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-Risposta tal-Mistqosija Parlamentari Numru 14692 ta’ Seduta 332 li kienet tittratta l-istess suġġett.
Intenni li l-materja mqajma minnu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 14993 hija intrinsikament konnessa u korollarja għall-kwistjoni tal-ħruġ ta' pjanċi ta' reġistrazzjoni bl-ittri 'HQ', liema kwistjoni, kif digà spjegajt fir-Risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14692, tikkostitwixxi l-mertu ta' proċeduri ġudizzjarji li jinsabu sub judice u tinvolvi entitajiet governattivi oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' Ministeru ieħor u għalhekk qed jerġa' jiġi mtenni li ma jkunx floku li tingħata risposta għal din id-domanda qabel ma jkun hemm ezitu finali għal tali proċeduri ġudizzjarji.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk persuna li hi liċenzjata b’liċenzja ta’ Transport Malta skont il-liġi 65.19, jistax jopera liberalment fil-portijiet Maltin?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-Risposta tal-Mistqosija Parlamentari Numru 14993 tal-istess Seduta.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14327 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarjat Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Courier, żewġ Field Officer, żewġ PAs, Office Attendant u erba’ Drivers, bi spiża ta’ €183,013 fis-sena.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14308, peress li ma tax l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru sempliċement jagħti l-lista dettaljata tax-xogħol u l-proġetti li qed taħdem fuqhom bħalissa Projects Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif diġà kien spjegat b’risposta għall-Interpellanza Parlamentari 14308 tas-Seduta 329, bħalissa Projects Malta Limited għaddeja minn proċess ta’ ristrutturar hekk kif issa tinsab taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali. Fiż-żmien li ġej, Projects Malta Limited ser tkun qed tistudja numru t’ideat li potenzjalment jistgħu jissarrfu fi proġetti.
Stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika – limiti tal-konċessjoni oriġinali osservati
Question
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk stabbilimenti li jgawdu minn encroachment permits fuq art pubblika bħal stabbilimenti tal-ikel u x-xorb, baqgħux josservaw il-limiti tal-konċessjoni oriġinali, issa li l-miżuri ta' COVID-19 ġew rilassati u hu meħtieġ li tinżamm distanza akbar minn qabel bejn in-nies? Jista' jispjega x'qed jagħmel biex dawn il-limiti jiġu osservati?
Response (BORG, IAN)
L-Awtorita’ tal-Artijiet, flimkien mal-entitajiet l-oħra kkonċernati, tipproċessa talbiet gġal Encroachment skont l-OCA Policy. Fil-mansjoni ta’ infurzar tagħha, l-Awtorita’ tal-Artijiet tagħmel is-sorveljanza meħtiega biex tindirizza abbuż li jista jirriżulta. Għal dak li għandu x’jaqsam ma infurzar fir-rigward ta’ distanza bejn mejda u/jew persuni, nitlob lill-Onorevoli interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-entita’ konċernata.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir reviżjoni fil-pjanti tal-proġett li qed isir fil-Mosta fi Triq San Pawl tal-Qliegħa peress li r-residenti qed jilmentaw li l-bankini ġodda, wiesgħa li saru qed jieħdu post il-ftit spazju li kien hemm ta’ parkeġġ? Ir-residenti qed jilmentaw li bil-mod ta’ kif qed isiru l-bankini issa djieqet il-carriage way u naqsu għal kollox il-parking spaces, għaldaqstant, fuq dawn l-ilmenti jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi meħtieġa f’dan il-proġett?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 14646 u nifhem it-tħassib tar-residenti, nerġa’ nispjega li t-triq indikata kienet ta’ periklu għal dawk li jkunu għaddejjin f’dawn l-inħawi bil-mixi għax fil-biċċa l-kbira tat-triq lanqas biss kien hemm bankini, u għalhekk kien jeħtieġ li tigi ddisinjata mill-ġdid biex fost titjib ieħor isiru bankini fuq iż-żewġ naħat.
Intenni li l-pjan ta’ titjib għal din iż-żona, li jinkludi diversi toroq li hemm fl-inħawi ta’ Ta’ Qali sar bi ftehim mal-Kunsill Lokali u mal-awtoritajiet rispettivi wara li ġew ikkonsultati dawk kollha konċernati. L-iżvilupp tat-toroq irid isir dejjem b’mod li jiġu mħarsa s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd u, fejn l-ispazju jkun jippermetti, jiġu moqdijin il-ħtiġijiet ta’ kull min jagħmel u¿u mit-toroq b’mezzi u għal għanijiet differenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il talba għal refueling mal-moll minn superyacht ġiet irrifjutata minn Transport Malta mill-bidu ta’ Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir fix-xogħlijiet taħt il-Knisja tal-Balluta? Jista’ jgħid x’inhu l-kaġun li l-kulur tal-baħar fil-Balluta nbidel? Jista’ jinforma lill-Kamra min ser jieħu jew ġa ħa, il-konċessjoni ta’ bar u restaurant mal-baħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 14689 u 14789, kif diġà spjegajt dan il-moll li jintuża ħafna mill-għawwiema se jibqa’ għall-istess użu mill-pubbliku bħalma kien. Għalhekk, m’hemm l-ebda pjan li dan il-moll jinbidel f’xi bar jew ristorant.
Il-kulur tal-baħar ivarja minħabba diversi fatturi, fost oħrajn minħabba l-elementi u skont kemm ikun hemm partiċelli f’sospensjoni fl-ilma. Tajjeb wieħed jinnota li f’bajja jekk jitqawwa l-baħar, fi ftit minuti dan jinbidel minn lewn kaħlani u jsir griż. Dan minħabba li jitqalleb il-qiegħ tal-baħar u jkun hemm ammont sostanzjali ta’ materjal fin f’sospensjoni.
Peress li waqt jkunu qegħdin isiru xogħlijiet mal-kosta huwa inevitabbli li jiżdied il-materjal fin fl-ilma, f’kull xogħol li jsir minn Infrastructure Malta, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali. Fix-xogħlijiet tal-moll li tlestew s’issa fl-ebda waqt fil-bajja ma kien hemm materjal estranju preżenti li ma kienx diġà jifforma parti mill-moll eżistenti.
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – xogħlijiet fuq water culverts
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif wara l-ewwel ħalba xita, minn meta sar xogħol ta' culverts minn Infrastructure Malta fil-Mellieħa Bypass (Triq Lewis Wettinger), li għamlet ilbieraħ 27 ta’ Mejju, xorta baqa’ bl-ilma tax-xita jinġema' kollu fil-ġenb tat-triq b'inkonvenjent għas-sewwieqa li kienu għaddejjin bil-vetturi tagħhom u għar-residenti li reġgħu spiċċaw bi kwantità kbira ta' ilma jiġi mtajjar għal mal-ħitan tar-residenzi tagħhom bil-possibilità li anke jidħlilhom l-ilma fi djarhom?
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ il-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – ċertifikazzjoni relatati ma’ culverts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikazzjoni tal-periti jew nies oħra tekniċi tax-xogħlijiet li saru fl-aħħar ġimgħa relatati ma’ culverts fil-Bypass tal-Mellieha (Triq Lewis Wettinger)?
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-aħħar jiem fuq/taħt il-Pont tal-Mistra hux qed jerġa’ jsir xi xogħol ta’ tiswija/manutenzjoni? Jekk iva, jista’ jindika x’tip ta’ xogħol qed isir u kemm ser ikun ġie jiswa dan ix-xogħol li qed isir?
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Tal-Pietà – xogħlijiet fuq uffiċċju u proprjetà privata minn Infrastructure Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13768, jista’ l-Ministru jagħti garanzija u jeskludi kompletament u kategorikament li la Infrastracture Malta u lanqas Transport Malta fl-aħħar 6 xhur ma kienu bl-ebda mod involuti f’xogħlijiet ta’ allestiment fi proprjetà privata (inkluż uffiċċju)?