Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema – skema ta’ ipparkjar kontrollat favur ir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9014 tas-Seduta 208.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq f’Ħ’Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Ħ’Attard se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minn dawn, fil-lokalità ta’ Ħ’Attard tlestiet Triq il-Ġamar waqt li bħalissa qegħdin isiru Triq Kananea, Triq Annibale Preca, Triq Dun Alwiġ Galea u Triq il-Marġ. Toroq oħrajn li se jsiru huma Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar u Triq l-Inħasa. F’Ħ’Attard ukoll, Infrastrucuture Malta għandha ppjanati li jsiru xogħlijiet fi Triq Hannibal. Barra minn hekk, fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta se twettaq fiż-żmien li ġej hemm dak tas-Central Link Project, li ġie approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dan huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajji¿ għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq f’Burmarrad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità ta’ Burmarrad se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. F’Burmarrad, Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet fi Triq Burmarrad li jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-pont.

Infrastructure Malta – xogħol fuq toroq fl-Imdina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq fil-lokalità tal-Imdina se jsirilhom xogħol minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali. Fl-Imdina, Infrastructure Malta bħalissa qed tagħmel xogħlijiet fi Triq l-Għarreqin.

Studju ġeoloġiċi fuq mina bejn Malta u Għawdex

Question

Peress li f’Ottubru 2016, il-Ministru kien ħabbar li kienu bdew l-istudji ġeoloġiċi kif ukoll investigazzjoni ġeofiżika fuq iż-żona tal-fliegu bejn Malta u Għawdex, fejn qed jiġi propost li ssir mina, u peress li f’April 2019, fil-midja lokali, il-Ministru kien ikkwotat li qal li dawn l-istudji kien għadhom ma tlestewx, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-istudji tlestewx u jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji?

Response (BORG, IAN)

L-iżvilupp ta’ konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex huwa investiment infrastrutturali ieħor ewlieni li l-Gvern qed jagħti priorità sabiex neliminaw l-isfidi li ta’ kuljum jesperjenzaw il-familji f’Għawdex biex jiksbu aktar opportunitajiet ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku, u jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-Gvern jirrikonoxxi l-kunsens nazzjonali li hawn dwar l-importanza li jkollna din il-konnessjoni, hekk kif konfermat minn għadd ta’ studji li saru fost ir-residenti taż-żewġ gżejjer. Il-Gvern se jibqa’ jaħdem bla heda id f’id ma’ dawk kollha konċernati, sakemm din l-infrastruttura kruċjali li ilha snin biex isseħħ, titwettaq. Nittamaw ukoll li dan il-proġett jibqa’ jgawdi l-approvazzjoni tal-Oppożizzjoni, li vvutat favur dan l-investiment f’dan il-Parlament, ftit tax-xhur ilu. Ix-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex inwettqu soluzzjonijiet sostenibbli u niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali. Ix-xogħol ta’ ppjanar jinvolvi ħafna studji tekniċi minn aspetti differenti, fosthom analiżi ġeoloġika u sismika tar-rotot li minnhom potenzjalment tgħaddi l-mina, studji li jevalwaw l-impatti u l-benefiċċji soċjali, ekonomiċi u ambjentali, fosthom cost benefit analysis u studji dwar l-impatt ambjentali (EIA). Dawn kollha qed jitwettqu jew jiġu ffinalizzati fi stadji differenti, skont kif rikjest mill-awtoritajiet u kif determinat mill-esperti indipendenti li qed iwettquhom. Qed jitħejja wkoll il-conceptual design tal-mina nnifisha. Il-Gvern qed jappoġġja lil dawn l-esperti u tekniċi bir-riżorsi kollha li jeħtieġu, sabiex iwettqu xogħolhom bir-reqqa, iżda mingħajr dewmien bla bżonn. Fl-istess waqt, qed iħallihom fil-libertà li jmexxu dawn l-istudji bit-termini li huma jħossu li huma l-aktar rigorużi. Fl-ebda stadju m’aħna lesti li nimponu fuq dawn l-esperti sabiex jgħaġġlu x-xogħol tagħhom jew jaqtgħu xi kantunieri. Hija ħasra li hawn individwi li donnhom qed jippruvaw jagħmlu pressjoni fuq dawn l-esperti minn oqsma differenti, biex jgħaġġlu l-istudji tagħhom. L-istudji li tlestew u li ġew ippubblikati hemm dawn li ġejjin: - A Study about the tunnel between Malta and Gozo - Geological and Geotechnical Investigation - Investigative Coring Report - Social Impact Assessment Dawn l-istudji jinsabu pubbliċi u online, filwaqt qed npoġġu fuq il-mejda tal-kamra ‘2 screenshots’ tal-website indikata hawn taħt fejn jinsabu dawn l-istudji msemmija t’hawn fuq: https://www.transport.gov.mt/strategies/research-reports-studies/malta-gozo-fixed-link-2880 Filwaqt li l-istudji preliminari li tlestew u ġew pubblikati issa qed jiġu analizzati u mirquma permezz ta’ studji t’analiżi aktar profonda, l-istudji l-oħra kollha meħtieġa għadhom għaddejjin. Il-Gvern huwa kommess li jwettaq ukoll kull studju ieħor li jiġi determinat li jkun meħtieġ mill-eżitu ta’ studji eżistenti jew li jkun mitlub mill-awtoritajiet konċernati meta jibda l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp, skont liġijiet u direttivi applikabbli. Bħala parti mit-tħejjija għas-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa biex titħaffer, tinbena u tibda topera l-mina, f’Diċembru li għadda, Infrastructure Malta ppubblikat pre-information notice fit-Tenders Electronic Daily (TED), il-pjattaforma tal-proċessi ta’ akkwisti (procurement) pubbliċi tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dalwaqt, dan se jiġi segwit mill-pass li jmiss fil-proċess tal-għażla, li jinkludi pre-qualification questionnaire li fih se jkollu t-tagħrif tekniku kollu meħtieġ biex kuntratturi prospettivi jikkonfermaw li għandhom il-ħiliet u kapaċità biex iwettqu l-proġett, u b’hekk juru l-interss tagħhom li jikkwalifikaw għall-istadji tal-proċess li jkun imiss. Aktar dettalji speċifiċi dwar dan il-proġett ikunu magħrufa wara li jiġu determinati skont l-istudji tekniċi, ekonomiċi u dawk tal-EIA, u wara li jkunu ħarġu u ġew evalwati s-sejħiet għall-offerti internazzjonali meħtieġa.

Mina bejn Malta u Għawdex

Question

Peress li f’Settembru 2017, fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1168, il-Ministru kien qal li fl-aħħar tal-2016 kienu bdew isiru investigazzjonijiet sismiċi, bħala parti mill-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-investigazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11321.

Proġett ta’ mina bejn il-gżejjer – pre-information notice

Question

B’referenza għall-proġett tal-mina bejn il-gżejjer, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet li jikkonċernaw dan il-proġett ġewx ippreżentati lill-EU Journal u jekk il-pre-information notice dwar il-proġett ġietx ippubblikata fl-EU’s Official Gazette?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11321.

Mina bejn Malta u Għawdex — Rapporti tekniċi, ekonomiċi u ambjentali

Question

B’referenza għall-mina bejn Malta u Għawdex, u għar-rigward tar-rapporti li dehru fil-midja lokali f’Marzu 2019, fejn fost l-oħrajn il-Ministru kien ikkwotat li qal li ‘l-istudji kollha, inkluż dawk tekniċi, ekonomiċi u ambjentali (environmental impact assessment) kienu tlestew jew kienu qed jiġu ffinalizzati’ jista’ l-Ministru: a. jelenka dawk l-istudji li tlestew; u b. jgħid liema huma dawk li għadhom ma tlestewx? Jista’ wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawk l-istudji li tlestew?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11321.

Mina bejn Malta u Għawdex – riżultati

Question

B’referenza għall-mina bejn il-gżejjer u għall-mistoqsija parlamentari 10700 fejn fit-tweġiba li ngħatat fl-1 ta’ Lulju 2019, intqal li ‘tlesta mudell Ġeoloġiku taż-żona taħt investigazzjoni, fejn hu meqjus li titħaffer il-mina’ u ntqal ukoll li ‘ir-riżultat ta’ dan il-mudell ġew diskussi ma’ diversi esperti, entitajiet u awtoritajiet konċernati u issa qed jiġu mirquma u ffinalizzati’ jista’ l-Ministru issa jgħid jekk dawn ir-riżultati ġewx iffinalizzati?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11321.

Birżebbuġa – triq taħt il-livell tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex xi pjanijiet biex tindirizza problema li ilha preżenti f’Birżebbuġa li meta jogħla l-livell tal-baħar, qed tikkawża li it-triq quddiem il-bini tal-Kunsill Lokali tkun litteralment taħt il-livell tal-baħar?

Response (BORG, IAN)

Permezz ta' Infrastructure Malta, il-Gvern qed iwettaq il-pjan nazzjonali sabiex ittejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-trasport f’pajjiżna, b'xogħlijiet f'toroq arterjali, residenzjali u rurali u strutturi u sistemi oħra. F’din il-ħidma, l-aġenzija qed tappoġġja lill-kunsilli lokali bil-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq residenzjali li qabel ma kellhomx il-fondi sabiex isiru. Kmieni din is-sena, l-aġenzija bdiet twettaq dan l-investiment ta’ €700 miljun f’seba’ snin u s’issa diġa beda xogħol ta’ bini mill-ġdid f’aktar minn 80 triq differenti. Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet tlestew, jew waslu biex. Malli x-xogħol fuq triq jintemm, il-kuntratturi mill-ewwel jibdew jibnu mill-ġdid triq oħra. B’hekk, gradwalment, fis-seba’ snin li ġejjin Infrastructure Malta se tkun qed ittejjeb il-kwalità, s-sigurtà, l-effiċjenza u s-sostenibilità ta’ dawn it-toroq residenzjali. It-toroq u l-bini fiz-zona indikata jinsabu prattikament mal-livell tal-baħar. Fil-fatt, ikun hemm drabi fejn saħansitra l-livell tal-baħar jogħla aktar mil-livell tat-triq, bil-konsegwenza li jkun hemm diffikultajiet t’għargħar. Dan il-fenomenu ilu jikkawża diffikultajiet fl-inħawi għal ħafna snin. Infrastructure Malta qed tevalwa s-sitwazzjoni partikolari ta’ dawn it-toroq, sabiex tistabbilixxi soluzzjonijiet li jtaffu l-għargħar tat-toroq bil-maltemp jew meta jogħla l-livell tal-baħar mingħajr ma jinħolqu konsegwenzi fuq il-bini fl-inħawi.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Konsulenzi minn ditta legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li d-ditta legali GVTH ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar. Il-ħlasijiet li saru lil din id-ditta legali, sena b’sena mill-1999 sal-2003, u li kienu jammontaw għal € 54,632.01 kif murija f’din it-tabella. 1999 9643.61 2000 11005.12 2001 13551.18 2002 10313.3 2003 10118.8 total 54632.01 Ngħid ukoll li l-ammont mis-servizz ta’ konsulenza legali mill-Awtorità Marittima ta’ Malta għal istess perjodu huwa ta’ € 5,157 kif jidher fit-tabella t’hawn taħt; 1999 745 2000 37 2001 3979 2002 396 total 5157 Ma nstabux records li jindikaw li dawn ix-xogħlijiet ngħataw wara sejħa pubblika.

Ħal Tarxien — Triq il-Witja u Triq id-29 ta' Mejju 1592 - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex saru Triq il-Witja u Triq id-29 ta' Mejju 1952 ġewwa Ħal Tarxien? Jista' jgħid għaliex Triq id-29 ta' Mejju għadha ma saritx u jidher li x-xogħol waqaf? Jista' jgħid jekk dawn tħallsux u jekk le kienx hemmx fondi biżżejjed biex isir dan?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — Esperti fil-qasam tat-toroq – laqgħat ma’ mistiedna mir-Renju Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratturi tat-toroq Għawdxin flimkien ma’ esperti u nies oħra mill-Ministeru għal Għawdex li jaħdmu fil-qasam tat-toroq ġewwa Għawdex kinux mistiedna għal-laqgħat li saru minn esperti tat-toroq li ġew mir-Renju Unit fl-aħħar ġranet ta' Ġunju 2019? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-esperti ltaqgħux mal-ħaddiema ta’ Infrastructure Malta u mal-kuntratturi tat-toroq lokali ta' Malta biex jiddiskutu l-opportunitajiet u l-isfidi fl-investiment tat-toroq u jiġu riveduti l-istandards tas-sigurtà u tal-kwalità tat-toroq?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta twaqqfet is-sena li għaddiet ħalli twettaq il-pjan nazzjonali biex pajjiżna jkollu infrastruttura ta’ kwalità għolja li tixraq il-progress ekonomiku u soċjali li kiseb f’dawn l-aħħar snin. Dan il-pjan jinkludi investiment sabiex toroq ewlenin isiru aktar siguri, aktar sostenibbli u akter effiċjenti, investiment bla preċedent sabiex intejbu l-kwalità u nsebbħu t-toroq residenzjali li fihom jgħixu eluf ta’ familji u programm intensiv ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ toroq u infrastruttura oħra, fosthom dik marittima fi xtutna. Fl-istess waqt, sabiex ti¿gura li pajji¿na jikseb l-aktar gwadann possibbli minn dan l-investiment kbir, waqt li nibqgħu ngawdu r-riżultati tiegħu għal snin twal, Infrastructure Malta hija impenjata wkoll fl-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri ġodda ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità u manutenzjoni kontinwa. Dan l-impenn qed jitwettaq ukoll permezz ta’ reviżjoni sħiħa tal-istandards applikabbli għax-xogħol fit-toroq u l-infrastruttura pubblika, sabiex niżguraw li nadottaw l-aktar proċeduri sikuri u ta’ l-ogħla kwalità, b’materjali superjuri, li jservu aktar. Sfortunatament, ħafna minn dawn l-istandards ilhom ma’ jiġu aġġornati snin twal. Il-proċess sabiex dawn l-istandards jiġu riveduti jinkludi s-sehem ta’ dawk kollha konċernati, fosthom entitajiet differenti, kuntratturi u oħrajn, li gradwalment qed jiġu kkonsultati mill-periti, inġiniera u esperti oħra ta’ Infrastructure Malta. L-aġenzija qed tikkollabora wkoll m’esperti minn pajjiżi oħrajn, fosthom ir-Renju Unit, sabiex tiżgura li l-istandards ġodda li qed jitfasslu jilħqu l-aqwa livellu u teknoloġiji internazzjonali. Il-konsultazzjonijiet bħala parti minn dan il-proċess għadhom fi stadju inizjali. Il-laqgħa li qed issir referenza għaliha hija waħda minn serje ta’ inizzjattivi li Infrastructure Malta qed tieħu sabiex tixpruna din il-konsultazzjoni teknika. Sa tmiem dan il-proċess, se tkun iltaqgħet ma’ dawk kollha konċernati u ma’ dawk li huma interessati jikkontribwixxu biex pajjiżna jkollu infrastruttura tal-ogħla kwalità.

Aġġudikazzjoni ta’ tender

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex wasal il-proċess biex tiġi aġġudikata t-tender IM005/2018 (Framework agreement for the Construction and Maintenance of Roads in different Localities in Malta on behalf of Infrastructure Malta) li ħarġet minn Infrastructure Malta u li t-Tender Submission Deadline tagħha għalqet fit-30 ta' Novembru 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta twaqqfet is-sena li għaddiet ħalli twettaq il-pjan nazzjonali biex pajjiżna jkollu infrastruttura ta’ kwalità għolja li tixraq il-progress ekonomiku u soċjali li kiseb f’dawn l-aħħar snin. Dan il-pjan jinkludi investiment sabiex toroq ewlenin isiru aktar siguri, aktar sostenibbli u akter effiċjenti, investiment bla preċedent sabiex intejbu l-kwalità u nsebbħu t-toroq residenzjali li fihom jgħixu eluf ta’ familji u programm intensiv ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ toroq u infrastruttura oħra, fosthom dik marittima fi xtutna. Fl-istess waqt, sabiex tiżgura li pajjiżna jikseb l-aktar gwadann possibbli minn dan l-investiment kbir, waqt li nibqgħu ngawdu r-riżultati tiegħu għal snin twal, Infrastructure Malta hija impenjata wkoll fl-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri ġodda ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità u manutenzjoni kontinwa. Dan l-impenn qed jitwettaq ukoll permezz ta’ reviżjoni sħiħa tal-istandards applikabbli għax-xogħol fit-toroq u l-infrastruttura pubblika, sabiex ni¿guraw li nadottaw l-aktar proċeduri sikuri u ta’ l-ogħla kwalità, b’materjali superjuri, li jservu aktar. Sfortunatament, ħafna minn dawn l-istandards ilhom ma’ jiġu aġġornati snin twal. Il-proċess sabiex dawn l-istandards jiġu riveduti jinkludi s-sehem ta’ dawk kollha konċernati, fosthom entitajiet differenti, kuntratturi u oħrajn, li gradwalment qed jiġu kkonsultati mill-periti, inġiniera u esperti oħra ta’ Infrastructure Malta. L-aġenzija qed tikkollabora wkoll m’esperti minn pajjiżi oħrajn, fosthom ir-Renju Unit, sabiex ti¿gura li l-istandards ġodda li qed jitfasslu jilħqu l-aqwa livell u teknoloġiji internazzjonali. Fid-dawl ta’ dan il-proċess, li jista’ jibdel il-metodi ta’ twettiq u assikurazzjoni tal-kwalità ta’ Infrastructure Malta, inħass li din is-sejħa kellha tiġi rtirata u kkanċellata, sakemm tkun tista’ toħroġ mill-ġdid meta l-proċess ta’ tisħiħ ta’ standards ikun fi stadju aktar avvanzat.

Malta Public Transport Services Ltd – Karozzi tal-linja – vuċi elettronika li mhux taħdem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tal-linja amministrati minn Malta Public Transport Services Ltd. li għalkemm għandhom il-vuċi elettronika li tħabbar il-waqfiet bil-quddiem, din ma tiffunzjonax? Jista’ jgħid x’qed isir biex dan is-servizz tant utli għall-persuni neqsin mid-dawl u l-bqija tal-passiġġieri jkun jiffunzjona tajjeb fuq il-karozzi tal-linja kollha u dejjem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Transport Malta, permezz tal-Uffiċjali tagħha, ta’ kuljum twettaq numru ta’ spezzjonijiet fuq il-karrozzi tal-linja. Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet jiġi ivverifikat li l-apparat elettroniku li jħabbar permezz tal-vuċi l-waqfiet bil-quddiem jkun qiegħed jaħdem kif suppost. F’dawk il-kazi fejn tali apparat ma jkunx qiegħed jaħdem, jew jaħdem tajjeb, Transport Malta tgħarraf lil Operatur tat-trasport pubbliku b’dan sabiex tali problema tiġi indirizzata. Isiru spezzjoniet ulterjuri fuq dawn il-karrozzi tal-linja sabiex jiġi zgurat li t-tiswijiet neċċessarji jkunu saru.

Joint Office – rata ta’ fidi ta’ ċens perpetwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum b'liema rata huwa mifdi ċens perpetwu mhux rivedibbli ta' art tal-Joint Office? Din ir-rata ta' fidi għadha sal-lum dik ta' capitalisation ta' 5% (fejn iċ-ċens ikun immultipplikat għal 20 darba)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-konċessjoni emfitwetika ma tistabilixxix rata ta’ fidi aktar vantaggjuza għall-Gvern, il-fidi taċ-ċnus perpetwi mhux riveddibli jinħadmu bir-rata tal-fidi ta’ ħamsa fil-mija (5%), a bażi ta’ artiklu 1501 tal-Kodiċi Ċivili.

Telgħet ix-Xemxija – traffiku

Question

B’referenza għat-triq Telgħet ix-Xemxija, speċifikament il-parti mir-roundabout li hemm ħdejn il-Ġnien Olimpiku sar-roundabout li hemm ħdejn il-Knisja tax-Xemxija, liema żona fiha erba’ pelican lights u zebra crossing waħda, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex tinvestiga r-raġuni għaliex qed jinġema’ ħafna traffiku? Jekk hemm bżonn, nitlob lill-Ministru sabiex jieħu azzjoni biex jitnaqqas l-ammont ta’ traffiku li jinġema’ bla ebda kawża ta’ xejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li t-triq Telgħet ix-Xemxija hija triq b’kareġjata waħda li matul ix-xhur tas-Sajf tara madwar 27,000 vettura kuljum kif ukoll numru kbir ta persuni għaddejin bil-mixi. F’wiesa ta’ madwar kilometru min bejn il-Ġnien Olimpiku sal-Knisja ta’ Xemxija kienu ġew installati 4 pedestrian crossings minħabba raġunijiet ta’ sigurta'. Bħala prova f’Dicembru 2018 it-Traffic Control Committee ippruvaw ineħħu wahda min dawn il-Pelican Crossings (vicin il-Beach Haven Complex) biex jitnaqqas l-ammont ta traffiku li kien qed jinġemgħa, iżda wara ftit ta żmien din il- Pelican crossing reġat ġiet installlata. Il-proġett ta Malta-Gozo tunnel link, li ser ikun qed jagħddi minn Telgħet ix-Xemxija huwa immirat biex jitnaqqas il-bottleneck tat-traffiku.

Għawdex – Għajnsielem – kiri ta’ quad bikes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru regolamenti ġodda għal min jikri quad bike u dan fid-dawl tal-inċident serju li sar f’Awwissu ta’ din is-sena f’Għajnsielem Għawdex u inċidenti oħra li sfortunatament qed jiġru minn żmien għal żmien? Jaħsibx il-Ministru li mhux sigur il-fatt li f’pajjiżna, kulħadd jista’ jikri quad bike bla ebda taħriġ jew liċenzja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, r-Regolameti preżenti jipprovdu li quad bike għandu jkun debitament irreġistrat, inxurjat u liċenzjat u dan skont il-provvedimenti li hemm fil-Kapitlu 368 u Leġislazzjoni Sussidjarja 368.02 tal-Liġijiet ta’ Malta. Sabiex quad bike ikun jista’ jiġi misjuq, is-sewwieq għandu jkollu liċenzja tas-sewqan b’kategorija B jew B1. Barra minhekk, ebda persuna m’għandha issuq jew tinġarr fuq quad bike kemm il-darba din ma tkunx liebsa crash halmet. Dawn ir-Regolamenti jgħoddu kemm għal quad bikes privati kif ukoll għal dawk li jiġu mikrija.