Legislature:
Category:
Reset
Active:

Programm LEAP — Servizz tas-Social Workers

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm ħaddiema soċjali mal-Proġett Leap u f'liema lokalitajiet jaħdmu? X'għandu jagħmel wieħed biex jikkuntattjahom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-servizz li kien jingħata mill-programm LEAP għadda għand l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dan sar billi l-Politika Strateġika Nazzjonali għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali (2014-2024), għandha bħala għan ewlieni l-ħidma multi-dixxiplinarja fil-kommunità favur tisħiħ tal-iżvilupp soċjali ħolistiku. L-Aġenzija għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Sta Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala*. (N.B. Sa’ issa is-servizz ta’ social work f’Ħal Kirkop, Marsaskala u Qormi qiegħed jingħata mill-Intake and Family Support Sevice tal-Appoġġ.) F’ Għawdex, hemm ċentri simili fix-Xewkija, Ir-Rabat u Marsalforn. Minn dawn iċ-ċentri, l-aġenzija toffri is-servizz ta’ social work u social mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilup tal-komunità. Hemm ukoll numru ta’ outposts fejn professjonisti jiltqgħaw mal-membri tal-komunità, darba f’ġimgħa bħal l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura , Ħal-Safi u Birkirkara. Permezz ta’ din il-ħidma, is-servizzi jistinkaw biex jintlaħaq l-għan prinċipali li l-familji u komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvilup soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu indirizzati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu l-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunita’. Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunita’ li jgħix fiha. Għaldaqstant, minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunita’ bħala mezz effetiv kif jinstabu soluzzjonijiet li jkun addatati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development work jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunita’ filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunita’ mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inkluzzjoni. Is- servizz ta’ ħarsien soċjali mill-professjonisti isir permezz ta’ pjan ta’ kura bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan isservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulhadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irrid jasal hekk kif ikun indikat mill-ezerċizzju tal-assesjar. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat kemm mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lil klijent. Is-servizzi tal-Agenzija huma mibnija fuq perspettivi innovativi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bzonnijiet jirrikjedu għajnuna speċjaliżżata issir riferta għas-servizz konċernat. Is-social workers u l-mentors jagħmlu żjarat fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonijiet oħra relevanti għall-kaz, kif ukoll jattendu għall-case conferences skond il-bżonn. Jkun hemm drabi fejn il-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola. Kull servizz huwa marbut ma’ kejl tal-eżitu sistematiku (outcome measrues) li jwassal għal evalwazzjoni ta’ kemm is-servizz qed ikun effettiv u relevanti għall-familja jew klijent partikolari, kif ukoll ikun indikattivi ta’ x’hemm bżonn issir ’il quddiem. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ servizz tal-kommunità jista’ jasal wasla sa’ l-eqreb Ċentru tal-Familja fil-Kommunità jew iċempel għall-aktar informazzjoni. Jkun hemm drabi fejn servizzi oħra ta’ ħarsien soċjali speċjalizati jirrefew lill-klijenti tagħhom għall-servizzi tal-kommunità. Intant, l-għadd ta’ professjonisti li jaħdmu f’ dawn iċ-ċentri huwa ta’ 65. Dawn huma mqassmin skont kif jidher fit-tabella mehmuża ma’ din it-tweġiba. Fl-aħħarnett, qed nipprovdi wkoll lill-Onor. Interpellant lista bl-indirizzi tal-postijiet fejn jinsabu dawn iċ-ċentri flimkien man-numri tat-telefon (linja fissa) ta’ kull post. Ħaddiema Soċjali u Social Mentors li jaħdmu fiċ-Ċentri tal-Familja fil-Kommunità Professjonisti Għadd Social Workers 37 Birkirkara Community Services 5 Cottonera Community Services 3 Qawra Community Services 7 Valletta Community Services 5 Zabbar Community Services 2 Mosta Community Services 3 Qormi Leap Centre 1 Msida Leap Centre 1 Paolo Freire Institute 2 Community Family Centre - Victoria 5 Community Family Centre - Xewkija 2 Community Family Centre - Marsalforn 1 SWP - Social Welfare Professionals 27 Birkirkara Community Services 2 Cottonera Community Services 4 Qawra Community Services 4 Valletta Community Services 3 Zabbar Community Services 1 Kirkop Leap Centre 6 Qormi Leap Centre 4 Santa Lucija Leap Centre 1 Community Family Centre - Xewkija 1 Community Family Centre - Marsalforn 1 Social Worker - Trainee 1 Qawra Community Services 1 Total 65 FSWS – Aġenzija għas-Servizzi Terapwetiċi u fil-Kommunità - Indirizzi u Numri tat-Telfon taċ-Ċentri għall-Familji fil-Kommunità Reġjun ta’ Nofsinhar tal-Port Birgu/Zabbar Santa Lucija 23985110 21691385/ 21676960 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq San Dwardu, Birgu, BRG9030 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 14 Triq Inez Soler, Sta Lucija, SLC 1450 Reġjun Nofsinhar Kirkop Marsaskala 21640181 21522572 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq San Pietru, Kirkop Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 59 Training Centre, Triq il-Kappar, Marsascala, MSK 3303 Reġjun Tramuntana Qawra 21697142 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), Triq il-Frejgatina, Qawra, SPB 1273 Reġjun Tramuntana Mosta 21437447 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 3A St Anne’s Street, Mosta, MST 3210 Reġjun tat-Tramuntana tal-Port Valletta 23953115 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 72 Melita Street, Valletta VLT1120 Reġjun Punent Qormi 21496045/ 21370788 Community Family Centre (FSWS Therapeutic & Community Services), 393 Triq il-Vitorja, Qormi, QRM 2504. Reġjun Għawdex Marsalforn 21563925 / 6 Community Family Centre – Marsalforn Victoria (Rabat) 2334 5023 / 027 Community Family Centre – Victoria Xewkija 2258 8998 /3 Community Family Centre - Xewkija

Servizz ta' Counselling

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm koppji miżżewġin jew f'unjoni ċivili li qed jużaw is-servizzi ta' counseling f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: SENA MIŻŻEWĠIN KO-ABITANTI 2019 112 il-persuna li attendew għar rashom u mhux mar-raġel / mara. 8 persuni li attendew mingħajr is-sieħeb / sieħba. 2019 - 2 persuni li attendew bħal koppja (1) waħda. 2020 156 il-persuna li attendew għar rashom u mhux mar-raġel / mara. 21 persuna li attendew mingħajr is-sieħeb / sieħba. 2020 72 persuna miżżewgin li attendew bħala 36 koppja. 4 persuni li attendw bħala żewġ (2) koppji.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — direct orders lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull kuntratt, inkluż direct orders jew simili, mogħtija minn kull entità fi ħdanu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2019 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull każ, jagħti l-ammont, data u minn min kien approvat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja, u Drittijiet tat-Tfal (inkluż id-dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru), ma ħariġx kuntratti jew direct orders, lill-kumpanija li qed jirreferi ghalija l-Onor. Interpellant.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jaħdmu fil-Ministeru, jew entità li taqa’ taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali: Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ każijiet ta’ persuni li qegħdin fil-lista ta’ stennija għas-servizzi indikati fil-mistoqsija parlamentari 12002?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Aċċessibilita’ għal persuni b’diżabilita’

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk id-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) humiex fiżikament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita? Jekk le, liema huma dawk il-postijiet li ma humiex aċċessibbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – assistenza għal diżabilità severa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li; a. jieħdu l-assistenza għal diżabilità severa; u b. jieħdu l-assistenza miżjuda għal diżabilità severa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Żieda mogħtija minħabba l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jara tistax tiġi rranġata l-anomalija li nqalgħet meta minħabba ż-żieda li ngħatat għall-għoli tal-ħajja, f'ċertu każi wasslet biex dawk li kienu jikkwalifikaw għall-għajnuna tal-mard tilfuha? Jista’l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li kieku din iż-żieda ma tiġix ikkonsidrata mad-dħul tal-persuna li tirċeviha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Żgħażagħ taħt it-18-il sena li jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma impjegati u li allura jikkontribwixxu għall-ħlas għas-sigurtà soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Foundation for Social Welfare Services – servizzi f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17715 u jelenka s-servizzi li l-Foundation for Social Welfare Services (FSWS) qed toffri ġewwa Għawdex? Jista' jispjega wkoll kemm persuni qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni f'Għawdex li qed jirċievu xi wieħed mis-servizzi msemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizzi li l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), toffri minn ġewwa Għawdex huma: - Ħidma Soċjali f’aspetti differenti u f’realitajiet differenti tal-ħajja; - Is-servizz Home-Start; - Is-servizz tal-Fostering; - Is-servizz tal-Looked After Children; - Il-Home Based Therapeutic Services; - Servizz ta’ Ħidma Soċjali pprovdut ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex; - Is-servizz ta’ Supervised Access Visits; - L-Emergency On-Call Service; - Servizz ta’ Ħidma Soċjali fil-Kommunita’ ta’ Marsalforn; - Il-Prison Project; u - Il-Programm Preventiv T.F.A.L 3. Minħabba id-diversità tal-mistoqsija u l-ammont tal-informazzjoni mitluba, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi kollha imsemmija fuq, kif ukoll in-numru ta’ benefiċċjarji ta’ dawn is-servizzi, tista’ tinkiseb mir-Rapport Annwali għas-sena 2019, dwar il-Gozo Branch Operations tal-FSWS. Koppja ta’ dan ir-rapport qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna lil single parents li qed irabbu tfal b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament x’għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-single parents li qed irabbu tfal b’diżabilità? Jista’ jispjega wkoll jekk in kwantu din l-għajnuna hijiex qed issir distinzjoni bejn ġenituri li jaħdmu u dawk li ma jaħdmux u taħt liema kriterji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fejn jidħlu tfal b’diżabilità ma ssirx distinzjoni abbażi tal-istatus tal-persuna. Għaldaqstant, single parents huma intitolati għall-istess benefiċċji bħal kull ġenitur ieħor, dejjem skont jekk jissodisfawx il-kriterji għall-benefiċċju li wieħed ikun qed japplika għalih. Ġenituri ta’ tfal b’diżabilità, jekk jissodisfaw il-kriterji skont il-Liġi tas-Sigurta’ Soċjali jingħataw id-Disability Children’s Allowance ta’ €25 fil-ġimgħa minbarra l-Allowance tat-Tfal dovut lilhom. Malli it-tfal ikollhom 14 -il sena, fil-każ ta’ tfal b’vista batuta jew 16-il sena f’każ ta’ tfal b’diżabilta’ skont kif elenkat fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali, l-Assistenza tinħareġ fuq it-tfal infushom, sintendi fuq l-Amministratur jekk ikun il-każ. Jekk dawn it-tfal, minħabba d-diżabilità tagħhom ma jkunux jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, dawn jistgħu jikkwalifikaw għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, li tilħaq l-ammont tal-Paga Minima Nazzjonali netta. Minbarra dan kollu, u b’effett mill-bidu ta’ din is-sena, bħala miżura tal-bagit, ġenituri ta’ tfal li jirċievu Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa li ma jkunux f’impjieg u li jkunu jgħixu flimkien mal-persuna b’diżabilità, bdew jingħataw għotja ta’ €300 fis-sena.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19267 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba parlamentari numru 19253.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 53 persuna li jinsabu fi kwarantina.

Tfal li jgħixu f’istituzzjonijet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna tfal li jgħixu f’istituzzjonijiet f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jindika kemm għandna tfal fostered u kemm għandna tfal li jinsabu taħt il-protezzjoni tal-Istat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – żieda f’allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedet in-nefqa f’allowances lill-persuni b’diżabilità mill-2013 ‘il quddiem?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nefqa tal-Gvern fuq Assistenzi għal Diżabilità mis-sena 2013 ‘l hawn hija kif jidher fit-tabella li t’hawn taħt: Benefiċċju 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 € € € € € € € € Assitenza għal Persuna b’Vista Batuta 914,152.46 1,184,061.20 1,338,076.12 1,568,407.18 1,714,409.29 1,856,989.11 2,073,221.94 2,250,065.51 Assistenza għal Diżabilità 254,224.96 489,733.94 619,451.49 759,014.86 Pensjoni għal Diżabilità 11,974,744.66 12,837,968.14 14,168,685.89 15,928,202.99 Assistenza għal Diżabilità Severa 16,944,085.33 16,436,180.67 17,270,779.96 18,349,591.76 Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa 732,261.32 3,419,279.67 4,675,614.65 6,035,819.24 Total 12,888,897.12 14,022,029.34 15,506,762.01 17,496,610.17 19,644,980.90 22,202,183.39 24,639,068.04 27,394,491.37 Niġeb l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li, · Dik li qabel is-sena 2017 kienet tissejjaħ Pensjoni għal Diżabilità, minn Jannar 2017 bdiet tissejjaħ Assistenza għal Diżabilità Severa; · L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, u li titħallas fl-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali netta, bdiet titħallas għall-ewwel darba f’Jannar tal-2017 permezz tar-riforma ntrodotta; u li · L-Assistenza għal Diżabilità bdiet titħallas għall-ewwel darba f’Jannar 2017, hekk kif ġiet introdotta r-riforma fl-Assistenzi għal Diżabilità.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – miżuri minħabba l-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.