Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa ta’ rinnovar u fejn ikun possibbli, espansjoni sabiex joffri aktar servizzi.
Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Novembru 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Operazzjoni tal-Katarretti – Medja ta’ żmien ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti matul l-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-medja ta’ żmien li wieħed kellu jistenna sabiex jiġi operat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2024 ġewwa l-Isptar Mater Dei saru 4521 operazzjoni tal-kataretti u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex saru 428 operazzjoni tal-kataretti.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni eliġibbli biex jibbenefikaw mill-PrEP u l-PEP bla ħlas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li inidividwi li huma f’riskju li jkollom HIV huma eliġibbli għall-PrEP b’xejn. Tingħata riċetta biss wara li ssir konsulta u STD screening mal-konsulenti tal-GU Clinic.
Fil-każ tal-PEP, kull individwu f’Malta li kien f’kuntatt li seta’ espona ruħu għall-HIV fi żmien 72 siegħa huwa eliġibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkun in-numru ta’ persuni li se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-PrEP u l-PEP bla ħlas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2026 huwa stmat li madwar 500 persuna se jibbenefikaw mill-PrEP b’xejn. Dan in-numru huwa proġettat li jiżdied b’50% fl-2027 u jirdoppja fl-2028.
Rigward il-PEP, huwa diffiċli li tbassar in-numru peress li dan huwa trattament ta’ emerġenza u jingħata skont l-esigenza. Madankollu, huwa mistenni li hekk kif in-numru ta’ dawk li ser jagħmlu użu mill-PrEP jiżdied, id-domanda għall-PEP ma tiżdiedx b’wisq.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern biex iċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) ma jibqax jopera mill-binja preżenti fl-Isptar San Luqa u jimxi għal binja ġdida?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ħabbart f’dan il-Parlament, għaddejin il-preparamenti biex ic-Child Development Assessment Unit (CDAU) jimxi għal sit temporanju ġewwa B’Kara fi żmien qasir.
Fid-dawl li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jintuża minn pazjenti li jkollhom mobilità limitata u ġieli anke jużaw il-wheelchairs, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-lift li hemm fil-binja tas-CDAU fl-Isptar San Luqa, ilu ma jaħdimx għal diversi ġranet (minn tal-inqas mill-15 ta’ Jannar sat-28 ta’ Jannar), b’inkonvenjenza u detriment għal dawk il-persuni li jkollhom jużaw it-taraġ biex mil-livell tar-reception (level 0) jitilgħu fil-livelli ta’ fuq, b’mod partikolari fil-livelli 3 u 4?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Għawdex – Pazjenti bi problemi fil-kliewi – Dijaliżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għad-dijaliżi għal pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi li jgħixu f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser jitwettaq proġett infrastrutturali ġdid li jinkludi l-bini u l-iżvilupp ta’ klinika ddedikata apposta għas-servizzi relatati mal-kura tal-kliewi u d-dijaliżi. B’hekk il-pazjenti tal-kura tad-djaliżi li jkollhom bżonn jiġu l-isptar fuq bażi regolari għall-kura ser jagħmlu dan fi klinika aktar moderna u addattata kif ukoll konformi mal-istandards kliniċi u ta’ sigurtà. Ser inżidu wkoll il-frekwenza tas-servizz ta’ nefrologu għal dawn il-pazjenti.
Pazjenti li jbatu bid-Dijabete tat-Tip 1 - Kirurġija tal-istonku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan sabiex il-kirurġija tal-istonku ssir disponibbli għall-pazjenti li jbatu bid-Dijabete tat-Tip 1 u jagħżlu li jagħmluha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Kirurġija tal-Istonku, bħalissa qed tiġi offruta lil pazjenti li jbatu min obesità u BMI ta 35% jew iktar jew pazjenti li għandhom BMI ta 30% jew iktar u jbatu minn kundizzjonijiet assoċjati mal-piż żejjed bħal Dijbete (iż-żewġ tipi), pressjoni, problemi bil-ġogi, problemi tan-nifs u oħrajn.
L-Isptar Karin Grech – Dipartiment tal-Fiżjoterapija – Evakwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech kellu jiġi evakwat fil-ġranet li għaddew?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ebda parti tad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-isptar Karin Grech ma ġiet evakwata. Billi kienu għaddejjin xi xogħlijiet fis-sulari ta’ fuq, numru żgħir ta’ każijiet mhux urġenti ġew skedati għal data oħra. Każijiet urġenti u numru kbir ta’ appuntamenti oħra ġew onorati, bil-pazjenti jiġu akkomodati f’żoni ’l bogħod meta kien hemm ħsejjes kaġun tax-xogħlijiet.
L-Isptar Mater Dei - Bust b’tifkira ta’ George tal-mużew
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bust b’tifkira ta’ George Agius, magħruf bħala “George tal-Mużew”, li ta’ kuljum kien ikun iferraħ lin-nies fl-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull suġġeriment jiġi kkunsidrat.
Sptar Mount Carmel - Bini ta’ faċilità ġdida - Pjan strateġiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan strateġiku fit-tul sabiex tinbena faċilità ġdida li tissostitwixxi kompletament lill-Isptar Mount Carmel, u jekk iva, x’inhu l-kalendarju ta’ dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid x’rapporti ta’ spezzjoni strutturali saru fuq il-bini tal-Isptar Mount Carmel matul l-aħħar sentejn u x’miżuri ta’ sigurtà ttieħdu biex jiġi żgurat li l-pazjenti u l-ħaddiema jibqgħu f’ambjent sigur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li permezz tal-periti u l-inġiniera tal-FMS, saru diversi spezzjonijiet neċessarji u fejn kien indikat li jrid isir xi xogħol strutturali dan sar. Sakemm tlesta x-xogħol, is-servizzi kienu qed jingħataw minn parti oħra tal-isptar u dan isir biex ikun żgurat ambjent sigur.
Sptar Mount Carmel - Proċess ta’ modernizazzjoni u trasferiment tas-servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex ikun hemm biżżejjed staff professjonali (psikjatri, infermiera u carers) biex jappoġġjaw il-proċess ta’ modernizzazzjoni u trasferiment tas-servizzi mill-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fis-servizzi tas-saħħa mentali qed jittieħdu diversi miżuri sabiex jiġi assigurat li jkun hemm biżżejjed staff professjonali, inklużi psikjatri, infermiera u carers, biex jappoġġjaw il-proċess ta’ modernizzazzjoni u t-trasferiment tas-servizzi mill-Isptar Monte Karmeli.
Qed isir reklutaġġ kontinwu ta’ infermiera, b’mod partikolari ta’ dawk li jtemmu b’suċċess il-kors ta’ Mental Health Nursing, kif ukoll reklutaġġ ta’ infermiera u carers permezz ta’ kuntrattur. Dawn il-ħaddiema jingħataw taħriġ f’konsultazzjoni mal-management tas-servizzi tas-saħħa mentali sabiex tissaħħaħ il-kwalità tal-kura pprovduta.
Il-management, flimkien mal-professjonisti involuti, qed jaħdem b’mod koordinat biex jidentifika oqsma ta’ titjib fl-operat tas-servizzi u biex jitwettaq ippjanar strateġiku.
Barra minn hekk, qed isiru investimenti fit-taħriġ kontinwu u fl-iżvilupp professjonali tal-istaff eżistenti. Dan jinkludi korsijiet speċjalizzati, fosthom fl-AMSR, Mentalization, Domestic Violence for Mental Health, Trauma Informed CBT, Basic Life Support, De-escalation u l-amministrazzjoni ta’ injections, kif ukoll is-superviżjoni klinika lil ħaddiema ġodda fis-servizzi tas-saħħa mentali.
Sptar Mount Carmel - Trasferiment ta’ pazjenti għal djar komunitarji jew għas-servizz akut fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti ġew jew huma mistennija jiġu trasferiti mill-Isptar Mount Carmel għal djar komunitarji jew għas-servizz akut fl-Isptar Mater Dei, u xi pjanijiet ta’ sapport huma fis-seħħ għal dawn il-pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2025, ġew trasferiti 110 pazjenti lejn djar fil-komunità. Sat-28 ta’ Jannar 2026, ġew trasferiti wkoll 18-il pazjent ieħor lejn djar fil-komunità.
Bħalissa hemm lista ta’ 56 pazjent li qed jistennew biex jiġu trasferiti fil-komunità.
Sadanittant, dawn il-pazjenti qed jingħataw il-kura meħtieġa u s-sapport multidixxiplinarju fl-Isptar Mount Carmel, skont il-bżonnijiet kliniċi tagħhom.
Fir-rigward tas-servizz akut fl-Isptar Mater Dei, dan bħalissa jservi bħala punt ta’ kura għal pazjenti li jippreżentaw b’emerġenzi relatati mas-saħħa mentali. Is-servizz jinkludi wkoll servizz ta’ liaison għal pazjenti li jkunu qed jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei.
Kura tas-Saħħa Primarja/Ċentri tal-Komunità - Estensjoni tal-ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiġu estiżi l-ħinijiet tal-Kura tas-Saħħa Primarja jew ċentri tal-komunità, inkluż filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa, sabiex pazjenti ma jkollhomx għalfejn imorru l-Isptar Mater Dei għall-każijiet semi-urġenti?