Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti ġewwa l-Isptar Mount Carmel bħalissa? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti huma taħt treatment order?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mount Carmel bħalissa hemm 271 pazjent. 50 minnhom qiegħdin fuq Treatment Order.
Servizzi li qed jiġu offruti lill-persuni li jkollhom kriżi ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’tip ta’ servizzi qed jiġu offruti lill-persuni li jsibu ruħhom fi kriżi ta’ saħħa mentali fejn ikunu qed jikkontemplaw suwiċidju? X’servizzi hemm għall-familji tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-ikbar riskju ta’ suwiċidju huwa problema ta’ saħħa mentali, il-firxa ta’ servizzi offruti mill-Gvern fil-qasam tas-saħħa mentali kollha kemm huma jkopru prevenzjoni ta’ suwiċidju. Għal min ikun qed jikkontempla suwiċidju u jixtieq għajnuna b’mod immedjat, hemm is-servizzi 24/7 tat-telefon 1579 u tal-psikjatri fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Il-familjari, anke jekk l-individwu ma jkunx irid jieħu l-għajnuna, jistgħu jirrikorru għal għajnuna għalihom u kif għandhom iġibu ruħhom miegħu. Dan l-għajunna tista' tittieħed b’mod immedjat permezz tat-telefon 1579, u fejn hemm bżonn jiġu rreferuti għall-għajnuna propizja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina “Mesalazine: Rectal” hijiex out of stock, u jispeċifika d-dati li matulhom din il-mediċina kienet out of stock fis-sena kurrenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina msemmija minnha hija disponibbli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11908 jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar jekk hux qed isir tibdil fil-pjanti taċ-ċentru tas-saħħa ppjanat għall-Qawra minn kif sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan it-tibdil propost?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma sar l-ebda tibdil fil-pjanti taċ-ċentru tas-saħħa ppjanat għall-Qawra minn kif sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet awtorizzati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew awtorizzati skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet li ġew rimborsati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew rimborsati fl-ispejjeż skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Talbiet miċħuda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li l-awtorizzazzjoni jew ir-rimborż tal-ispejjeż għal kura barra minn Malta, ġew miċħuda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11750 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u jgħid kemm mir-rapporti kollha li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, ġew riżolti f’kull lokalità rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każijiet fejn isiru rapporti dwar irwejjaħ jew intejjen li jirrizultaw minn skart maħżun ħażin, irziezet jew annimali u dranaġġ, id-dipartiment tas-Saħħa Ambjentali jintervjeni u f’ħafna każijiet jindirizza l-inkonvenjent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, u jgħid kemm-il rapport sar lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, u f’liema lokalitajiet kienu?
Hip replacement — Pazjenti mingħajr data għall-operazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11946, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11773", jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema imma għad ma għandhomx data ta' meta ser issirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Waqt li nerga’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11773, ngħarrfu wkoll illi l-prassi hi li d-data tal-operazzjoni tingħata lill-pazjenti viċin id-data tal-intervent innifsu.
Hip replacement — Pazjenti li għandhom data għal operazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11947, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "illi l-prassi ta’ dan id-dipartiment hi li l-pazjent jiġi infurmat bid-data ftit jiem qabel l-operazzjoni", jista’ Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema u li għandhom data ta' meta ser issir l-operazzjoni, tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11948, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "illi operazzjonijiet tal-hip replacement isiru madwar 20 kull xahar", jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, ġurnata b'ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari l'quddiem, fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dati qed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-art imsemmija biex fuqha jsir l-isptar tas-saħħa mentali ġdid ġietx trasferita lill-Ministeru għas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art imsemmija biex fuqha jsir l-isptar tas-saħħa mentali ġdid ġiet trasferita lill-Ministeru għas-Saħħa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5287, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'sar mill-pjan għal sptar mentali temporanju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nħareġ tender f’April 2023, tlestiet l-evalwazzjoni u ġie ppubblikat ir-riżultat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5287, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx hemm tender ġdid għal sptar temporanju tas-saħħa mentali? X'sar mill-proċess tal-evalwazzjoni għal dan it-tender?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789, fejn id-Deputat Prim Ministru jirreferi għal lista twila ta' servizzi fil-komunità, peress li l-ebda wieħed minn dawn is-servizzi ma jinkludi short-term in-patient care bl-istess mod li kienet toffri l-Psychiatric Unit, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa’ tinfetaħ din il-Psychiatric Unit? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex ġaladarba bosta persuni kienu jippreferu jagħmlu użu minn dan is-servizz ġewwa l-Isptar Mater Dei b'mod volontarju milli jmorru l-Isptar Mount Carmel?
Servizz fil-prevenzjoni u dijanjozi bikrija tad-dijabete
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħalissa x’servizz qed jingħata fil-prevenzjoni u dijanjożi bikrija tad-dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm numru ta’ servizzi li huma offruti mid-direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard għall-prevenzjoni u dijanjożi bikrija tad-dijabete.
L-aktar kampanja reċenti ffukat fuq l-għarfien dwar iz-zokkor moħbi 'Know your sugars'. Dawn il-kampanji għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż żejjed u l-obeżità fil-popolazzjoni ġenerali li tgħin biex titnaqqas il-predijabete u d-dijabete tat-Tip 2.
Avvenimenti fuq il-postijiet tax-xogħol li jikkonsistu dwar ikel tajjeb għas-saħħa u attività fiżika.
Helpline fuq 8007 3307 fejn il-pubbliku ġenerali jista jċempel biex jikseb pariri u riċetti dwar ikel tajjeb għas-saħħa.
Programmi ta’ komunikazzjoni fil-komunità, li jaħdmu mal-Kunsilli Lokali.
'National Food-based Dietary Guidelines' ibbażati fuq l-ikel għall-etajiet kollha huma fis-seħħ biex jiggwidaw l-għażliet tal-ikel individwali, u jintużaw fl-iskejjel u f'ambjenti edukattivi oħra.
Klassijiet tal-ġestjoni tal-piż f'diversi postijiet, kemm personalment kif ukoll online, biex jgħinu lill-parteċipanti jnaqqsu l-piż u jnaqqsu r-riskju tagħhom ta' obeżità u dijabete.
Kollaborazzjoni interministerjali mal-Ministeru għall-Edukazzjoni għall-promozzjoni ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u eżerċizzju fi ħdan it-tfal fl-età tal-iskola.
Il-leġiżlazzjoni biex tirregola t-tip ta’ ikel li jista’ jinbiegħ fil-canteens tal-iskejjel.
Prediabetes clinic fil-Primary Healthcare għal pazjenti b'tolleranza indebolita tal-glucose. L-għan ta’ din il-klinika huwa li tikkura pazjenti fi stadju bikri biex jipprevjenu jew itawlu l-iżvilupp tad-dijabete.
Żieda fin-numru ta’ tobba fil-Primary Healthcare, u tobba li jispeċjalizzaw fid-dijabete, biex jissaħħaħ l-iskrinjar għad-dijabete fil-Primary Healthcare.
Investiment fl-ittestjar tal-'Point-of-Care' fi ħdan l-isptar u fil-Primary Healthcare għall-iskoperta bikrija tad-dijabete.
Awareness dwar id-dijabete u l-fatturi ta’ riskju tagħha, sabiex jagħmlu l-ittestjar tal-glucose fid-demm tagħhom regolarment.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, issa li l-istrateġija nazzjonali tad-dijabete f’Malta ilha li skadiet tliet snin:
a. Meta se toħroġ l-istrateġija l-ġdida;
b. Liema miri tal-Istrateġija 2015-2020 intlaħqu;
c. Liema miri tal-Istrateġija 2015-2020 ma ntlaħqux; u
d. Meta se jiġi ppubblikat ir-rapport fuq l-effetti tal-Istrateġija 2015-2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ tfassil ta’ strateġija ġdida dwar id-dijabete għaddej.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn għad hemm anomaliji b’mediċini fuq il-Formolarju li huma indikati għal kundizzjoni, imma jkunu tajbin għal kundizzjonijiet oħrajn imma ma joħroġx permess li jingħataw, b’referenza għall-mediċini bħal Jardiance li, għalkemm indikata għad-Dijabete, hija tajba għall-kundizzjonijiet tal-qalb?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi numru ta’ mediċini li qegħdin fuq il-formolarju tal-Gvern huma marbutin ma’ protokoll kliniku li jirregola l-użu tagħhom.