Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23920 fejn intqal li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28651.

Għajnuna medika mingħajr ħlas — Persuni li jużaw il-karta r-roża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni li bħalissa qed jieħdu għajnuna medika mingħajr ħlas (karta r-roża)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa, kemm minnhom huma persuni impjegati u kemm minnhom huma pensjonanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.  Interpellant li l-informazzjoni dwar benefiċjarji tal-Karta r-Roża  kif mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Persuni li bħalissa huma intitolati għal għajnuna medika mingħajr ħlas (Karta r-Roża) Irġiel Nisa Total Pensjonanti - Pensjoni Kontributorja 4,437 4620 9057 Pensjonanti - Pensjoni Kontributorja u qegħdin f'Impieg 159 48 207 Pensjonanti - Pensjoni Kontributorja u qegħdin f'Impieg 305 1726 2031 Persuni Impjegati 254 230 484 Persuni mhux pensjonanti u anqas impjegati 1786 6065 7851 Total 6,941 12,689 19,630 Fil-każ ta’ koppji eterosesswali li huma intitolati t-tnejn, fl-istatistika jidhru kemm taħt irġiel u kemm taħt nisa.  Fil-każ ta’ koppji tal-istess sess lit-tnejn huma intitolati, jidhru tnejn taħt irġiel jew nisa.

Domestic Violence Shelters — Persuni li fittxew is-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26192 u jgħid kemm kien hemm persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati għal persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom it-tfal magħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li fittxew refuġju f’shelters speċjalizzati għall-persuni li ġarrbu vjolenza domestika fl-2024 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Entità    Isem tax-shelter    Numru ta’ persuni li fittxew refuġju fl-2024    Kemm minn dawn kellhom tfal magħhom Entità Isem tax-Shelter Nurmu ta' persuni li fittxew refuġju fl-2024 Kemm minn dawn kellhom Tfal Magħhom FSWS Għabex 56 22 Sorijiet tal-Karità Dar Merħba Bik 65 30 Fondazzjoni Sebħ Il-Milja 14 10 Sorijiet tal-Karità Dar Santa Bhakita 3 2

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23763, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23763, il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29477.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29965 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sezzjoni Kunsill Lokali Ministeru San Ġwann Ministeru Msida Entità Mosta Entità Gżira Sezzjoni    Kunsill Lokali Ministeru    San Gwann Ministeru    Msida Entita    Mosta Entita    Gzira

Persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea — Sussidju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk jingħatax sussidju lill-persuni li jbatu bil-kundizzjoni tas-sleep apnea u li biex jorqdu jkollhom bżonn iħaddmu l-magna bil-lejl? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-sussidju huwiex marbut mat-test tal-mezzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29653, 29795 u 29944 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

National Support Line 179 — Telefonati ġenwini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28831 u jgħid kemm kien in-numru ta’ telefonati ġenwini li daħlu fuq in-National Support Line 179 minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-problemi li ġew ippreżentati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il linja telefonika hemm biex jitmexxa dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 29541.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew huma mistennija jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul it-tieni nofs tal-2025? Jista’ jgħid ukoll liema għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25719.

CoRRS — adoloxxenti li għandhom problema severa ta’ mġiba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan biex jiftaħ homes adattati għal adoloxxenti li għandhom problema severa fl-imġiba sabiex ma jitqiegħdux fis-Centre of Residential Restorative Services (CoRRS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Remote working - teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29653 u 29795 u jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Special Student Allowance — Ġenituri barranin u TCNs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28264 u jgħid kemm kien hemm ġenituri barranin Ewropej u Third Country Nationals (TCNs) li matul is-sena 2024 ibbenefikaw mill-iSpecial Student Allowance fuq ulied li baqgħu jistudjaw wara l-età ta’ 16-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Benefiċċjarji ta’ SSCA 2024 Total Pajjiżi Ewropej 347 TCN 173 Total 520

SDA — Persuni li qed jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28288 u jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità (SDA) u qegħdin jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 29540.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt; 10 ta’ Marzu Epsco. 13 ta’ April Epsco. 19 ta’ Ġunju Epsco. 9 ta’ Lulju Kunsill tal-Ewropa.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sindki u Kunsilliera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li taħt il- Ministeru, entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, hemm 4 impjegati li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23937, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti / servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati fis-sena 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27834.

L-Imġarr — Persuni li jirċievu xi pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29462 u jgħid kemm hemm persuni residenti l-Imġarr, Malta li qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni, u jekk dawn in-numri jistgħux jiġu indikati skont il-klassifikazzjoni relattiva?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi: Pensjonijiet L-Imġarr Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja 12 Pensjonijiet Kontributorji 553 Pensjoni tar-Romol 109 Pensjoni tal-Invalidità 13 Total 687

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Impjegati full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Tfal imwielda Malta minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 27303 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hawn tfal minn ġenituri ta’ pajjiżi terzi li twieldu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi terzi ġejjin dawn it-tfal u li bħalissa qegħdin hawn Malta u jaqsam din l-informazzjoni b’numri u persentaġġi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.