Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13643 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13430 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin biex persuni mniżżla fir-Reġistru tal-Persuni b'Diżabilità msemmi fil-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta jiġu mħassra?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' klijenti li isimhom tnehha minn fuq ir-reġistru ta’ persuni b’diżabilità tal-ETC fl-aħħar ħames snin kien hekk: 2005 -11, 2006 -36, 2007 -19, 2008 -10, 2009 - 3. Informat ukoll li l-figuri mogħtija jinkludu kemm persuni li talbu huma sabiex isimhom jitneħħa minn fuq ir-reġistru kif ukoll dawk li mietu.
Leg 11 PQ #13671 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — Public relations officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa/hija il-Public Relations Officer il-ġdid fl-Isptar Monte Carmeli? X'salarju u kundizzjonijiet għandu/ha? Meta ħarġet is-sejħa għall-uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi għall-Isptar Monte Carmeli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13673 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interviews sabiex: a) jidħlu ħaddiema full-time jew bil-kuntratt fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? b) kemm saru interviews għar-reklutaġġ u promozzjonijiet interni matul is-sena 2009 fi ħdan l-istess korporazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13718 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13621, 13462, 13176, 12933 u 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13720 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Gamma scans

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid: a) kemm hemm gamma scans fl-Isptar Mater Dei? b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa? ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009? d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż? e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges? Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13721 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13468, 13180, 12491 u 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni fuq għajnuna soċjali b'mard kroniku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni fuq għajnuna soċjali minħabba mard kroniku li qed jinstabu mhux fi stat li jaħdmu ripetutament qed jintalbu li jerġgħu jidhru quddiem bord mediku bi spejjeż mhux żgħar għall-benefiċjarji wara perjodu ta' tnax-il ġimgħa?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Għajnuna Soċjali tingħata lil dawk il-persuni li skont il-bord mediku mahtur mid-Divizjoni tas-Sigurtà Soċjali jinstabu fi stat ta’ saħħa li minħabba fih ma jistgħux jaħdmu. Fil-każ ta’ Għajnuna Soċjali mhemmx perjodu minimu ta’ inkapaċità għax-xogħol bħalma hemm fir-rigward tal-Pensjoni għal Invalidità. Għalhekk l-Għajnuna Soċjali tista tingħata għal perjodu ta’ ġimgħa jew aktar skont kemm il-persuna tibqa’ mhix tajba għax-xogħol. Għaldaqstant, il-frekwenza ta’ kemm-il darba il-persuna tintalab sabiex tidher quddiem il-bord mediku issir skond il-parir ta’ l-istess Bord Mediku skond il-każ. L-eżami mediku isir minn tobba maħtura mill-Ministru u dan l-eżami hu bla ħlas. Informat ukoll illi l-proċedura imsemmija ma ddaħħalx lill-benefiċċjarju fi spejjeż żejda.

Bereġ li jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li fl-eqqel tax-xitwa se jinżammu magħluqin il-bereġ biex l-infermiera jlaqqmu kontra l-influwenza A H1N1? Jista' dan it-tilqim isir f'ħinijiet oħra mingħajr ma tinħoloq inkonvenjenza lil tant nies?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Childrens' allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) f'kemm-il households baqgħu l-istess numru ta' tfal taħt is-sittax-il sena matul 2009? b) f'kemm minn dawn il-famliji: i) naqas iċ-children's allowance? ii) żdied iċ-children's allowance? Jista' jingħataw lokalità b'lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ETC — ECDL Modules

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kors tal-ECDL provdut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-persuni li qed jirregistraw għax-xogħol u li qed jiġi mogħti pubbliċità fuq il-mezzi tax-xandir fuq: a) kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu dan il-kors? b) qed jintuża version 4 jew version 5? ċ) għaliex mhux issir lista ta' attendenza? d) għaliex se jiġu mgħallma biss modules 2, 3,4 u mhux minn 1 sa 7? e) għaliex mhux se jsir l-eżamijiet għal kull module? f) għaliex mhux jingħata ċertifikat sabiex min ikun għamlu jkollu l-opportunità jżidha fic-CV? ġ) jekk jinħareġ ċertifikat lil min jgħaddi mill-modules kollha dan fil-fatt ikun rikonoxxut bħall-ECDL li jsir fl-istrutturi l-oħra edukattivi bi ħlas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13757 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaż-Żabbar — Uffiċċju tas-Servizzi Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' Wied il-Għajn mhux ser jibqgħu jinqdew mill-uffiċċju tas-Servizzi Soċjali ta' Ħaż-Żabbar imma se jkollhom jibdew imorru f'dik tal-Fgura? X'wassal għal dan it-tibdil meta jidher li huwa aktar konvenjenti li dawn l-istess residenti jinqdew minn Ħaż-Żabbar milli mill-Fgura?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali bħalissa għaddejja bi proċess ta’ ristrutturar fl-uffiċċini distrettwali tagħha bil-għan li toffri servizz dejjem aħjar lill-klijenti tagħha. L-abbinar tar-residenti ta’ Wied il-Għajn mal-Uffiċċju Distrettwali tal-Fgura flok dak ta’ Ħaż Zabbar huwa parti minn dan ir-ristrutturar. Minħabba li l-Uffiċċju Distrettwali ta’ Ħaż Żabbar, minbarra lir-residenti ta’ Wied il-Għajn, iservi medda kbira ta’ nies residenti f’ Ħaż Żabbar stess u x-Xgħajra, inħasset il-ħtiega biex ir-residenti ta’ Wied il-Għajn jibdew jinqdew mill-Uffiċċju tal-Fgura, li sal-lum iservi lir-residenti tal-Fgura biss. B’dan il-pass qed nittamaw li jkun hemm aktar bilanċ fin-numru ta’ nies li jinqdew miż-żewġ uffiċċji distrettwali u allura titjib fis-servizz mogħti lill-klijenti tagħna, fost oħrajn billi jonqos l-iffullar u billi s-servizz jingħata b’aktar ħeffa u effiċjenza. Ingħatat attenzjoni wkoll lill-fatt li l-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn hija qrib ħafna wkoll tal-Fgura u li hemm ukoll rotta diretta tat-trasport pubbliku li tgħaqqad dawn iż-żewg irħula.
Leg 11 PQ #13758 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Support — Adult training centres

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13492 u jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew entitajiet oħra (bħal għaqdiet mhux governattivi) li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport għall-ġid tal-lokal wara l-ħin tax-xogħol? Jekk hemm, hemm xi ħlas biex dawn l-entitajiet jagħmlu użu mill-Adult Training Centres?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Entitajiet li jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport huma: Ward u żgħar – laqgħat li frekwentament isiru fiċ-Ċentru tal-Blind, kien hemm okażżjonijiet ukoll fejn sar użu miċ-Ċentru tal-Mtarfa. San Ġwann Girl Guides- Għamlu użu miċ-Ċentri tal-Mtarfa u ta’ Ħal Far għal camping . Little Sisters of the Poor – Attività Soċjali f’M’Scala. St Venera Scouts Group – Għamlu użu miċ-Ċentu ta’ Ħal Far għal camping . Msida Scouts Group- Għamlu użu miċ-Ċentru ta’ Ħal Far għal camping . Birżebbuġa Scouts Group – Għamlu użu miċ-Ċentru ta’ Ħal Far għal camping . Informat ukoll li l-ebda ħlas ma jiġi mitlub sabiex għaqdiet mhux governattivi jagħmlu użu miċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità ta’ l-Aġenzija Sapport. Madankollu ġieli jingħataw donazzjonijiet meta ċ-Ċentri jiġu użati għal weekends sħaħ.
Leg 11 PQ #13759 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Crisis Intervention services u learning disability disability training unit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13493 u jgħid fiex se jikkonsisti l-Crisis Intervention Service u l-Learning Disability Training Unit li huma mmirati għall-persuni li għandhom problema ta’ saħħa mentali? Min se jmexxi dawn is-servizzi li ġew imħabbra fid-diskors tal-budget? Meta dawn is-servizzi importanti se jibdew jiffunzjonaw?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li s-servizz ta’ Crisis Intervention se jkun jikkonsisti minn grupp ta’ professjonisti li jaħdmu flimkien mal-pazjent li qed jesperjenza emerġenza psikjatrika u ma jistax jistenna appuntament. Il-pazjent isirlu assessment fuq il-post bil-għan li tiġi kkalmata s-sitwazzjoni u kemm jista’ jkun jiġi evitat li l-pazjent jiġi rikoverat l-isptar. Jekk il-qagħda tal-pazjent tkun tant kritika li l-pazjent ikollu jiġi rikoverat, it-tim jiffacilita l-admission sabiex din issir bl-aktar mod kalm u dinjituż possibbli. It-tim tal- Crisis Intervention ser ikun taħt ir-responsabbilità tad-Dipartiment tal-Kura fil-Komunita’ tal-isptar Monte Carmeli. Huwa mistenni li dan is-servizz jibda jopera f’Mejju 2010, wara li jsir ir-rekrutaġġ tal-ħaddiema u jsir it-taħriġ necessarju. Informat ukoll li l- Learning Disabilities Training Unit ser jaqdi l-bżonnijiet ta’ adulti li għandhom diffikultajiet intellettwali. Il-bicca l-kbira tagħhom ser ikunu pazjenti li jgħixu fl-isptar, iżda hemm il-ħsieb li jkun hemm ukoll ħinijiet fejn jistgħu jattendi adulti li jgħixu fil-komunita biex isegwu l-programm skond il-bżonn partikulari tagħhom. Il- unit se jkun qed isegwi programm ta’ attivitajiet li jressqu lill-individwu biex ikun jista’ jgħix aħjar fil-kommunita. Dan il-programm jikkonsisti f'taħriġ ta' ħiliet fil-kura ta’ kif wieħed jieħu ħsieb lilu nnifsu ( self care ), kif jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru ( domestic skills ), u anke kif imur man-nies ta’ madwaru u fil-kommunita ( community/ interpersonal skills ). Huwa maħsub li dan is-servizz ikun miftuħ matul il-ġurnata u li jkun mgħammar b’dak kollu li wieħed ikun jinħtieġ fil-kommunita. Is-servizz ser jikkonsisti f’sessjonijiet li fihom jintlaħqu il-bzonnijiet tal-pazjenti kemm b’mod individwali kif ukoll fi gruppi. Il-persuni li ser jattendu għal dawn is-sessjonijiet ser ikunu mqassma fi gruppi skond il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Is-servizz ser jitmexxa minn professjonisti u care workers u ser ikun hemm impjegat fil-post matul il-ħinijiet kollha tal-ġurnata. Il-għan ta’ dan il-proġett huwa li persuni b’diżabilita’ ikunu aktar indipendenti biex jistgħu jgħixu fil-kommunita.

Imtarfa Home — tiżjin tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani fl-Imtarfa Home ġew mitluba joħorġu €10 biex jinxtara t-tiżjin tal-Milied? X'sar minnu t-tiżjin tas-snin ta' qabel u li kien suppost inxtara billi nġabru l-flus permezz ta' lotteriji eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13778 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Allowance għall-priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda li saret qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, li priġunieri li jkunu qed jagħmlu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga jingħataw allowance ta' €23.30 fil-ġimgħa, ekwilvalenti għal Lm10?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern kien indika li kien qed jikkunsidra li jingħataw fondi lil dawk l-entitajiet li għandhom programm ta’ rijabilitazzjoni sabiex jagħtu għajnuna finanzjarja f’forma ta’ allowance fil-ġimgħa għal dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza u li jagħżlu li jsegwu programm ta’ trattament f’kura residenzjali. Nista’ ninforma lil Onor. Interpellant li wara li saru l-istudji u d-diskussjonijiet neċessarji, t-twettieq ta’ din il-wegħda fil-prattika għandu jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.

Residenza San Vinċenz de Paul — Part-Time Social Assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex intgħażlu l-PTSA [Part-Time Social Assistants] li ġew ingaġġati u li uħud minnhom tħallew fir-Residenza San Vinċenz de Paul u oħrajn li kienu fir-Residenza San Vinċenz de Paul intbagħtu fid-Djar tal-Anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13893 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Payslip tal-paga lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li l-paga qiegħda tidħol fil-kont bankarju tal-ħaddiema, diversi ħaddiema (inkluż tad-distretti) mhux qegħdin jingħataw payslip?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11325 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Djakonija Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar — deċizjoni taċ-ċaqliq tal-uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni Djakonia Parroċċa Maria Addolorata San Pawl il-Baħar bid-data tat-2 ta’ Mejju dwar it-tbatija li ħolqot id-deċiżjoni taċ-ċaqliq tal-uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali f’San Pawl il-Baħar lejn il-Qawra, li hu bogħod wisq minn dak li kien hemm qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali għandha 22 Uffiċċju Distrettwali f’Malta u 2 oħra f’Għawdex. Dawn l-uffiċċji huma mqassma f’terz tal-lokalitajiet kollha tal-pajjiż u geografikament imqassma b’mod li kemm jista’ jkun ikunu milħuqa minn kulħadd. Fl-istess ħin, tingħata ukoll attenzjoni lid-domanda li d-Diviżjoni ikollha għas-servizzi mogħtija f’ lokalitajiet diversi. Id-deċiżjoni li l-uffiċċju distrettwali ta’ San Pawl il-Baħar jiġi trasferit lejn il-Qawra ittieħdet minħabba tliet raġunijiet ewlenin: (i) l-uffiċċju l-antik kien żgħir u ma kienx aċċessibbli għal kulħadd u kien hemm limitazzjonijiet tekniċi biex l-uffiċċju l-antik jiġi rinnovat (ii) id-domanda għas-servizz fil-Qawra kienet ħafna akbar milli f’San Pawl, speċjalment fix-xitwa (iii) dan iċ-ċaqlieq kien jagħmel parti minn proġett ta’ espansjoni fis-servizzi mogħtija minn entitajiet differenti tal-Gvern imsejjaħ AĊĊESS, liema espansjoni ma kinitx possibbli fl-uffiċċju l-antik. L-AĊĊESS jiġbor fih servizzi mogħtija mid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-Appoġġ taħt saqaf wieħed għal kumdità u l-konvenjenza tal-klijenti tagħhom. Dawn is-servizzi addizzjonali għar-residenti ta’ San Pawl, Qawra, Buġibba, il-Mellieħa u l-madwar ma kenux ikunu possibbli kieku l-uffiċċju baqa’ fejn kien. Barra minn hekk, l-uffiċċju l-ġdid mhux biss qed joffri servizi addizzjonali iżda ukoll ambjent diċenti u xieraq għall-istaff u l-klijenti. Wieħed jifhem il-kwistjoni imqajma mill-Kummissjoni Djakonja tal-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar imma dan jgħodd ukoll, x’aktarx aktar, għar-residenti tax-Xemxija u tal-Mellieħa. M’huwiex possibbli li jinfetaħ uffiċċju f’kull lokal, aktar u aktar meta tqis iċ-ċokon ta’ pajjiżna għalkemm hemm pjanijiet biex kemm jista’ jkun nifirxu s-servizzi tagħna fejn jinħass li hu assolutament meħtieġ. Infakkar ukoll li ma hemmx bżonn li wieħed imur bilfors fl-uffiċċju distrettwali biex jinqeda imma jista’ faċilment u mill-kumdità ta’ daru iċempel numru 159 (SPIC – Social Policy Information Centre) mit-Tnejn sas-Sibt bejn it-8.00a.m. u t-8.00p.m u jingħata l-informazzjoni kollha li hemm bżonn. Jekk persuna tkun meħtieġa li tmur fl-uffiċċju distrettwali imma minħabba problemi fiżiċi hija ma tkunx tista’ tagħmel dan, tista’ ċċempel fl-eqreb uffiċċju distrettwali u l-uffiċjali tad-Diviżjoni ikunu jistgħu jagħtu s-servizz mitlub fid-dar tal-persuna stess.
Leg 11 PQ #11326 Sitting 178 2010-01-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Pawl il-Baħar — bini tal-kunsilli lokali għall-għati tas-servizzi soċjali

Question

Jikkonsidra l-Ministru li juża xi parti mill-bini tal-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għall-għoti tas-servizzi li kien jagħti fil-parti antika ta’ San Pawl il-Baħar l-Uffiċċju distrettwali tas-Servizzi Soċjali li ttieħed lejn il-Qawra u hu ‘l bogħod wisq u hemm anzjani li jkollhom jimxu fit-tul jew jaqbdu taxi biex jinqdew?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 11325.