Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx istanzi fejn kunsilli lokali f’Malta qegħdin jikru l-uffiċini minn individwi (landlords) li jifformaw parti mill-istess kunsill lokali bħala kunsilliera, sindki jew viċi sindki u/jew jaħdmu fl-istess kunsill lokali f’xi kariga kwalunkwe? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali u xi rwol għandhom il-landlords fil-kunsilli rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan jikri l-uffiċċju li minnu jopera mingħand sid li hija Kunsilliera. Il-kuntratt tal-kirja ġie ffirmat fl-2015 għal perjodu ta’ ħmistax-il sena. F’dak iż-żmien, is-sid ma kinitx tifforma parti mill-Kunsill.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-kunsilli lokali f’Malta li qegħdin jikru l-uffiċini minn fejn joperaw mingħand il-privat? Jista’ wkoll jindika għal kull kunsill lokali l-ammont ta’ kera li qed jitħallas lill-privat fuq bażi ta’ kull xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-audited accounts (mhux l-estimi) tal-aħħar Malta Biennale li sar f’pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-MaltaBiennale 2024 jagħmlu parti minn l-audited accounts ta’ Heritage Malta, li ġew imqiegħda fuq il-mejda tal-kamra fl-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-mitħna ta’ Kola fix-Xagħra, Għawdex matul is-sena 2025? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fuq il-Mitħna ta’ Kola titwettaq manutenzjoni ordinarja b’perjodu massimu ta’ kull xahrejn. Matul dawn l-interventi tiġi eżaminata l-kundizzjoni tal-irdieden kif ukoll il-funzjonalità tal-mekkaniżmu estern, flimkien ma’ spezzjoni viżiva tal-kundizzjoni strutturali kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. L-irdieden jitħaddmu manwalment sabiex jiġi vverifikat li qed jiffunzjonaw b’mod korrett.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali - Obbligi tal-patrimonju - Flus miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inġabru flus f’obbligi tal-patrimonju ‘heritage obligations’ mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali - Obbligi tal-patrimonju - Fatturi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inħarġu fatturi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jinġabru l-obbligi tal-patrimonju ‘heritage obligations’ mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont kumulattiv ta’ dawn il-fatturi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Obbligi tal-Patrimonju mis-snin 2014-2019 ma kienitx tiġi mħaddma matul f’dan il-perjodu.
It-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt.
Sena
Numru ta’ fatturi
l-Ammont Kumulattiv
2020
1
€ 250,000
2021
23
€ 201,850
2022
78
€ 327,287.50
2023
72
€ 324,142
2024
109
€ 438,480.20
2025
100
€ 520,142
2025
4
€ 19,500
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Malta Eurovision Song Contest 2026, inkluż is-servizzi kollha, titjiriet tal-ajru, lukandi, preżentaturi u mistednin kemm lokali kif ukoll barranin, u dawk kollha li kellhom irwol matul il-ġranet tal-festival? Jista’ jgħid ukoll kemm minn din l-ispiża totali tħallset minn entitajiet tal-Gvern u dawk privati u jelenka dawn iċ-ċifri separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li din l-informazzjoni hija waħda kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħaż-Żabbar matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33477
Ħaż-Żabbar
210
€1,193.98
91
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33475
Ix-Xgħajra
226
€1,099.72
29
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
PQ Numru
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija bil-Taljana – Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33474
Libreriji Pubbliċi
51
€ 228.57
18
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Ġermaniża għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?
B’referenza għall-Public Service Obligation Contract li l-Gvern għandu mal-Public Broadcasting Service (PBS), u peress li l-aħħar kuntratt li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skada fl-2024, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt preżenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29263 dwar l-art li fuqha hemm il-Ġnien Anton Buttigieg fi Triq Parades, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet (Lands Authority) tatx permess lil xi entità privata biex tuża partijiet mill-istess sit, peress li jidher li nbena taraġ, li jidher li qed jokkupa parti mill-art indikata bħala proprjetà tal-Gvern? Jekk iva, x’kundizzjonijiet kienu imposti dwar l-użu tal-ispazju mgħoddi lill-privat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant tikjarifika eżatti għal-liem taraġ qegħda tirreferi
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Franċiża għal-libreriji pubbliċi ta’ pajjiżna matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll jekk ingħatawx f’donazzjonijiet xi kotba bl-istess lingwa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej:
Lokalita’
Kotba ġodda mixtrija bil-Franċiż – Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
Libreriji Pubbliċi
8
€ 91.75
61
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru f’dak li preċedentement kien Ġnien San Alwiġi, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fuq Ġnien Silvio Parnis fi Triq San Alwiġi beda kif ippjanat matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 u għandu jitlesta sa nofs din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, possibbilment maqsuma skont is-sess, matul is-sena 2025, kemm kien hemm dħul u infiq fl-istess sit u kemm kien hemm bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni matul is-sena 2025 kien 26,812. Informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tistax tingħata peress li Heritage Malta ma tigborx dan it-tip ta’ data mingħand il-viżitaturi.
Bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet mis-sit kien €26,674.
Informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż mis-sit matul is-sena 2025 ma tistax tingħata bħalissa, peress li s-sena finanzjarja ta’ Heritage Malta għadt ma’ ġietx magħluqa. Din l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata f’Marzu 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fit-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien, possibbilment maqsuma skont is-sess, matul is-sena 2025, kemm kien hemm dħul u nfiq fl-istess sit u kemm kien hemm bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 kien 60,082. Informazzjoni dwar is-sess tal-viżitaturi ma tistax tingħata peress li Heritage Malta ma tiġborx dan it-tip ta’ data mingħand il-viżitaturi.
Bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet mis-sit kien €12,289.
Informazzjoni dwar id-dħul u l-ispejjeż mis-sit matul is-sena 2025 ma tistax tingħata bħalissa, peress li s-sena finanzjarja ta’ Heritage Malta għadt ma’ ġietx magħluqa. Din l-informazzjoni tkun disponibbli u aġġornata f’Marzu 2026.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32486 u jagħti lista ta’ programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fl-iskeda preżenti tal-PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ programmi ta’ diskussjonijiet ta' ġrajjiet kurrenti u/jew ġurnaliżmu fl-iskeda preżenti tal-PBS hi hekk kif segwenti: Bla Rispetti, Fehma jew Fatt, Mill-Kamra, Popolin, Realta, Resume’ Ricky Debates, Vi jew VA, XTRA, – kif ukoll servizzi ta’ l-Aħbarijiet.