Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament li tella’ video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal “aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj” għandux blue badge tad-diżabilità waqt li huwa parti mill-Korp tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-‘blue badges’ ma joħorġux mill-Kummissarju tal-Pulizija iżda mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni B’Diżabilità (CRPD). Infurmat li l-uffiċjal imsemmi nħarġitlu ‘Blue Badge’ fl-2011.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata f’Birżebbuġa mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum? Kien hemm xi arresti b'rabta ma' dawn ir-rapporti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum kien hemm erbgħa u tletin (34) każ ta’ serq f’Birżebbuġa. Inkonnessjoni ma’ dan is-serq kien hemm xi arresti, però l-investigazzjonijiet biex jinstabu l-ħatja għadhom għaddejjin.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8314 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'safar bejn Jannar 2018 u Jannar 2019? Kemm-il safra għamel? Fejn kienet/kienu? X'kienet l-okkażjoni? Ma’ min kien akkumpanjat għal kull safra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – każijiet ta’ serq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati każijiet ta’ serq mil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar xahar b’xahar, lokalità b’lokalità bejn l-1 ta’ Ottubru u s-17 ta’ Frar 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2968 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 202, tat-Tlieta 26 ta' Frar 2019)
Korp tal-Pulizija – Supretendent akkużat bi sperġur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu dwar dak li qiegħed jiġi allegat fil-media lokali li Supretendent tal-Pulizija huwa ffaċċjat b’58 istanza ta’ sperġur? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li dan l-uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija ma ġiex sospiż pendenti l-investigazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi dwar dak li ġie allegat fil-media lokali li Supretendent tal-Pulizija huwa ffaċċjat b’58 istanza ta’ sperġur, il-pulizja investigat il-każ u rriżulta li ma kien hemm l-ebda reat kriminali mwettaq hekk kif ġie allegat. Għaldaqstant, ma ttieħdu ebda passi fil-Qorti u l-istess uffiċjal ma setax jiġi sospiż wara l-eżitu tal-istess investigazzjoni. Wara li saret sfida lill-Kummissarju tal-Pulizija mill-kwerellant dwar nuqqas ta' qbil fil-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, hemm każ f'dan ir-rigward pendenti quddiem il-Qorti.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8558 u 8718 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-servizz pubbliku kollu fil-preżent hemm 5,445 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-grad ta’ Prinċipal jew 'il fuq. Fl-2008 kien hemm 4,900. Fit-top management tas-servizz pubbliku, minn skala 1 sa skala 5, waqt li llum hemm 426 mara, fl-2008 kien hemm 195.
Għal dawk li huma Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru hemm 115 mara f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet minn grad ta’ Prinċipal 'il fuq li jinkludu, 20 fil-Forzi Armati ta’ Malta, 38 fil-Korp tal-Pulizija, 1 fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, 4 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, 18 fl-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati, 2 mad-Defence Matters, 21 mal-Probation and Parole u 11 mal-AWAS.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru breathalyzer tests fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 u jista' jgħid ukoll għal kull sena kemm kien hemm każijiet minnhom li rriżultaw fil-pożittiv, fis-sens li sewwieqa kienu taħt l-effett tal-alkoħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ breathalyzer tests li saru fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll dawn il-każijiet li rriżultaw fil-pożittiv, fl-istess snin.
Numru ta’
breathalyzer tests
u dawk li rriżultaw fil-pożittiv:
2015
2016
2017
2018
Ammont ta’ testijiet li saru
146
241
155
165
Testijiet li rriżultaw fil-pożittiv
106
188
109
106
Teħid ta’ kampjuni tad-demm jew awrina għall-preżenza tal-alkoħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, Kap 65 tal-Liġijiet ta' Malta għas-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant ma kienx hemm okkażjonijiet fejn ittieħdu kampjuni tad-demm jew awrina għal preżenza ta' alkoħol skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 15E tal-Ordinanza Dwar ir-Regolament tat-Traffiku, mill-Pulizija.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – użu ta’ private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba għamel użu minn private jet fl-2017, 2018 u 2019 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’każ affermattiv, kemm kienet l-ispiża u fejn kienet id-destinazzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li jien qatt ma għamilt użu minn private jet.
Jista’ l-Ministru jgħid mis-16-il għassa li hemm f’Għawdex kemm minnhom huma magħluqa jew ma jkunux miftuħa b’mod regolari? Jista’ jgħid liema huma dawn l-għases?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li hemm sittax (16)-il Għassa ġewwa Għawdex u waħda (1) f'Kemmuna. Dawn jinsabu Victoria, Mġarr, Xagħra, Nadur, Marsalforn, Xewkija, Għarb, Sannat, Xlendi, Kerċem, Għajnsielem, Qala, Żebbuġ, San Lawrenz, Għasri, Munxar u Kemmuna. Infurmat li waqt li l-Għases ta’ Victoria u dik tal-Imġarr jiftħu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, għases oħra jiftħu regolarment. Madankollu f’kull raħal issir ronda regolari permezz tal-Iskwadra Mobbli tad-Distrett kif ukoll mit-Taqsima tat-Traffiku. L-għases fl-Għasri, San Lawrenz u Munxar mhumiex miftuħa.
Persuni mressqa l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq traffikar jew pussess ta’ droga, inkluż dawk li dehru quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Jannar 2109, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Jannar
Persuni mressqa l-Qorti jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi
415
435
427
761
728
646
25
Persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Drogi
152
123
132
117
78
133
14
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tabella tinkludi qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u tinkludi wkoll każi ta’ qabdiet li ġew irreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, għas-snin 2013 u sal-aħħar ta’ Jannar 2019.
Trasport fuq il-baħar bejn Malta u Sqallija – arresti ta’ nies fuq pussess ta’ droga
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b'xahar, fejn il-pulizija għamlet arresti ta’ nies li kienu passiġġiera fuq it-trasport bil-baħar bejn Malta u Sqallija u li kellhom id-droga fil-pussess tagħhom? Jista' jgħid x'tip ta' droga kienet u kemm kienu l-ammonti f'kull każ? Jista’ jgħid x’nazzjonalità kellhom il-persuni arrestati? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti fuq attakki fuq membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u sa Jannar 2019, l-ammont ta’ persuni sena b’sena, li ġew akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub judice fil-każijiet li ġew deċiżi u ngħatat sentenza, xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu pripunerija, multi, probation, twiddib u ċanfira u sentenzi sospiżi'.
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
Jannar
Total
Persuni li tressqu l-Qorti wara li attakkaw u ħebbew għall-Membri tal-Pulizija
85
84
68
63
86
58
6
450
Persuni li nstabu ħatja
74
65
53
50
49
30
3
324
Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'amnestiji ngħataw lill-priġunieri u kemm kien iż-żmien f'kull każ? Jista' jgħid għal kull darba li ngħatat amnestija, kemm-il priġunier ibbenefika mill-imsemmija amnestija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Nisa f'pożizzjoni ta' tehid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8558 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f’pożizzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li jaħdmu bħalissa, mill-grad ta' Prinċipal 'il fuq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.