Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Third Country Nationals li kienu mogħtija l-permess biex jiġu jaħdmu hawn Malta mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta? X'tip ta' koordinazzjoni sseħħ bejn Identità Malta u l-Jobsplus biex jiġi assigurat li dawn il-persuni fil-fatt ikunu qed jaħdmu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta’ permessi ta’ residenza ġodda għal raġunijiet ta’ xogħol sena b’sena kienu kif ġej:
2018
10,178
2019
12,644
2020
6,592
2021
8,060
2022
27,549
Infurmat li rigward kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13600. Infurmat li l-Aġenzija Identità u Jobsplus jikkooperaw flimkien sabiex ikun imrażżan kwalunkwe abbuż fuq ħaddiema barranin. Permezz ta’ ftehim li hemm bejn iż-żewġ entitajiet, li l-informazzjoni bejniethom tinqasam b’mod regolari u mmedjat, qed isiru spezzjonijiet konġunti fuq postijiet tax-xogħol b’mod regolari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx x’investigazzjoni dwar dak li allegatament jiġri mill-passaporti ta' Third Country Nationals, fejn jingħad li f'numru ta' każi, il-passaporti ta' dawn il-persuni jittieħdu mingħandhom u jinżammu għand dawk li jkunu ġabuhom f’pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi investigazzjonijiet dwar każi fejn persuni minn Pajjiżi Terzi jew persuni oħra jitteħdilhom il-passaport u jinżammu għand persuni li ma jkollhomx id-dritt li jagħmlu dan, isiru kull meta jkun hemm rapport jew meta tali każi jiġu għal konjizzjoni tal-Pulizija b’metodi oħra. Meta b’dan l-għemil jirriżulta li kien hemm ksur tal-Liġijiet ta’ Malta, tittieħed azzjoni u jinħarġu l-akkużi kriminali relatati kontra l-persuni involuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm rapporti saru lill-Pulizija bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b'sena minn ġenituri li allegatament ġew abbużati minn uliedhom jew wieħed jew waħda minn uliedhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-ġenituri kellhom 60 sena u aktar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Rabat Għawdex, Triq l-Imġarr – Inċidenti tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’kollox, kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-gwardjani lokali jew Pulizija kull sena mit-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b' sena, fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-LESA u lill-Pulizija kull sena mit-2021 sat-22 ta’ November 2023 u li seħħew fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Lokalità
2021
2022
sa 22/11/2023
Rapporti mal-Pulizija
Triq l-Imġarr
60
62
45
Rapporti mal-LESA
Triq l-Imġarr
73
88
88
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm ħames persuni ingaġġati f’position of trust skont il-manwal tal-Kabinett li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex in-numru ta' pulizija li jservu fl-għassa tal-Qawra jiżdied sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu max-xogħol li hemm fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Billi l-għassa ta' San Pawl il-Baħar qiegħda fi triq prinċipali, jista' l-Ministru jassigura wkoll li din l-għassa tkun miftuha 24 siegħa kuljum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-komunità tal-Qawra, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-madwar tingħata servizz mill-Għassa tal-Qawra li hi miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Din il-komunità wkoll tingħata servizz ta' Pulizija tal-komunità li jużaw l-għassa ta' San Pawl il-Baħar bħala l-post li joperaw minnu, fejn minbarra xogħol ieħor jagħmlu wkoll diversi rondi f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Ix-xogħol tal-Pulizija f’kull lokalità hu kopert minn taqsimiet oħra tal-Korp, inkluż it-taqsima tal-RIU fejn issir ronda regolari mill-uffiċjali tat-taqsima bil-vetturi tagħhom u dawk tat-Taqsima tat-traffiku. Infurmat illi t-tqassim ta’ pulizija, inkluż dawk li jservu fl-għases, isir skond l-esiġenzi tas-servizz, biex tkun tista’ tingħata l-aħjar assistenza motivata u effettiva lill-komunità. Ukoll, fil-baġit għas-sena 2024 tħabbar kif ser jibqa’ jkun hemm investiment fis-Sigurtà megħjuna mit-teknoloġija. L-Aġenzija LESA ser tinvesti fi proġetti teknoloġiċi, inkluż bl-użu ta’ cameras imqabbdin mal-control room tal-aġenzija u l-Korp tal-Pulizija, sabiex iservu mhux biss ta’ deterrent iżda wkoll ta’ azzjoni kontra l-abbuż u l-azzjonijiet kriminali. Dan jinkludi San Pawl il-Baħar inkluż Buġibba u l-Qawra.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li ntefqu jew se jkunu qed jintefqu fl-2023? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u liema huma u jagħti break down tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — - Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — Rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti li jinvolvu muturi, u li ġew irrappurtati, fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità, matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ incidenti li jinvolvu muturi, u li ġew irrappurtati fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, mal-Pulizija u l-Aġenzija LESA bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Xahar
Lokalità
Inċidenti b’feriti gravi rrapurtati mal-Pulizija
Inċidenti b’feriti ħfief rrapurtati mal-Pulizija
Inċidenti oħra rappurtati mal-LESA
Total kollu
MĠARR
0
1
0
1
Jannar
NAXXAR
0
3
3
6
MELLIEĦA
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
1
1
1
3
Jannar Total
1
5
6
12
Frar
NAXXAR
1
0
2
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
1
3
4
Frar Total
1
1
5
7
MELLIEĦA
0
1
2
3
Marzu
NAXXAR
5
2
3
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
2
2
6
10
Marzu Total
7
5
11
33
MELLIEĦA
1
0
2
3
April
MĠARR
0
1
1
NAXXAR
1
1
2
4
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
4
7
April Total
2
5
8
15
NAXXAR
0
1
7
8
Mejju
MĠARR
1
1
MELLIEĦA
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
2
5
Mejju Total
0
4
12
16
MĠARR
0
1
1
Ġunju
MELLIEĦA
1
1
NAXXAR
1
1
2
4
SAN PAWL IL-BAĦAR
2
2
5
9
Ġunju Total
3
4
8
15
MELLIEĦA
1
1
5
7
Lulju
MĠARR
2
2
NAXXAR
3
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
1
3
4
8
Lulju Total
2
4
14
20
MELLIEĦA
1
1
1
3
Awissu
MĠARR
1
1
NAXXAR
2
0
3
5
SAN PAWL IL-BAĦAR
2
2
8
12
Awissu Total
5
3
13
21
MELLIEĦA
1
1
1
3
Settembru
MĠARR
1
0
0
1
NAXXAR
0
2
6
8
SAN PAWL IL-BAHAR
0
2
11
13
Settembru Total
2
5
18
25
MĠARR
0
2
3
5
Ottubru
MELLIEĦA
2
2
NAXXAR
4
3
3
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
2
1
7
10
Ottubru Total
6
6
15
27
Total kollu
29
42
110
181
Jista' l-Ministru jara li ssir aktar sorveljanza ta' Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja, hekk kif ta' kull filgħodu qed jinstabu numru ta' siringi fil-ħamrija kif ukoll fiż-żoni fejn jilagħbu t-tfal, b'periklu kbir għal saħħithom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ser tkompli ssir sorveljanza mill-Pulizija fi Ġnien Raymond Caruana, il-Gudja, biex jiġi eliminat kull abbuż li jista’ jsir u li b’xi mod joħloq periklu għat tfal u persuni oħra li jkunu fl-istess lok, inkluż l-irregolarità msemmija mill-Onor. Membru.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tagħha tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-każ tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, r-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Positions of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm-il persuna hemm ingaġġata fil-Ministeru tiegħu f’position of trust?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza hemm erbatax-il persuna ingaġġata f’position of trust skont il-manwal tal-Kabinett li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — Inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kien hemm korrimenti, u li ntalbet l-assistenza tal-pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni li nħolqot, fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità, matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku fejn il-Pulizija intervjeniet u assistiet minħabba li fihom kien hemm korrimenti, li seħħew fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ottubru 2023, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Xahar
Lokalità
Fatali
Feriti Gravi
Feriti ħfief
Total
Jannar
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
1
4
5
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
2
4
Jannar total
0
3
10
13
Frar
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
1
0
1
NAXXAR
0
1
1
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
1
0
2
3
Frar total
1
2
5
8
Marzu
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
6
4
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
3
6
Marzu total
0
9
11
20
April
MELLIEĦA
0
1
1
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
2
1
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
6
8
April total
0
5
10
15
Mejju
MELLIEĦA
0
1
1
2
MĠARR
0
0
3
3
NAXXAR
0
0
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
0
4
4
Mejju total
0
1
10
11
Ġunju
MELLIEĦA
0
1
0
1
MĠARR
0
1
1
2
NAXXAR
0
1
5
6
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
4
7
Ġunju total
0
6
10
16
Lulju
MELLIEĦA
0
1
4
5
MĠARR
0
0
1
1
NAXXAR
0
0
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
1
6
7
Lulju total
0
2
13
15
Awwissu
MELLIEĦA
0
1
4
5
NAXXAR
0
2
1
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
5
6
11
Awissu total
0
8
11
19
Settembru
MELLIEĦA
0
2
2
4
MĠARR
0
1
1
2
NAXXAR
0
0
4
4
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
1
4
5
Settembru total
0
4
11
15
Ottubru
MELLIEĦA
0
2
1
3
MĠARR
0
2
3
5
NAXXAR
0
5
5
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
4
6
Ottubru total
0
11
13
24
Total kollu
1
51
104
156
San Pawl il-Baħar — Persuni Arrestati minħabba ġlied
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13532 dwar ġlied li nqala' f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar bejn Jannar u l-15 ta’ Novembru ta’ din is sena qegħdin jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt xahar b'xahar. F’kull każ inħarġu t-taħrikiet relatati.
Xahar fis-sena 2023
Numru ta’ persuni arrestati
January
1
February
3
March
5
April
3
May
1
June
2
July
2
August
3
September
1
October
Xejn
November sa 15/11
1
In-Naxxar – Persuni arrestati minħabba ġlied li nqala’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tan-Naxxar matul din is-sena, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk arrestati kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda persuna li ġiet arrestata minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tan-Naxxar bejn Jannar u s-27 ta’ Novembru ta’ din is-sena.
Il-Mellieħa – Persuni arrestati minħabba ġlied li nqala’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tal-Mellieħa matul din is-sena, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk arrestati kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u s-27 ta’ Novembru 2023 kien hemm każ wieħed, fejn persuna ta’ nazzjonalità Maltija ġiet arrestata fix-xahar ta’ Marzu, minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tal-Mellieħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati rifuġjati u persuni li ħaqqhom protezzjoni tul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li ġew rilokati 163 persuna lejn Membri Stati oħra li talbu protezzjoni tul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata tal-lum. Fl-istess perjodu, ġew risistemati lejn pajjizi terzi 44 persuna oħra li kienu talbu protezzjoni jew li kienu ngħataw protezzjoni.
Ninsab ukoll infurmat illi bejn l-2022 u l-2023, 479 persuna li kienu daħlu f’pajjiżna b’mod irregolari ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom; 195 fl-2022 u 284 fl-2023.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma d-Deputati tal-Oppożizzjoni li huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess maġġoritarju u ta' kontroll, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn qegħdin iservu u l-kariga li jokkupaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13997.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Servizzi ta’ kumpanija privata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fi ħdan id-dekasteru tiegħu tatx xi forma ta’ kuntratt, jew ftehim, ta’ servizzi/xogħol/konsulenza eċċ. lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, liema entità, meta u kemm swiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fil-każ tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza t-tweġiba hija fin-Negattiv.