Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni tal-kriterji li fuqhom Transport Malta tiġġudika lill-impjegati tagħha u cioè tikkonsidra dawk li huma responsabbli minn dawk li huma meqjusa bħala irresponsabbli?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36550, ġaladarba l-persuni li f'isimhom inħarġu l-omas passes u li mill-informazzjoni kurrenti jirriżulta li rari jaċċedu f'dan il-konfini, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nħarġu l-omass passes f'isem dawn il-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
M'għandix għalfejn niddubita l-informazzjoni li diġà tajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija Nru. 36550. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi informazzjoni konkreta differenti, nitolbu jgħaddihieli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għal Transport Malta fuq spejjeż li saru għad-delegazzjoni tal-5+5? Jista' jipprovdi r-rendikont fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36549, jista' l-ministru jgħid jekk il-pożizzjoni msemmija mhijiex attwalment fis-seħħ fit-Transport Malta? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawk l-uffiċjali li qed jesegwixxu xogħolhom b'terminu ta' kuntratt fi ħdan Transport Malta? Jista' jipprovdi d-dati tal-kuntratti promessi lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi — meeting mal-operatur tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ilu jistenna aktar minn tliet xhur għall-meeting mal-operatur tat-trasport pubbliku dwar issues ġenerali fil-lokalità u ta' kull darba qed ikun pospost? Ma jaħsibx li dan huwa dewmien esaġerat ma' rappreżentanti tal-gvern lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Naqbel ma' l-Onor. Interpellant li l-operatur tat-trasport pubbliku għandu jsib żmien biex jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi. Ser nitlob lill-Transport Malta tikkomunika lill-operatur l-osservazzjonijiet ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandiex il-ħsieb jew fil-preżent hemmx xi talba biex isir sleeping policeman fil-misraħ jew madwar il-misraħ ta' Ħaż-Żabbar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Triq tas-Salina u Triq tal-Magħtab — rranġar ta' tappieri
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tappieri li hemm fil-ħruġ tat-triq fejn it-Triq tal-Magħtab tgħaqqad ma Triq tas-Salina (direzzjoni Naxxar) jiġu rranġati għaliex qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Għalkemm dan ix-xogħol ma jaqax taħt il-Ministeru tiegħi, ninsab infurmat li Transport Malta diġà avżat lill-Kunsill Lokali konċernat u qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl (traffic lights) ħdejn il-każin Laburista tal-Imsida jiġu rranġati għal dawk li huma ħinijiet għaliex dawn l-istess lights qed jikkawżaw problemi fil-flow tat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sekwenza tal-ħin tas-sistema tad-dwal li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija ottimiżżata u li tali sistema titħaddem manwalment mill-pulizija fil-ħinijiet kritiċi għat-traffiku filgħodu u filgħaxija.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — reati ta' bribery
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati ta' bribery ta' uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu ġie mressaq il-Qorti akkużat b'reati ta' bribery fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid x'karigi kellhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — paga ta' persuna ingaġġata fil-ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, x'kariga għandu fid-dekasteru tiegħu meta ġie ingaġġat u x'inhi l-paga tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-Awtorità fil-ħruġ tad-direttorji tat-telefown?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-entità li hi maħtura biex tippubblika id-direttorju tat-telefon f'forma stampata għadha ma pubblikatux, il-gvern iddeċieda jagħmel dan hu stess.
Biex jintlahaq dan l-għan il-MITA nnotifikat l-Awtorità ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni, biex bħala fornitur tad-direttorju (Publicly available telephone directories and directory enquiry services) hi tippublika dan id-direttorju f'forma stampata.
Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn il-MITA qegħda tiġbor l-informazzjoni tal-abbonati mingħand l-operaturi kollha tat-telefonija liema operaturi għandhom l-obbligu li jipprovdu tali nformazzjoni għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta' tariffi tal-Kumpanija Arriva, kif approvata minn Transport Malta, hiex qed tiġi investigata mill-Kummissjoni Ewropea għal xi ksur ta' acquis communautaire? Jekk iva, ġewx Transport Malta u l-Ministeru konċernat, avviċinati mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħtu spjega għall-istruttura ta' tariffi u jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, jekk inhu l-kaz, kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn iż-żewġ naħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37156, u peress li l-Ministru qed jesiġi li nkun ċar, aktar milli ppruvajt inkun s’issa, jista' jgħid kemm tħallset il-kumpanija tal-awditjar Price Waterhouse Cooper għal kull tip ta' xogħol li ngħatat minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu u allura taħt ir-responsabiltà politika tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika għall-reserved parking imma għadu mingħajr risposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li neħewlha r-reserved parking, liema reserved parking kienet ilha aktar minn ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36582 u jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol fil-bini tal-French drains li kellu jinbena matul il-bypass tal-Imtarfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minħabba li s-soluzzjoni tal-French drains kienet ġiet proposta minn perit li llum m'għadux ma' Transport Malta, reġgħet ġiet evalwata s-sitwazzjoni u qegħdha tkun ikkunsidrata, li jista' jkun li hemm soluzzjonijiet aħjar mill-French drains, għal din is-sitwazzjoni f'din it-triq.
servizz tat-trasport pubbliku — rotot mhux regolari
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li waslu mingħand għadd ta' residenti minn San Ġwann dwar il-fatt li għalkemm hemm skeda fissa u aktar frekwenti ta' buses tal-Arriva permezz ta' numri 32, 22 u t-tourist bus 225 dawn mhux biss ma jżommux mal-ħinijiet stabbiliti f’ħafna drabi, iżda ġieli waslu kważi wara xulxin meta suppost it-trips tagħhom għandhom ikunu spazjati? Transport Malta hi konxija tal-fatt li biex wieħed jasal minn ħdejn il-lukanda Plaza Tas-Sliema sa San Ġwann dawn spiss jdumu medja ta' 35-40 minuta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li minbarra r-rotot imsemmija mill-Onor Interpellant, l-lokalita ta' San Ġwann hija servuta wkoll mir-rotot 24, 110 u 120, għal total ta' 12-il vjaġġ fis-siegħa komparat ma' 6 vjaġġi fis-siegħa li kien hemm qabel ir-riforma. Infurmat ukoll li Transport Malta hija konxja li hemm ċirkustanzi fejn l-iskeda mhux qed tinżamm. Għaldaqstant qiegħed isir moniteraġġ fuq numru ta’ rotot u fejn jiġi nnutat li ma jinżammx il-ħin skont l-iskeda, l-Awtorita’ tieħu azzjoni hekk kif provdut fil-kuntratt li ġie iffirmat bejn l-Awtorita’ u l-operatur tat-trasport pubbliku, Arriva Malta Ltd.
Jista' l-Ministru jara li l-fencing li hemm idawwar ix-xogħlijiet fid-dawra ta' Dock 1, titwaħħal miegħu xi netting biex ma jidhirx id-diżastru li hemm, u dan bħal ma isir f'postijiet oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa qed jiġu studjati arranġamenti alternattivi ta' hoarding biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt visiv.