Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet u f’liema gradi minn Ġunju 2017 sal-lum fid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat kien hemm 76 promozzjoni fil-varji livelli ta’ tmexxija tad-Dwana ta’ Malta.
Minn dawn, 73 promozzjoni ngħataw wara sejħiet għal applikazzjonijiet interni, waqt li l-bqija ngħataw b’riżultat ta’ esperjenza u snin ta’ servizz jew assimilazzjoni fil-grad.
Il-gradi involuti huma Senior Principal, Assistant Principal, Executive Officer, Senior Clerk, Manager of Customs, Senior Inspector of Customs, Inspector of Customs, Customs Officers, ICT Support Assistant, Systems Analyst, Technical Officer, Assistant Technical Officer, Foreman, Senior Tradesman, Senior Operative IV, Manager II (Accounting & Finance).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi minn Ġunju 2017 sal-lum fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilta responsabbiltà tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2017 sal-lum inxtraw tnax (12) il-karozza fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u l-entitajiet tiegħu.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12153 u ċjoè: Peress li l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni tenniet li r-radjazzjoni tal-EMF f’Malta u Għawdex huma skont il-limiti tal- International Commission on Non-Ionizing Radiation Protection (ICNIRP), jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tar-radjazzjonijiet meħuda u l-post minn fejn ittieħdu, kull darba li dawn ittieħdu minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena? X’inhi r-raġuni għalfejn dawn iċ-ċifri ma jiġux ippubblikati bl-istess metodu bħal ma tagħmel l- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-moniteraġġ tat-tniġġis fl-arja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), bħala l-entità nazzjonali responsabbli mill-immaniġġar tal-frekwenzi tar-radju, twettaq testijiet u kejl (tests and measurements) tar-radjazzjoni tal-EMF f’numru ta’ żoni pubbliċi madwar Malta u Għawdex biex tivverifika li, kif hekk meħtieġ skont il-liġijiet li hi tinforza, kull persuna awtorizzata biex tuza xi apparat ta’ radjokomunikazzjoni, qiegħda tikkonforma ma’ l-istandard ta’ emissjoni ta’ radjazzjoni adottata.
Mill-bidu tal-2019 sa l-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2020, l-MCA wettqet tlett mija erbgħa u għoxrin (324) testijiet u kejl f’diversi lokalitajiet pubbliċi, liema riżultati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni, b’format simplifikat għal konvenjenza tal-pubbliku, tiġi wkoll pubblikata regolarment fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità.