B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13443 billi n-numru ta’ separazzjonijiet f'pajjiżna jlaħħaq madwar tliet każijiet kuljum, jista’ l-Ministru jgħid kemm koppji għamlu użu mis-servizz ta' Terapija tal-Familja u mill-korsijiet tal-Co-Parenting f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Servizz ta’ Psikoloġija fi ħdan l-Aġenzija Sedqa irċieva 90 talba mingħand koppji u familji li xtaqu jirċievu għajnuna terapewtika bejn l-2017 u Marzu 2020. Bħalissa is-servizz qed isegwi madwar 120 koppja u familji li għamlu kuntatt mas-servizz imsemmi; liema każijiet qed jigu segwiti b’mod regolari mill-professjonisti li jagħtu servizz ta’ terapija tal-familja.
Bejn l-2017 u April 2020, 228 ġenitur li kienu għaddejin jew għaddew minn separazzjoni għamlu kuntatt mas-Servizz li wkoll joffri Programm għal Ġenituri li jkunu għaddejien minn Separazzjoni (Parenting When Separated). Minn dawn, 130 persuna temmew il-kors b’suċċess u hemm 42 persuna oħra li qed jistennew biex jibdew il-kors. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2 korsijiet maħsuba li jibdew qabel ma faqqat il-pandemija ttal-COVID-19. Bħalissa qed isir dak kollu possibli biex noffru s-servizz lil dawn il-klijenti wkoll.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – flus żejda mħallsa
Question
Billi skont l-Awditur Ġenerali (NAO) d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħallas €25.9 miljun żejda, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jinġabru dawn il-flus? Kemm inġabru minn dawn il-flus mogħtija żejda s’issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali imsemmi ta’ €25,867,263 fi ħlasijiet żejda fuq benefiċċji, imur lura sa mill-anqas qabel l-2008.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li ttieħdu diversi mi¿uri interni amministrattivi fl-aħħar snin li wasslu sabiex dan l-ammont ma jibqax jikber bl-istess rata li kien jagħmel qabel.
Tant hu hekk li bejn l-2017 u l-2018 dan l-ammont totali żdied b’nofs miljun ewro fl-2018 meta sa ftit tas-snin ilu kien jiżdied b’medja ta’ aktar minn żewġ miljun ewro fis-sena.
Il-miżuri jinkludu azzjoni pro-attiva fil-proċess tal-evalwazzjoni tat-talbiet li jsiru u qabel dawn jiġu awtorizzati għall-ħlas, inkluż ivverifikar ta’ ċertu dikjarazzjonijiet mogħtija mill-applikanti ma’ sorsi oħrajn tal-Gvern,. Dan qed iwassal biex l-iżbalji jonqsu u l-ammonti ta’ ħlasijiet żejda jonqsu ukoll.
Fl-istess waqt qed jittieħdu inizjattivi diversi sabiex jinġabru l-ħlasijiet żejda li inevitabilment jinħolqu kull sena, liema ħlasijiet żejda jinkludu ammonti li jirriżultaw minn każi ta’ frodi u abbuż tal-benefiċċji. Tali ammonti jinġabru kemm ftit ftit mill-ħlas tal-benefiċċji jew permezz ta’ pagamenti diretti mid-debituri varji.
Biex nagħti eżempju matul l-2018 id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ġabar €2.7m fi ħlasijiet lura waqt li fl-2019 inġabru €5.3m. Minkejja dan id-Dipartiment pero joqgħod attent li jżomm bilanċ bejn l-obbligu li dak li jkun jirrifondi lura dak li ma kienx dovut jirċievi u li tali azzjoni ma twassalx għal tbatija żejda fuq il-benefiċċjarji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13368 u ċjoè: Billi skont il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali kien hemm aktar minn 15,000 każ ta’ persuni vulnerabbli tul is-sena li għaddiet, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm minn dawn il-persuni/familji li ngħataw l-għajnuna mill-Programm LEAP? X’tip ta’ għajnuna ngħataw dawn il-persuni? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fir-Rapport Statistku Annwali tal-2019.
Dan ir-rapport huwa ppublikat fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni, fil-link pprovduta hawn taħt:
https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx
F’ din il-paġna, l-Onorevoli Interpellant jista’ jaċċessa ir-Rapporti Annwali sal-2018, kif ukoll Rapporti Statistiċi ta’ kull aġenzija, sal-2019. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-ħidma tal-LEAP, tista’ tinkiseb mir-Rapporti dwar l-ACTS, (
Agency for Therapeutic and Community Services
) li issa hija responsabbli wkoll mill-programm LEAP!
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12216 u jgħid jekk bediex jiffunzjona l-Proġett REACH tal-Aġenzija Sapport? Fiex jikkonsisti dan il-proġett?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett REACH ġie mniedi f’Mejju 2019. Dan huwa proġett ko-finanzjat mill-UE u x-xogħol fuq il-proġett hu mifrux fuq medda ta’ 3 snin b’investiment ta’ €32 miljun. Il-proġett huwa mistenni li jibda jopera fl-2023.
Il-proġett REACH huwa ddisinjat fuq il-kunċett ta’
Universal Design
. Il-proġett għandu l-għan li joħloq ambjent li huwa kemm aċċessibli kif ukoll adattat għal persuni b’diżabilità fiżika u/jew intelletwali. Is-servizzi li ser ikun qed jinkorpora fih dan il-proġett, jinkludu:
§ Appartamenti fejn il-persuni b’diżabilità jkunu jirrisjedu, assistiti minn staff imħarreġ
,
sabiex inkomplu nippromovu l-idea ta’ Independent living, assisted living u supported living, fil-kommunita’,
§ Ċentru ta’ matul il-jum,
§ Pixxina,
§ Gym,
§ Servizz ta’ Respite,
§ Numru ta’ uffiċini fejn persuni b’diżabilità jingħataw taħriġ li jservi sabiex itejbu l-abbiltajiet tagħhom u l-possibilitajiet li jsibu mpjieg,
§ Pjazza bi spazji rikreattivi bħal ġonna,
§ Kafeterija,
§ Numru ta’ ħwienet li ser ikunu qed jimpjegaw ukoll persuni b’diżabilità,
§ U uffiċini ġodda tal-Aġenzija Sapport
Jista’ l-Ministru jindika x’ħidma wettqet l-Aġenzija Sapport matul is-sena l-oħra b’risq il-persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dwar attivitajiet li saru għall-beneficċċju tal-persuni b’di¿abilità fi ħdan l-Aġenzija Sapport matul il-perjodu msemmi:
1. Modernizzar ta’ numru ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum
2. Xogħol fuq Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilità ġdid f’Baħar iċ-Ċagħaq
3. Xogħol fuq 2 residenzi oħra ġodda bħala parti mill-Proġett Soċjetà Ġusta, fiż-Żurrieq u l-Qrendi
4.
Workshops
u
support groups
varji għall-familjari ta’ persuni b’diżabilità
5. Ħidma għal xiri ta’ 15-il vann ġdid għall-u¿u fl-għoti ta’ servizzi lil persuni b’diżabilità
6. Ħidma għal xiri ta’ Automated External Defibrillators għar-residenzi, ċentri u uffiċini kollha tal-Aġenzija Sapport
7. Tkompla l-proġett INK, kofinanzjat mill-UE, li jinkludi taħriġ u
job
placements
għal persuni b’diżabilità, kif ukoll tqassim ta’
tablets
għall-istess benefiċjarji tal-proġett
8. Tnedija ta’ REACH fin-Naxxar u ħidma ta’ skavar fis-sit tal-proġett
9. Iffirmar ta’ ftehim mal-Università ta’ Malta għal opportunitajiet ta’
placements
ta’ studenti u kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Sapport u l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà għal riċerka fis-settur tad-di¿abilità
10. Iffirmar ta’ ftehim mal-Assoċċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (Malta Employers Association) għal promozzjoni tas-servizzi u proġetti tal-Aġenzija Sapport ma’ min iħaddem.
11. Iffirmar ta’ ftehim ma’ SVP u bidu għall-proċess ta’ servizz ġdid Narċis.
12. Introduzzjoni tas-Sharing Lives f’Għawdex
13. Attivitajiet soċjali u edukattivi fi-Ċentri ta’ Matul il-Jum, residenzi u servizzi fil-komunità għall-benefiċċju ta’ persuni b’diżabilità
14. Ħidma mal-Ministeru għall-
Edukazzjoni u x
-
Xogħol
dwar trasferiment tal- (ACTU) li issa jaqa’ taħt l-operat tal-Aġenzija Sapport – dan hu servizz li għad irid jiġi mniedi
15. Ħidma mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Di¿abilità (CRPD) dwar trasferiment ta’ Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) li issa jaqa’ taħt l-operat tal-Aġenzija Sapport – dan hu servizz li għad irid jiġi mniedi.
Dawn il-proġetti huma apparti proġetti u programmi li jitwettqu fil-ħidma tal-Aġenzija b’mod regolari direttament mal-klijenti tagħha bħal life skills, għajxien indipendenti, u active support.
Numru ta’ persuni b’diżabilit
à li bbenefikaw mis-servizzi tal-Aġenzija Sapport bejn Jannar u Diċembru 2019:
1.
Madwar 700
persuna
bbenefikat mis-
Servizzi ta’ Ħidma Soċjali
tal-Aġenzija Sapport.
2.
70
persuna b’diżabilità ibbenefikat mis-
Servizzi Residenzjali
tal-Aġenzija Sapport.
3. F’Diċembru 2019,
534
persuna b’diżabilità kienu reġistrati fiċ-
Ċentri ta’ Matul il-Jum
tal-Aġenzija Sapport.
4.
373
persuna b’diżabilità ibbenefikat mis-
Servizzi fil-Komunità
tal-Aġenzija Sapport.
5.
112
persuna b’diżabilità ibbenefikat mis-Servizzi ta’
Sharing Lives
tal-Aġenzija Sapport.
6.
89
persuna nieqsa mis-smiegħ ibbenefikat mis-Servizzi ta’
Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali
tal-Aġenzija Sapport.
7.
181
persuna b’diżabilità ibbenefikat mis-servizz ta’
respite ĦILA
, bi sħab mal-privat.
8.
101
persuna b’diżabilità ibbenefikat mill-proġett INK
9.
725
persuna b’diżabilità ibbenefikat mill-
Empowerment Scheme
, skema mmexxija mill-Aġenzija Sapport sabiex tipprovdi għajnuna finanzjarja lil persuni b’diżabilità sabiex jixtru apparat speċjalizzat u assistiv.
10.
78
persuna b’diżabilità ibbenefikat mill-iskema tal-
Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq
.
11.
24
persuna b’diżabilità ibbenefikat mill-iskema tal-
Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni fuq Vettura
.
12.
101
persuna b’diżabilità ibbenefikat mill-iskema tal-Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq.
13.
20
ġenitur ta’ tfal b’diżabilità attendew
workshops u gruppi ta’ sostenn għall-ġenituri
14.
15
-il parteċipant attendew
workshops u gruppi ta’ sostenn għall-aħwa adulti
ta’ persuni b’diżabilità.
Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali – ilmenti dwar l-Aġenzija Appoġġ u Sapport
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali rċevew ilmenti dwar is-servizzi tal-Aġenzija Appoġġ u Sapport matul is-sena 2018 u s-sena l-oħra? Fuqiex kienu dawn l-ilmenti u jekk dawn l-ilmenti ġewx solvuti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fl-2018 ma irċivietx ilmenti dwar l-Aġenzija Appoġġ filwaqt li irċiviet 2 ilmenti dwar l-Aġenzija Sapport. Wieħed mill-ilmenti dwar l-Aġenzija Sapport, kien dwar il-proċedura tal-amministrazzjoni tal-mediċina fejn l-Awtorità ħadet il-passi neċessarji sabiex isir it-tibdil meħtieġ fl-aħjar interess tal-klijenti. It-tieni lment fuq l-Aġenzija Sapport kien rigward sitwazzjoni partikolari fejn wara l-investigazzjoni neċessarja irri¿ulta li l-persuna li għamel l-ilment kellu nuqqas ta’ informazzjoni.
Fl-2019, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, rċiviet 2 ilmenti dwar l-Aġenzija Appoġġ u 3 ilment dwar l-Aġenzija Sapport. L-ilmenti kollha kienu dwar nuqqasijiet fl-għoti tas-servizz fejn seta’ jsir titjieb fil-livell tal-kwalità. L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet ir-rakkomandazzjonijiet neċessarji sabiex isir it-titjieb meħtieġ fl-attivitajiet u fit-taħriġ lill-ħaddiema.
Telefonati fuq in-numru 153 – mistoqsijiet fuq servizzi soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il telefonata daħlet fis-snin 2018 u 2019 jistaqsu fuq kwistjonijiet relatati ma' Servizzi Soċjali fuq 153?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ telefonati li daħlu fl-2018 u fl-2019 fuq il-freephone153 relatati ma' Servizzi Soċjali, huwa kif ġej:
Fl-2018 - 220,256 telefonata;
Fl-2019 - 243,611 -il telefonata
NSO – persuni mċaħħda materjalment li huma residenti f’Għawdex
Question
B'referenza għaċ-ċifri pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni mċaħħda materjalment b'mod sever huma residenti f'Għawdex u kemm minn dawk imċaħħda materjalment huma residenti fil-gżira ta' Għawdex? Jista' jgħid kif dawn jikkumparaw mar-reġjuni l-oħra ta' Malta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat minħabba li tali informazzjoni tista’ tkun disponibbli għand l-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.
Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta nies b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu ukoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li n-nies li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalukwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eliġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji t' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija se tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiżgura l-Kamra li l-istaff ġewwa residenzi sew privati kif wkoll dawk pubbliċi qegħdin jużaw maskli protettivi kontra l-Covid 19 waqt li jkunu fis-swali u jduru u jitrattaw il-pazjenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ikkomunikat mal-provdituri kollha tas-servizz, fil-qasam tal-Anzjani, l-importanza ta’ użu ta’ ilbies protettiv kif ukoll maskli protettivi għall-ħaddiema kollha f’kull dar tal-anzjani.
L-użu tajjeb tal-maskli, f’kull dar tal-anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paule, qiegħed isir u jiġi segwit skont il-linji gwida maħruġa mill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13507 u jindika x’passi konkreti qegħdin jittieħdu sabiex jiġu megħjuna l-anzjani vulnerabbli minħabba l-problema serja tal-Coronavirus (Covid-19)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, minn sabiex jiġu megħjuna l-anzjani vulnerabbli minħabba l-virus tal-Coronavirus (Covid-19).
L-ewwel u qabek kollox, L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, li hija l-Awtorità responsabbli fost affarijiet oħra mill-istandards tad-djar residenzjali tal-anzjani, ħarġet struzzjonijiet lid-djar residenzjali kollha għall-anzjani sabiex jitinaqqsu is-siegħat allokati għal visti mill-familjari u qraba. Wara analiżi aktar mill-qrib tas-sitwazzjoni, l-Awtorità irrevediet ukoll dawn l-istruzzjonijiet mgħotija u kkomunikat struzzjonijiet ġodda sabiex jitwaqqfu b’mod temporanju l-visti kollha fid-djar residenzjali kollha tal-anzjani, inkluż ukoll ir-Residenza San Viċenz de Paule. Dan ġie ikkomunikat lil kull dar residenzjali fl-aħjar interess tar-residenti anzjani kollha.
Sabiex ikun żgurat li d-djar residenzjali tal-anzjani kienu qed jaderixxu mar-regoli l-ġodda mgħotija, l-Awtorità bagħtet l-ispetturi tagħha biex jiċċekkjaw is-sitwazzjoni f’kull dar. Fil-fatt, l-ispetturi għamlu aktar minn 40 spezzjoni f’ġurnata bil-għan li jivverifikaw li r-regolamenti l-ġodda kienu u għadhom qed jiġu segwiti. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, l-Assessuri tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kienu qed jassiguraw li r-residenzi qed isegwu d-direzzjonijiet speċjalment fejn jidħol screening ta viżitaturi kif ukoll isegwu kull komunikat li kien qiegħed jiġi maħruġ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. L-assessuri nnfushom ukoll żammew mal-istess imsemmija prattiċi u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, speċjalment fejn tidħol l-iġjene tal-idejn. L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħasbet ukoll għall-materjal protettiv sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għas-saħħa tal-assessuri impjegati mal-Awtorita’.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali kompliet ukoll billi tagħti struzzjonijiet lid-djar residenzjali tal-anzjani sabiex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiżguraw li r-residenti jkollhom l-opportunità li jikkomunikaw faċilment mal-qraba tagħhom, billi jużaw kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni teknoloġika disponibbli għalihom. Il-mezz ta’ komunikazzjoni tista’ issir permezz tal-midja soċjali, komunikat permezz tal-videoconference, komunikat permezz ta’ telefonati jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sabiex l-anzjani u l-qraba jew familjari tagħhom ikunu jistgħu jibqghu f’kuntatt minkejja li ġew mwaqqfa l-visti b’mod fiżiku.
L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali organizzat diversi laqgħat mal-providturi tas-servizz sabiex jiġu spjegati fid-dettall il-miżuri elenkati li qiegħdin jittieħdu fir-rigward tal-COVID-19. L-Awotorità tibqa’ f’kuntatt kontinwu mal-istess providutri tas-servizż sabiex jinżammu aġġornati kontinwament b’xi żviluppi u miżuri ġodda li jkunu ser jittieħdu. L-Awtorità għaddeja b’ħidma intensiva sabiex tassisti lill-providturi tas-servizzi residenzjali ta’ ħarsien soċjali f’dan iż-żmien diffiċli.
F’kontinwità ma’ dak li ħadmet fuqu l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien soċjali, L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħadem sabiex anzjani li jgħixu fil-kommunità ġewwa darhom, jingħataw l-għajnuna meħtieġa u titwassal lilhom ġewwa darhom. Fost dawn il-miżuri li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità ħadem dwarhom naraw li:
· Twaqqaf Help Line bin-numru 25903030 fejn l-anzjani kollha ta’ Malta u Għawdex jistgħu iċemplu għal kull għajnuna li jista’ jkollhom biex jixtru ikel, mediċina, jew jiġu pprovvduti ikel lest;
· L-impjegati taċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva, li bħalissa qegħdin magħluqin, qed jikkontribwixxu fis-servizz ta’ emerġenza imwaqqaf apposta minħabba il-COVID19. Fuq dan il-Help Line qed jiġu milqugħa telefonati mill-anzjani sabiex impjegati taċ-Ċentri għal Anzjanità Attiva u mpjegati tal-Home Help imorru jaqdu anzjani fix-xiri tal-bżonnijiet ta' kuljum u xiri minn spiżerija, inkluż li jiġbru il-mediċini tal-POYC. Dan qed isir sabiex niffaċilitaw li l-anzjani jibqgħu id-dar u ma joħorġux;
· Fejn il-bżonn tal-anzjan/a ikun ta’ xiri ta’ prodotti, ġbir ta’ mediċini jew xi qadi essenzjali ieħor, qegħdin nibgħatu n-nies mill-għada stess biex imorru jagħmlu l-qadi tal-anzjani li jersqu għall-għajnuna skont il-bżonnijiet tagħhom;
· Fejn il-bżonn tal-anzjan/a ikun ta’ ikel imsajjar lest, dan qed jiġi pprovdut mal-iskema preżenti tas-Servizz Meals on Wheels;
· Għal għajnuniet oħra, l-anzjani qed jiġu riferuti għall-entitajiet oħra skont il-bżonn.
Dan kollhu qiegħed isir sabiex nipproteġu u nassistu lill-anzjani vulnerabbli biex b’hekk ma jkollhomx għalfejn joħorġu minn djarhom.
Il-passi li qed jittieħdu biex nipproteġu lill-anzjani fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani, mill-Anzjanit Attiva u Kura fil-Kommunita’, jinkludu li:
· Qraba u viżitaturi ma humiex permessi li jidħlu ġewwa d-Djar Residenzjli tal-anzjani jekk mhux biex jipprovdu servizz fid-dar;
· Kull persuna li tidħol ġewwa d-dar, kemm impjegati u kemm nies oħra li jipprovdu servizz fid-Djar Residenzjali qed jiġu skrinjati għas-sintomi tal-Covid-19;
· Appuntamenti skedati li ma humiex urġenti jew essenzjali li jkollhom l-anzjani li jgħixu fid-Djar Residenzjali qed jiġu posposti;
· Qed isir monitoraġġ kontinwu tar-residenti għal sintomi tal-Covid-19;
· L-allokazzjoni tal-istudenti kollha ġewwa d-Djar Residenzjali tal-anzjani ġew imwaqqfa;
· Ġew ipprovduti tablets lid-djar residenzjali kollha tal-Gvern sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jkellmu lil qrabathom permezz ta’ video conference;
· Saru laqgħat flimkien mal-kapijiet tad-Djar Residenzjali biex nipreparawhom fuq kif għandhom jipproteġu lill-anzjani mill-Covid-19;
· Ġie pprovdut tagħlim lill-impjegati kollha tad-Djar Residenzjali sabiex nipprevjenu il-Covid-19, dwar kif jilbsu u jneħħu ilbies protettiv, u dwar proċeduri ta’ kontroll ta’ infezzjoni;
· Il-ħruġ kollu tal-anzjani ġie sospiż;
· Ammissjonijiet ġodda ġewwa d-Djar Residenzjali ġew sospiżi;
· Kull min ġej mill-Isptar Mater Dei qed jiġi relokat għad-Dar tal-Imsida għal ftit żmien qabel jerġa’ jintbgħat fid-Dar Residenzjali fejn kien/kienet toqgħod qabel daħal/daħlet l-Isptar Mater Dei;
· Ġie allokat numru ta’ sodod f’kull dar residenzjali tal-anzjani għall-iżolament f’każ li jkun hemm bżonn.
Bl-istess mod, ir-Residenza San Vinċenz de Paule, ukoll ħejja il-pjan ta’ kontinġenza għal ġewwa din il-faċilita’, b’miżuri konkreti biex nipproteġu lill-anzjani tagħna. Fost dawn il-miżuri, ir-Residenza ħadmet sabiex:
· Isir monitoraġġ fl-entratura għal kull min jidħol ġewwa l-Faċilita’ u ukoll insistenza fuq l-użu ta’ handrub qabel ma wiehed jidħol fil-Faċilita.’ Aktar handrubs tpoġġew f’kull entratura;
· Jidħlu biss il-ħaddiema u persuni bi provvisti meqjusa neċessarji għar-Residenza. Il-qraba jidħlu biss f’ċertu każi fejn hemm residenti li s-saħħa tagħhom tkun qalbet għal agħar;
· Inħoloq servizz ta’ telefonati fuq ‘Skype’ permezz tat- tablet sabiex l-anzjani jibqghu f’ kuntatt mal-familjari tagħhom fejn dawn ikunu jistgħu anke jaraw u jkellmu lil xulxin;
· Twaqqfu servizzi ta’ outpatient li jingħataw mir-Residenza;
· Sar ‘refresher training’ lill-ħaddiema fuq ilbies protettiv, ħasil tal-idejn u prevenzjoni tal-infezzjonijiet;
· Ġew imwaqqfa sezzjonijiet specjali fejn isir swabbing ta’ każi suspettati u ta’ swali speċifiċi oħra li se jintużaw bħala kwarantina f’kas ta’ bżonn;
· Twaqqfu dawk imsejħa isolation units għal kura tal-pazjenti pożittivi bil-COVID-19;
· Ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-binja l-ġdida, jidħlu minn entratura separata fejn ukoll qiegħed isir moniteraġġ;
· Qed tiġi mħarrsa b’reqqa l-operat tal-healthcare workers sabiex innaqsu il-kuntatt bejn il-residenti u l-ħaddiema nfushom;
· Ġibna ilbies protettiv apposta sabiex nilqgħu kontra dan il-vuris.
Apparti l-miżuri ta’ prevenzjoni u kontroll ta’ infezzjonijiet li normalment jintużaw f’San Vinċenz, ir-Residenza żiedet dawn il-miżuri bil-għan li nipproteġu lill-anzjani tagħna minn din l-imxija li issa qiegħda tiġi trasmessa anke lokalment.
Flimkien, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita’, u l-Faċilita’ għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paule, qed jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex l-anzjani fil-kommunita’ kif ukoll dawk residenti f’waħda mid-Djar Residenzjali tal-Anzjani, ikunu protetti u mħarrsa.
Minbarra dan, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, ħadem fuq tnedija ta’ helpline kontra s-solitudni. Permezz tal-helpline 1772, kull persuna, b’mod partikolari persuni li jgħixu waħidhom u persuni anzjani li qegħdin jissagrifikaw ħafna affarijiet mir-rutina normali tagħhom, inluż ħruġ mhux essenzjali u distakk soċjali minn dawk l-aktar għeżież għalihom, jistgħu iċemplu fuq 1772, fejn dejjem ser isibu lil xi ħadd ma’ min jitkellmu u li jkun lest li jismagħhom.
Benefiċċju soċjali lill-anzjani li qed jgħixu f’lukanda minflokk f’dar tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk anzjani li jkunu qed jgħixu f’lukanda three star jew grad inqas minflok f’dar tal-anzjani, jistgħux japplikaw u jieħdu benefiċċju soċjali bħalma jkunu qed japplikaw għalihom anzjani li jkunu qed jgħixu f’dar tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif diġà weġibt għal mistoqsija parlamentari numru 13411, il-benefiċċji u pensjonijiet kontributorji mhumiex marbutin ma’ test tal-mezzi, iżda marbuta biss ma jekk persuna tissodisfax l-ammont mitlub ta’ kontribuzzjonijet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa u/jew akkreditati.
Kull applikant li japplika għal xi tip ta’ benefiċċju ieħor li mhux kontributorju, ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-eleġibilità għal dawn il-benefiċċji mhux kontributorji tiġi determinata wara li jsir test tal-mezzi tal-persuna irrispettivament mill-eta’ tal-individwu u mir-residenza tal-individwu.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jimxi ma’ kull direzzjoni li tingħata ċentralment għas-servizz u s-settur pubbliku.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13191, jista' l-Ministru jgħid kemm naqas in-numru ta’ 17,000 tfal f’riskju ta’ faqar, wara li ġew jew bdew jiġu implimentati l-miżuri elenkati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-aħħar statistika dwar tfal f’riskju ta’ faqar (At Risk of Poverty – din ibbażata fuq id-dħul tal-familji) ippublikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika hija dik tal-2018. L-istatistika ppubblikata, meta kkomparata ma’ dik maħruġa fl-2013, f’termini numeriċi turi li n-numru ta’ tfal f’riskju ta’ faqar naqas b’1,027 bejn l-2013 u l-2018. Filwaqt li fl-2013 kien hemm 18,233 tifel jew tifla f'riskju ta’ faqar f'pajjiżna, fl-2018 kien hemm 17,206. F’termini perċentwali dan juri tnaqqis ta’ 2.4 punti perċentwali, hekk kif minn 24% fl-2013, inżilna għal 21.4% fl-2018.
L-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika, tinkludi ukoll ċifri dwar tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’pajjiżna (At Risk of Poverty or Social Exclusion – din ibbażata kemm fuq id-dħul tal-familji u wkoll iċ-ċaħda minn affarijiet essenzjali). Dawn juru tnaqqis ta’ 5,905 tifel u tifla bejn l-2013 u l-2018. In-numru ta’ tfal li qed jgħixu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali naqas minn 24,300 fl-2013 għal 18,395 fl-2018. F’termini perċentwali dan ifisser li li t-tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali f’pajjiżna naqsu minn 32% fl-2013 għal 22.8% fl-2018, bi tnaqqis totali ikun dak ta’ 9.2 punti perċentwali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13444 u jindika meta se jiġu organizzati korsijiet dwar it-trobbija tat-tfal fil-lokalità kbira ta’ Marsaskala fejn hemm jgħixu madwar 5,000 familja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm familji fil-lokalità ta’ Marsaskala li bbenefikaw mis-servizz HomeStart li huwa intiż biex jgħin familji bi sfidi fit-trobbija ta’ wliedhom. Fil-preżent m’hemmx korsijiet maħsuba biex isiru fil-lokalità ta’ Marsaskala hekk kif in-numru ta’ talbiet għal dan il-kors mill-lokalità imsemmija huwa baxx ħafna.
Dawk kollha li huma nteressati qed jiġu nfurmati meta jkun ħa jibda kors f’lokalitajiet oħra fil-viċinanzi tagħhom sabiex dawk interessati ikunu jistgħu jattendu f’dawn il-lokalitajiet qirb tagħhom. Madanakollu, l-għan ewlieni xorta jibqa’ li nilħqu l-ġenituri fil-kommunità tagħhom u meta jkun hemm grupp ta’ ġenituri li juru interess f’dan il-kors.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Nru. 11524 liema tweġiba telenka l-punti l-aktar saljenti tal-ħidma tal-Fondazzjoni fil-qasam tat-trobbija pożittiva.
Jista’ l-Ministru jindika x’passi konkreti qegħdin jittieħdu sabiex jiġu megħjuna l-anzjani vulnerabbli minħabba l-problema serja tal-Coronavirus (Covid-19)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika x’servizzi ta’ appoġġ jeżistu għall-vittmi tal-kriminalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali ma hijiex, u qatt ma kienet l-entita’ responsabbli li toffri servizzi għall-vittmi tal-kriminalità.
Madanakollu, l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tibqa’ pijunier fejn jirrigwardja servizzi ta’ sostenn għal vittmi ta’ kull forma ta’ abbuż fuq minuri permezz tad-Direttorati għall-Ħarsien (Protezzjoni) tat-Tfal u tal-Kura Alternattiva, kif ukoll għall-vittmi ta’ vjolenza domestika permezz tas-servizzi immirati għall-vittmi ta’ kwalunkwe forma ta’ vjolenza.
Minbarra dan, l-Fondazzjoni toffri wkoll servizz tal-Psikologi u Terapija tal-Familja kif ukoll is-servizz tat-Terapija fid-Dar (Home Based Family Therapy – HBTS) li huma miftuħa għal kulħadd, inkluż vittmi ta’ kriminalità.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13245 u jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsultenza jew ma ntalab l-ebda tip ta’ servizz mingħand l-individwu li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant, mill-Ministeru kif ukoll mid-diparimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali fl-aħħar tas-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess tagħhom u kemm kien hemm applikanti ġodda?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ benefiċċjarji tad-diversi tipi ta’ Għajnuna Soċjali, fl-aħħar tas-sena 2019, maqsumin bejn nisa u rġiel, kien kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Benefiċċji
Irġiel
Nisa
Total
DAD - Drug Addict Dependence
21
1
22
SA - Għajnuna Soċjali
1,107
2,964
4,071
SUP - Għajnuna Soċjali għal ġenitur singlu
31
2,212
2,243
SUA - Għajnuna għal Diżimpjieg sussidjarja
676
103
779
UA - Għajnuna għal diżimpjieg
472
136
608
Total
2,307
5,416
7,723
In-numru ta` applikazzjonijiet ġodda li daħlu fl-2019 kienu kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
DAD
Drug addict Dependence
SA
Għajnuna Socjali
SUP
Għajnuna Soċjali għal ġenitur singlu
SUA
Għajnuna għal diżimpjieg sussidjarja
UA
Għajnuna għal diżimpjieg
Total
40
543
246
201
402
Mhux l-applikazzjonijiet kollha ġodda li daħlu fl-2019, li qed issir referenza għalihom fit-tabella t’hawn fuq, ġew aċċettati.