Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20701 u 20848 u tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-aħħar 8 snin ġew installati total ta’ 2790 arblu tad-dawl (lighting poles) madwar Malta u Għawdex, il-kumplament tal-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20935, ġaladarba huwa ħażin li nħallu post fid-dlam u bla dawl, tista’ l-Ministru minflok tobbliga lill-kumpanija privata biex tirranġa s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kkomunika mal-kumpanija privata u ġejna nfurmati li għaddejin diskussjonijiet biex tiġi solvuta l-problema.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16509, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Water Services Corporation (€20,255) u mill-Enemed (€5,665) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-PQ li għamlet hi stess bin-numru 16509.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — entitajiet li għandhom ftehim kollettiv skadut
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 18464 u tgħid liema huma l-entitajiet fid-dekasteru tagħha li għandhom bħalissa ftehim kollettiv li skada? Tista’ għal kull każ tgħid meta skada?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda’ entita’ li għandhom il-ftehim kolletiv skadut.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Ingaġġ ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku mill-Entitajiet u awtoritajiet
Question
Tista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fis-settur pubbliku, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw f’din il-leġiżlatura għall-PQs 12908 u 18171.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — impjieg, tender jew direct order lill-persuna
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru tiegħi u lanqas l-entitajiet li jaqgħu taħti ma taw impjieg, tender jew direct order lill-persuna msemmija.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20813 u 20725 u tgħid kemm-il darba kien hemm down time fil-powerstation tal-Electrogas u tas-Shangai Electric mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ġurnata li fiha bdiet topera l-Electrogas kien hemm total ta’ 41 darba fejn kien hemm xi forma ta’ waqfien, kemm dak ippjanat kif ukoll dak mhux ippjanat, fuq iż-żewġ impjanti.
ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk wara li skada l-kuntratt li sar mal-MRA, kif l-ARMS tikkalkula l-kontijiet tal-konsum tal-elettriku ta' dawk li għandhom is-solar panels?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mad-dħul fis-seħħ tal-Avviz Legali 61 tal-2021, ossia Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Generat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajci tax-Xemx) (Emenda Nru 3) fil-25 ta’ Frar 2021, l-ARMS Ltd. aġġustat l-operat tagħha sabiex il-komputazzjoni tal-kontijiet tkun konformi ma’ dak stipulat fl-istess avviz legali.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20701 u tgħid, fl-aħħar tmien snin, f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda fejn qabel ma kinux installati? Kemm twaħħlu arbli b’kollox u kemm kilometri ġew koperti b’dawn il-lighting poles?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Is-Siġġiewi – Triq Lapsi – xogħlijiet mill-Water Services Corporation
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol min-naħa tal-Water Services Corporation fi Triq Lapsi, is-Siġġiewi hekk kif jidher li f’dawn l-aħħar jiem ma kien hemm l-ebda ħaddiema jaħdmu u x-xogħol jinsab f’nofs leħja?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li x-xogħol maġġuri fi Triq Lapsi s-Siġġiewi huwa lest. Matul il-ġranet li ġejjin mistennija jsiru testijiet tas-servizzi ġodda li għadhom kif ġew installati. Ġaladarba dawn it-testijiet ikunu konkluzi, ikun imiss lill-Infrastructure Malta biex tgħati wiċċ ġdid lil din it-triq.
Din it-triq hija parti zgħira min proġett ferm ikbar li hemm fl-inħawi, proġett li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-servizzi offruti lill-klijenti mill-Korporazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Marina f’Ta’ Xbiex ilha fid-dlam għal tul ta’ żmien? Min hu responsabbli u meta se jittranġaw dawn id-dwal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dawl fil-Marina f’Ta’ Xbiex ma jaqgħax taħt ir-responsabilita tal-Enemalta, iżda taħt kumpanija privata. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll, l-Enemalta PLC ikkonfermat li d-dwal fit-toroq tal-madwar li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tagħha m’għandhomx ħsarat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20726, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-interconnector li ntuża f'kull ġurnata mill-ġurnata fi xħin beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il substation ġiet ikkummissjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar..
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il Distribution Centre ġiet ikkummisjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex, fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar..
B’referenza għall-ftehim kollettiv ġdid iffirmat mal-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), tista’ l-Ministru tgħid jekk dan jipprovdix għal ħlas lump sum lill-ħaddiema biex ikopri żidiet b’lura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-ftehim kollettiv indikat ma jipprovdi għal l-ebda ħlas ta’ lump sum. L-arretrati applikabbli tħallsu individwalment lil kull ħaddiem b’pagament supplementari fl-aħħar tax-xhar ta’ April, kif ġie maqbul mal-union rappreżentattiva. .
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20481 u tgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi ndikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Il-Mellieħa – Triq Dun Manwel Grima – lampi/bozoz — manutenzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa (mill-Enemalta jew mill-Kunsill Lokali Mellieħa) sabiex lampi/bozoz maqtugħa fi Triq Dun Manwel Grima kantuniera ma’ Triq l-Għasafar u f’żoni oħra fil-Manikata, limiti tal-Mellieħa, jerġgħu jinxtegħlu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bozoz/lampi fit-toroq indikati m’humiex fir-responsabiltà tal-Enemalta PLC iżda tal-Kunsill Lokali. Madanakollu infurmata li l-Enemalta iċċekkjat il-linja tal-elettriku u nstabet li hija tajba.