Legislature:
Category:
Reset
Active:

Freeport – ħaddiema li twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn kienx hemm okkażżjonijiet li ħaddiema tal-Freeport twaqqfu mix-xogħol minħabba emmissjonijiet fl-arja minn intrapriżi oħra fil-viċinanzi? Jista’ jagħti dettalji ta' tali okkażżjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija li topera mill-Port Hieles hija privata u ghalhekk il-Korporazzjoni m’ghandiex talli informazzjoni u qatt ma dahlu rapport diretti ghand il-Koprporazzjoni f’dan ir-rigward.

Designated Date imsemmija f’Art 311(6)(a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16)

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18065 u jgħid jekk id-'designated date' imsemmija f'Art 311 (6) (a) tal-Kodiċi Ċivili (Kap 16), li tirregola l-bidu ta' terminu ta' 10 snin sabiex jiġu reġistrati drittijiet privati fuq l-art ta' mal-plajja, ġietx stabbilita mill-Ministru responsabbli għall-Artijiet permess ta' ordni fil-Gazzetta tal-Gvern hekk kif jgħid l-istess artiklu tal-liġi? Jekk din ġiet stabbilita, jista' jgħid liema hi din id-data, u fejn din ġiet ippubblikata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Informazzjoni ghadha qed tingabar.

Il-Mellieħa – Bajja tal-Għadira – permessi għall-umbrellel u deckchairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru permessibbli sabiex jitpoġġew umbrellel u deckchairs fuq il-Bajja tal-Għadira (minn tarf sa tarf) fil-Mellieħa matul is-sajf tas-sena 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Liġijiet — emendi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18220 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u ċjoè: Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex isiru l-emendi fil-liġijiet rispettivi, sabiex aħwa mill-istess omm imma b'missier differenti u għalhekk kunjom differenti, bil-ġenituri miżżewġa, tkun tista' tiġi trasferita għalqa/raba’ li tkun bi qbiela tal-privat fuq il-missier filwaqt li oriġinarjament ir-raba’ kien bi qbiela fuq l-antenati min-naħa tal-omm peress li sal-lum it-trasferiment tal-qbiela tal-għalqa/raba’ ġie mċaħħad għaliex ulied l-omm li oriġinarjament il-qbiela kienet fuq in-naħa tal-antenati tagħha ma ġewx rikonoxxuti mis-sidien bħala werrieta għaliex huma ta' kunjom differenti minn tar-raġel li kien żewġ ommhom fit-tieni żwieġ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Freeport – servizz mill-Enemalta għall-shore to ship supply — preparamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi preparamenti min-naħa tal-Freeport bi tħejjija għal meta jasal is-servizz mill-Enemalta biex ikun possibbli li l-Freeport jopera ix-shore to ship supply?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant fi f’dan ir-rigward għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni, l-Malta Freeport Terminals u l-Enemalta.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — tender/direct orders lill-kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, jista' jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min qiegħed jieħu l-wage supplement u għandu self ta' dar u negozji l-aktar dawk li għandhom b’xi mod x’jaqsmu mat turiżmu, speċjalment bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej għadhom mhux ċari u l-ħaddiem u n-negozjanti għandhom bżonn serħan il-moħħ ħalli kif għaddiet sena waħda b’moħħhom mistrieħ, ngħaddu l-ftit xhur li baqa’ sakemm ir-rota tibda’ ddur. Għal dawn se jsir estensjoni ta' moratorju?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Port Ħieles – vapuri — fjuwil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk vapuri li jkunu fil-Port Ħieles humiex jieħdu l-fjuwil waqt li qegħdin fil-port?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Port Ħieles — Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Port Ħieles — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed jamministra l-parkeġġ biswit il-Port Ħieles? Dan il-parkeġġ se jkun bi ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra

Malta Business Registry – penali imposti fuq kumpaniji u uffiċjali ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-penali li ġew imposti mill-Malta Business Registry fuq il-kumpaniji, u uffiċjali ta’ kumpaniji fl-2019 u fl-2020, rispettivament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, l-MBR ħarġet 323,783 il-multa lill-kumpaniji reġistrati magħha. Fis-sena 2020, l-MBR ħarġet 401,919-il multa lill-kumpaniji reġistrati magħha.

Kumpaniji – ħlas ta’ penali lill-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu penali dovuti minn kumpaniji lill-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020? Kemm baqgħu pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019, tħallsu 56,032-il multa minn dawk il-multi li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2019, kien għad baqa’ pendenti 267,751 -il multa. Fis-sena 2020, tħallsu 34,505-il multa, minn dawk il-multa li nħarġu fl-istess sena. Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2020, kien għad baqa’ pendenti 367,414-il multa.

Kumpaniji – assi mgħoddija lill-Istat Malti wara li ġew struck off mill-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-kumpaniji li kellhom l-assi tagħhom mgħoddijjin lill-Istat Malti għaliex ġew struck off mill-Malta Business Registry?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MBR ma jkollhiex din l-informazzjoni. Madanakollu, tajjeb li wieħed jfakkar li hemm perjodu ta’ ħames snin li l-assi ma jistgħux jintmissu minn mindu kumpanija tiġi struck off as defunct.

Overseas Companies reġistrati mal-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati overseas companies mal-Malta Business Registry fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019 kien hemm 87 overseas companies filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 45 overseas companies.

Kumpaniji wholly owned minn azzjonisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji wholly owned minn azzjonisti barranin fl-2019 u fl-2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Fis-sena 2019, fuq ir-reġistru kien hemm 10,299 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin, filwaqt li fis-sena 2020 kien hemm 10,757 kumpanija wholly owned minn azzjonisti barranin.