Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7854 u jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2022 u jindika għal liema raġuni nħareġ kull permess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità tal-Artijiet – tenders għall-bejgħ ta’ proprjetà/art f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tenders għall-bejgħ ta’ proprjetà/art mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Liema kienet il-proprjetà/art f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament, u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kenitx teżisti fl-2013. Sabiex issir tali riċerka tirrikjedi tul ta’żmien minħabba l-element manwali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mogħtija lili mill-Awtorità tal-Artijiet bid-dati min meta t-tenders bdew joħorġu fuq sistema diġitali li jkopru l-perjodu mill-2018 sal-lum.
Awtorità tal-Artijiet — investigazzjoni dwar il-Fortizza ta' Bengħajsa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7935 u jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni li saret fl-2019 mill-Awtorità tal-Artijiet dwar il-Fortizza ta’ Bengħajsa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda hawn taħt.
· Parti mill-Fortizza hija reġistrata għat-trobbija tal-baqar tal-ħalib biss. Il-kirja għadha viġenti sal-lum il-ġurnata.
· Parti oħra mill-Fortizza hija reġistrata għat-trobbija tal-baqar tal-ħalib biss. In-notifika li l-kirja mhux ser tiġġedded ġie komunikata f’ittra lill-kerreja nhar it-8 ta’ Frar, 2011. Is-sit ma ġiex vakat u għaldaqstant, f’Novembru 2011, kienet ħarġet ordni mill-Kummissarju tal-Artijiet skont L-Att dwar żgumbrament minn Artijiet, Kapitolu 228 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-azzjonijiet ta’ żgumbrament qatt ma ġew infurzati. Sussegwentament, fit-2 ta’ Novembru 2016, l-Awtorità rċeviet Avviż mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar Nru EC/00450/16 dwar ksur ta’ kontroll tal-ippjanar ġewwa l-Fortizza ta’ Bengħajsa. Il-pożizzjoni kurrenti hija li l-proprjetà għadha okkupata illegalment u mingħajr titolu.
· Parti oħra mill-Fortizza hija reġistrata għat-trobbija ta’ baqar u/jew barrin biss u għal ebda annimali oħrajn mingħajr permess speċifiku tad-Direttur tal-Agrikoltura. F’Novembru 2011, kienet ħarġet Ordni mill-Kummissarju tal-Artijiet skont l-Att dwar żgumbrament minn Artijiet, Kapitolu 228 tal-Ligijiet ta’ Malta. Il-pożizzjoni kurrenti hija li l-proprjetà għadha okkupata illegalment u mingħajr titolu.
B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Lands Authority fails to take appropriate action to remedy a sewage blockage caused by a garage it owns” datat 7 ta’ Lulju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant tindika bl-eżatt l-address tas-sit li għalih qiegħda tirreferi, sabiex l-Awtorità tkun tista' tikkonferma jekk ma sarx ix-xogħol meħtieġ.
Awtorità tal-Artijiet – Ta’ Giorni – ħwienet vojta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Artijiet x’se tkun qed tagħmel b’numru ta’ ħwienet li preżentement jinsabu vojta f’Ta’ Giorni u li qabel kienu se jingħataw lill-Ministeru għas-Saħħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siti inkwistjoni kienu ġew mgħoddija lill-Minsteru tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8226 u 8357 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenders għal bejgħ ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali mill-2020 sal-lum? Liema kienet il-proprjetà f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatatli mill-Awtorità tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Il-Ministeru ma ingaġġa l-ebda persuna, part-time jew full-time, bħala fotografu. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti żgħira minn dawn jinkludu l-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, l-ispiża totali ghas-sena 2022 kienet ta' €34,410.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7936 u jgħid jekk wara li fl-2011 skadew it-tliet kuntratti ta' kiri relatati mal-Fortizza ta’ Bengħajsa, inħarġux kuntratti ġodda jew kwalunkwe tip ta’ kuntratti oħrajn għall-istess Fortizza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li ma nħarġux kuntratti ġodda għas-sit inkwistjoni.
Awtorità tal-Artijiet – avukati ingaġġati permezz ta’ outsourcing
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-avukati kollha li ingaġġat l-Awtorità tal-Artijiet permezz ta’ outsourcing mill-1 ta’ Jannar tal-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kenitx teżisti fl-2013 u għalhekk qiegħed nagħti l-informazzjoni sa min meta ġiet imwaqqfa l-Awtorità, ossija mill-2017 sal-lum.
Lil Min Ingħata l-Kuntratt
Dalli Paris Associates
Dr Alex Scerri Herrera
Dr Amanda Cini
Dr Anita Giordimania
Dr Cory Greenland
Dr Deborah Scehmbri
Dr Dorianne Arapa
Dr Edward Zammit Lewis
Dr Enzo Refalo
Dr Helen Borg Muscat
Dr Justyne Caruana
Dr Marcien Vassallo
Dr Matthew Bondin
Dr Robert Musumeci
Dr Rueben Casingena
Dr Stefano Filletti
Dr Vincent Galea
LP Davina Sullivan
LP Joeline Pace Cascaldi
LP Peter Sammut
RD Legal
Dr Tonio Azzopardi
Dr Joe Cilia
Dr Charlene Grima
Jista' l-Ministru jgħid jekk Sqaq Qui-si-Sana (jew Sqaq Xatt Qui-si Sana) f'Tas-Sliema, li s-site plan tiegħu qed tintbagħat separatament kif mitlub fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5089, huwiex sqaq pubbliku jew privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit hekk kif indikat fuq is-site plan provduta mhuwiex propjetà tal-Gvern.
Awtorità tal-Artijiet – ħruġ ta’ tenders għall-bejgħ ta’ proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8251 u jgħid kemm-il tender għall-bejgħ ta' proprjetà tal-Gvern ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet f'San Pawl il-Baħar mill-2020 sal-ġurnata li qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari? Meta nħarġu dawn it-tenders għal tali proprjetà, f'kull każ separatament? F'kull każ kemm kien hemm tenders li nxteħtu, kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità u kemm kien il-valur li bih inbiegħet il-proprjetà li għaliha nħarġet it-tender, separatament għal kull każ? Kemm fadal proprjetajiet li għalihom it-tender għadha ma ġietx iffinalizzata ġewwa l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mill-Awtorità tal-Artijiet.
Awtorità tal-Artijiet – Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan — encroachments
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għal encroachment areas ġewwa Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan u jekk iva, kemm hemm? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ encroachments li tat l-Awtorità tal-Artijiet f’Paceville, Tas-Sliema u San Ġiljan mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet ma kenitx teżisti fl-2013. Ir-riċerka sabiex tinkiseb data mill-2013 sal-lum tirrikjedi aktar tul ta’ żmien minħabba l-element manwali fil-kisba tal-informazzjoni, Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni bid-dati mogħtija lili mill-Awtorità tal-Artijiet li jkopru l-perijodu mill-2020 sal-lum.
Għawdex – artijiet u proprjetajiet li huma f’żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-artijiet u l-proprjetajiet f'Għawdex fejn il-Gvern huwa sid, u tali artijiet u/jew proprjetajiet huma f’Development Zone Including Rationalisation (żona ta' żvilupp)? Jista’ ma’ kull proprjetà jelenka:
a. in-numru ta' metri kwadri assoċjati mal-proprjetà jew art;
b. l-istat ta' użu u liema funzjoni qiegħda taqdi; u
ċ. jekk hemmx permessi li ġew applikati mill-2018 'l hawn? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru tal-permess hekk kif maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tip ta’ data qiegħda tiġi kompilata fis-sistema l-ġdida tal-GIS tal-Awtorità, iżda din l-informazzjoni mhux avviżabbli li tkun magħmula pubblika għaliex dan iservi biss sabiex ikun hemm tentattivi ta’ spekulazzjoni fuq art tal-Gvern. Ikun iktar għaqli jekk domandi bħal dawn isiru fuq siti partikolari u f’waqthom, minnflok domanda ġenerali fuq it-territorju kollu ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ trasferiment mill-Awtorità tal-Artijiet lill-INDIS, tas-sit tal-kostruzzjoni f'Kordin Industrial Estate fejn f'Diċembru li għadda seħħ inċident fatali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit huwa parti minn medda ta’ art f’Kordin li kienet ġiet trasferita fl-1993 permezz tal-Avviż legali li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konċessjoni tas-sit tal-kostruzzjoni f'Kordin Industrial Estate fejn f'Diċembru li għadda seħħ inċident fatali, li ngħata mill-INDIS lil terzi persuni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt huwa għal Emfitewsi Temporanja u kopja tiegħu tista’ tinkiseb mingħand in-nutar li ppubblika l-att, jew mill-Arkivji Notarili.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5783, 6779 u 8345 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra b’rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022. Dawn ġejjin mil-lokalitajiet: Attard, Balzan, Birkirkara, Birżebbuġa, Dingli, Fgura, Għargħur, Għaxaq, Gudja, Iklin, Kalkara, Lija, Luqa, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Qormi, Rabat, Sannat, SantaVenera, Siggiewi, StJulians, Swieqi, Tarxien, Victoria(Gozo), Xgħajra, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun, Żurrieq.
Fl-istess ħin qed nipprovdih ukoll b’rendikont tal-ħaddiema li, f’dan l-istess perjodu, spiċċaw mill-istess entitajiet/awtoritajiet minħabba raġunijiet varji.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — ħaddiema First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati, fid-dekasteru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li huma First Aiders?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab infurmat li hemm 220 first aider fid-dekasteru u l-entitajiet, filwaqt li fil-Freeport Corporation ikun hemm nurse 24x7 ġewwa l-klinika fuq il-post tax-xogħol.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7697, peress illi parti mir-raġuni li ngħatat fit-tweġiba għalfejn ġiet ikkanċellata s-sejħa għal avukati biex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021) kienet li l-Awtorità hi tal-fehma li x-xogħol jista’ jsir b’mod aħjar minn kif kien maħsub qabel, jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità taħseb li x-xogħol jista’ jsir b’mod aħjar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet kontinwament, u f’kull sezzjoni, tagħmel eżerċizzji biex tiddetermina l-aħjar mod ta’ operat, billi tevalwa s-sitwazzjoni, tippjana, u tiddetermina dak li hemm bżonn isir għall-kumplament tal-ħidma sfieqa, u dan billi taddotta metodi li jkollhom il-massimu ta' flessibilità, speċjalment fil-każ fejn hemm bżonn isiru aġġustamenti kontinwi minħabba varjazzjonijiet kontinwi fl-influss ta’ xogħol. U dan sabiex l-operat jilħaq il-massimu tal-effiċjenza iżda bi spiża rikurrenti kkontrollata u moderata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7693, jista’ l-Ministru jagħti rendikont, f’terminu ta’ persentaġġ mill-ammont ta’ files totali jew il-kwantità ta’ files li ġew diġitalizzati sa minn meta ngħata bidu għall-proċess ta’ diġitalizzazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar sforz straordinarju sabiex jitnaqqsu l-files li qegħdin ‘in circulation’ u li jagħmlu parti mid-day-today għaliex dawn sal-lum jirrapreżentaw circa 7.0% tal-files kollha li l-Awtorità għandha. Għaldaqstant il-prijorità qiegħda tingħata sabiex fil-futur qarib, dawn il-files li jappartjenu mad-day-to-day jiġu scanned kollha sabiex imbagħad jitkompla l-proċess tad-diġitalizzazzjoni tal-arkivji tal-istess Awtorità.