Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — contract of service u contract for service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jibda jinġabar.

Ix-Xewkija – Area tal-Ħofra – xogħol ta’ kostruzzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8924, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha u jgħid, fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija Għawdex fejn preżentement qiegħed isir ix-xogħol ta' kostruzzjoni, jista' l-Ministru jgħid min huma d-ditti, persuni jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area u kemm minnhom huma kumpaniji lokali u kemm minnhom huma barranin?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hija koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal- Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji jew persuni li huma approvati. Il-maġġoranza ta’ dawk approvati huma Maltin.

Riżoluzzjoni mgħoddija fil-Parlament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-Riżoluzzjoni li huwa għadu kemm ippreżenta fil-Kamra tar-Rappreżentanti dwar Casma Ltd u Dragonara Gaming huwa ma ppreżentahiex biex tiġi diskussa fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari Laburista?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżoluzzjoni li qed jagħmel referenza għaliha kienet approvata unanimament mill-Kamra tar-Rappreżentanti, l-għola istituzzjoni tal-pajjiż li l-istess Onorevoli Interpellant huwa membru tagħha. Lil hinn minn dan, qabel ma kienet ippreżentata r-Riżoluzzjoni fil-Parlament, inġiebu l-pariri kollha meħtieġa mill-Avukat Ġenerali. Nixtieq infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt imsemmi nġieb għall-attenzjoni tal-membri tal-kamra skond il-proċeduri stabbiliti u fit-terminu rikjest.

Negozjar ta’ Riżoluzzjoni – riżenja ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-kariga f’April li għadda proprju waqt li huwa (l-Ministru) kien qed jinnegozja t-termini tar-Riżoluzzjoni Parlamentari dwar Dragonara Gaming u Casma Ltd?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal kummenti espressi fil-mezzi tax-xandir fl-aħħar jiem.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza ghar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġa mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10649.

Inkjesta Egrant — rapport

Question

Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10238 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 10153.

Proġett tal-White Rocks

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 8203 li ngħatat fil-15 ta' Jannar 2019, peress li kien intqal 'li waslu fi stadju avvanzat ta' negozjati il-proġett tal-White Rocks Malta' jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar dan il-proġett li diversi xhur ilu kien deskritt minnu bħala proġett ambizzjuż? Jista' jgħid fiex was il-proċess biex jinbeda u jsir dan il-proġett?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-White Rocks qiegħed fi stadju avvanzat ta’ negozjati. Wieħed għandu jifhem li sabiex ikun żgurat li l-proċess ikun wieħed trasparenti u jsir bir-reqqa, jeħtieġ li n-negozjati u kull xorta ta’ ftehim f’dan ir-rigward jkunu konklużi bl-aħjar mod possibbli.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — aċċessibilità għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9555.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Malta Enterprise – intrapriżi li ħarġitilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis Mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u Riċerka? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ġew approvati u nħarġitilhom il-Letter of Intent?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise irċeviet 37 applikazzjoni li min dawn ġew approvati 15.

Malta Enterprise – intrapriżi li ħarġitilhom Letter of Intent għall-produzzjoini tal-Kannabis Mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm intrapriżi li applikaw mal-Malta Enterprise biex tinħarġilhom Letter of Intent għall-produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u Riċerka u fil-każ ta’ dawk li huma diġà pubbliċi jgħid għal kemm talbu spazju f’metri kwadri ta’ art għall-operat tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise flimkien mal-Malta Industrial Parks bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mal-kumpaniji li nħarġitilhom il-Letter of Intent fuq l-ammont ta’ spazju. L-ammont totali ta’ spazju mitlub huwa aktar minn 30,000m2.

Malta Industrial Parks – żoni identifikati għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7955, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks (MIP) identifikat bħala żoni li fihom isiru faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żoni li ġew identifikati jvarjaw minn 'plots' jew propjettajiet vakanti ġewwa Industrial estates eżistenti. Id-disinji w il-pjanti mhumiex ser jiġu preżentati minħabba s-sensittività kummerċjali.

Malta Enterprise – rifużjoni ta’ investment aid

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-każijiet (mingħajr ma’ jsemmi l-ismijiet tal-intrapriża) li l-Malta Enterprise jew il-Malta Industrial Parks (MIP) qed titlob għal rifużjoni ta’ investment aid/inċentivi oħra li ngħataw lill-kumpaniji li ma’ żammewx mal-obbligi tagħhom meta ngħataw tali investment aid/inċentivi oħra? Għal kull każ jista’ jagħti: a) x’ investment aid /inċentivi oħra ngħatat l-intrapriża? b) x’għamlet jew qed tagħmel il-Malta Enterprise jew l-MIP biex tirkupra l-ammonti rispettivi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda każ pendenti fejn il-Malta Enterprise qegħda titlob rifużjoni t’assistenza mogħtija taħt skemi tagħha minħabba li l-benefiċjarji ma’ żammewx mal-obbligi tagħhom. Intant, il-Malta Enterprise qegħda tipprova tirkupra €107,872 mingħand ħames benefiċjarji li bbenefikaw taħt l-skema ERDF Energy Grant Scheme li kienet attiva bejn 2010 u 2013. Dawn ir-rifużjonijiet ikopru penali imposti mill-Internal Audit and Investigation Department minħabba rregolaritajiet fil-proċess ta’ xiri t’apparat li fuqu ngħatat l-assistenza. Fuq l-istess skema kien hemm ukoll tlett benefiċjarji oħra li waslu f'arranġament mal-Malta Enterprise biex jirrifondu l-penali imposti.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148, 8797 u 9082 u jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8308 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liemu kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 8890.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – spiża ta’ servizz ta’ mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7680, 8148 u 8797 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kienet l-ispiża għas-servizz ta' mobile telephone li jintuża minnu stess bħala Ministru u li jitħallas mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, kif ukoll l-Entitajiet u Dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huma kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, b’eċċezzjoni għal binja tal-Kordin Grain Terminal li tinsab fil-port u f’żona fejn l-aċċess huwa kkontrollat. F’dan ir-rigward qegħdin isiru evalwazzjonijiet biex dan is-sit ikun aċċessibli għal persuni b’diżabilita’. Kull entità u dipartimenti li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħi, huma mpenjati li fejn hu teknikament possibli dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom.