Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi sabiex jiġu sostnuti atleti b'diżabilità, inklużi atleti paralimpiċi u dawk li jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet organizzati minn Special Olympics Malta, matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika, għal kull sena, l-ammont allokat, il-programm jew l-iskema ta' finanzjament, il-benefiċjarji u l-iskop li għalih ingħata l-finanzjament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Sena
Assoċjazzjoni
Ammont Allokat
Skema
2024
Special Olympics
€200,000
Ftehim għall-Għajnuna lill-Atleti ta' Special Olympics
2024
Malta Paralympic Committee
€91,736.38
Skema ta' Tagħmir Tekniku għall-Atleti tal-MPC
2024
Malta Paralympic Committee
€20,000
Skema - Parteċipazzjoni Internazzjonali
2025
Special Olympics
€200,000
Ftehim għall-Għajnuna lill-Atleti ta' Special Olympics
2025
Malta Paralympic Committee
€94,510.58
Skema ta' Tagħmir Tekniku għall-Atleti tal-MPC
2025
Malta Paralympic Committee
€25,000
Skema - Parteċipazzjoni Internazzjonali
2026
Special Olympics
€200,000
Ftehim għall-Għajnuna lill-Atleti ta' Special Olympics
2026
Malta Paralympic Committee
€250,000
Skema ta' Tagħmir Tekniku għall-Atleti tal-MPC
2026
Malta Paralympic Committee
€30,000
Skema - Parteċipazzjoni Internazzjonali
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati sterjotipi tal-ġeneru fl-edukazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru jiġu indirizzati primarjament permezz tal-kurrikulu, b’mod partikolari fis-suġġett tal-PSCD, fejn jiġu promossi l-ugwaljanza, ir-rispett u l-inklużjoni, filwaqt li l-istudenti jiġu mħeġġa jaħsbu b’mod kritiku dwar in-normi u l-isterjotipi relatati mal-ġeneru.
Meta studenti juru attitudnijiet jew imġiba marbuta ma’ sterjotipi riġidi jew ta’ ħsara li jaffettwaw ir-relazzjonijiet u r-rispett lejn oħrajn, jistgħu jiġu riferuti għal appoġġ speċjalizzat permezz tas-Servizzi Nazzjonali tal-Benesseri tal-Istudenti, inkluż counselling, guidance jew, fejn meħtieġ, it-Tim Kontra l-Bullying.
Permezz ta’ approċċ multidixxiplinari u ffukat fuq il-persuna, jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti ta’ dawn l-attitudnijiet, bl-għan li jiġu żviluppati empatija, rispett u relazzjonijiet pożittivi, filwaqt li jiġi promoss ambjent skolastiku sigur, inklużiv u li japprezza d-diversità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti nisa u kemm studenti rġiel irreġistrati f’korsijiet STEM fl-aħħar sena akkademika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti rreġistrati fil-korsijiet ta’ STEM hemm total ta’ 17,944 student. Minn dawn 8,266 huma persuni tas-sess femminili, filwaqt li 9,669 huma tas-sess maskili u 9 huma reġistrati bħala X/ oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema programmi qed jiġu implimentati biex jiżdied is-sehem tan-nisa f’oqsma tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Programmi STEM u VET jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-bniet u n-nisa fi STEM permezz ta’ inizjattivi inklussivi u esperjenzi ta’ tagħlim ta’ kwalità. Fost dawn hemm
Tween4STEAM
, li evolva mill-programm
Girls4STEM
biex jilqa’ lill-istudenti kollha filwaqt li jkompli jinkoraġġixxi l-involviment tal-bniet fi STEAM.
Programmi oħra bħal
tiny TEEN Science Café
,
Teen Science Café
,
CodeSprint
,
Digital Wave
,
Primary Science Fair
,
X’hemM?
, u
Thematic STEM Debate
jipprovdu opportunitajiet awtentiċi ta’ tagħlim, jippromwovu role models f’STEM, jisfidaw l-istereotipi tal-ġeneru u jsaħħu l-kunfidenza tal-istudenti.
Id-Direttorat jinvolvi wkoll lill-ġenituri permezz ta’ inizjattivi bħal
Breakfast STEM PD
u jiżgura li l-kurrikulu, l-assessjar u r-riżorsi edukattivi jkunu ħielsa minn preġudizzji relatati mal-ġeneru. Dawn huma biss parti mill-ħidma usa’ tad-Direttorat biex jippromwovi l-ekwità u l-kwalità fl-edukazzjoni STEM.
Klabb 3-16 u Skolasajf - Carers u tutors - Kwalifiki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rriżultaw li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ carers u tutors fi Klabb 3-16 u Skolasajf li ma kellhomx iċ-ċertifikati u esperjenzi jew warrant neċessarji biex ikunu impjegati mat-tfal? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu rigward ta' dawn il-persuni u jekk dawn il-persuni ntalbux jippreżentaw id-dokumenti li kienu neqsin u jekk intalbux jagħmlu xi tip ta’ taħriġ? Jekk iva, fiex jikkonsisti tali taħriġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Klabb 3-16 u Skolasajf jimpjegaw persuni f’diversi rwoli, fosthom homework tutors (fil-każ ta’ Klabb 3-16), playworkers u child support workers.
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà huma stabbiliti skont ir-rwol. Homework tutors iridu jkunu għalliema fil-pussess ta’ warrant validu. Playworkers huma meħtieġa jkollhom kwalifika ta’ MQF Livell 3, filwaqt li child support workers iridu jkollhom kwalifika ta’ MQF Livell 4. (Matul il-programm Skolasajf ma jiġix offrut ir-rwol ta’ homework tutor.)
Barra minn hekk, kull playworker u child support worker li jibda jaħdem mal-entità u li ma jkollux sfond fil-pedagoġija huwa obbligat jattendi taħriġ preparatorju ta’ disa’ sigħat, organizzat f’kollaborazzjoni mal-Institute for Education (IfE). Dan it-taħriġ jindirizza temi ewlenin bħall-immaniġġjar tal-gruppi, l-inklużjoni, il-ħidma ma’ tfal b’bżonnijiet edukattivi differenti, l-imġiba pożittiva, id-diversità u s-salvagwardja tat-tfal.
Kull persuna li tiġi ingaġġata tkun meħtieġa tippreżenta d-dokumentazzjoni relevanti sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà tagħha skont il-kriterji stabbiliti għar-rwol rispettiv qabel tibda taqdi d-dmirijiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-lingwa uffiċjali tat-tagħlim fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex, kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-lingwi uffiċjali ta’ tagħlim huma l-Malti u l-Ingliż, hekk kif jirriżulta mid-dokumenti uffiċjali tal-lingwa.
Skejjel tal-Istat – Studenti ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti ta' nazzjonalità barranija fl-iskejjel tal-Istat, kemm dawk primarji kif ukoll dawk sekondarji, u jaqsam din l-informazzjoni skola skola? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nazzjonalitajiet differenti f'kull skola, u jaqsam din l-informazzjoni skola skola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika li għaddiet, in-numru ta’ studenti barranin fl-iskejjel tal-Istat kien ta’;
Kinder – 1,845
Primarja – 4,963
Middle u Sekondarja – 3,257
Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti kull sena minn meta beda x-xogħol tal-bini tal-MCAST il-ġdid, f'Raħal Ġdid, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll f’liema oqsma ggradwaw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ skejjel tal-Istat li għandhom skrivani aktar min-numru allokat? Jista’ wkoll jindika n-numru ta’ skrivani żejda għal kull skola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-iskrivani allokati fl-iskejjel kollha għandhom xogħol assenjat lilhom, filwaqt li huma 10 l-iskejjel fis-sitwazzjoni li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ skejjel tal-Istat li bħalissa għandhom nuqqas ta’ skrivani (staff klerikali)? Jista’ wkoll jindika n-numru ta’ skrivani neqsin għal kull skola?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li hemm 15-il skola li għandhom bżonn skrivan u ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ċentrali ta’ reklutaġġ bil-għan li tiġi indirizzata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kulleġġ
Studenti Maltin
Studenti Barranin
Kulleġġ Għawdex
1,613
346
Maria Reġina
1,964
1,855
San Benedittu
2,119
340
Santa Klara
896
1,169
San Ġorġ Preca
966
557
San Injazju
2,008
461
Santa Margerita
1,268
152
San Nikola
1,605
228
Santa Tereża
1,289
863
San Tumas More
2,500
763
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, qabel inħarġet il-Komunikazzjoni Nru 05/2026 mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) dwar l-użu ta’ lingwi oħra, minbarra l-Ingliż u l-Malti, fit-tagħlim ta’ korsijiet akkreditati, saritx konsultazzjoni mal-istakeholders? Jista’ wkoll jispjega l-proċedura li permezz tagħha din il-komunikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni Nru 05/2026, l-MFHEA żviluppat regoli komprensivi li jiżguraw il-kwalità (
Quality Assurance
) fir-rigward tal-introduzzjoni ta' lingwi addizzjonali ta' tagħlim fi programmi akkreditati. Bħala parti minn dan il-proċess, ir-regoli ġew diskussi mal-Kumitat Konsultattiv tal-MFHEA, stabbilit skont il-liġi u magħmul minn rappreżentanti tas-settur pubbliku u privat. Ir-regoli ġew ukoll diskussi mall-
Committee for the Implementation and Monitoring of Quality Assurance in Maltese Higher Education
.
Infurmat ukoll li l-iżvilupp ta' dawn ir-regoli kien mitlub mill-Bord ta’ Governanza tal-MFHEA. Wara d-diskussjonijiet u l-konsultazzjonijiet meħtieġa, dawn ir-regoli ġew approvati mill-Bord qabel ma ġew ippublikati skont Komunikazzjoni Nru 05/2026.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miri nazzjonali sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport f'Malta sal-2030?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex, permezz tal-Malta Vision 2050, ikompli jrawwem kultura fejn l-attività fiżika u l-isport isiru parti mill-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini kollha. Għalkemm il-Malta Vision 2050 tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin sal-2035, dawn jipprovdu direzzjoni ċara wkoll għall-miri nazzjonali sal-2030.
Fost il-miri ewlenin hemm:
· li tiżdied il-parteċipazzjoni regolari fl-attività fiżika minn
32% tal-popolazzjoni għal 50%
, permezz ta’ programmi fl-iskejjel, fuq il-post tax-xogħol u fil-komunità, b’enfasi partikolari fuq it-tfal, iż-żgħażagħ, il-persuni vulnerabbli u l-anzjani;
· li jitkompla t-titjib u t-tkabbir tal-infrastruttura sportiva madwar il-pajjiż, sabiex jiżdied l-aċċess għall-faċilitajiet sportivi u jiġi mħeġġeġ involviment akbar tal-komunità fl-isport, bil-mira li jittejjeb il-proporzjon ta’ faċilitajiet sportivi appoġġjati mill-Gvern għall-popolazzjoni;
· li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-isport kompetittiv u tal-atleti elite permezz ta’ investiment kontinwu fil-faċilitajiet, il-coaching u s-servizzi ta’ appoġġ, sabiex jiżdied in-numru ta’ atleti elite fil-pajjiż;
Dawn il-miri huma sostnuti wkoll permezz ta’ inizjattivi konkreti tal-Gvern, fosthom programmi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-isport, fosthom gyms bla ħlas għal żgħażagħ, investiment kontinwu fl-infrastruttura sportiva u miżuri li jagħmlu l-isport aktar aċċessibbli għall-komunità kollha.
B’dan il-mod, il-Gvern qed jaħdem sabiex sal-2030 jitkompla l-progress lejn soċjetà aktar attiva, b’saħħitha u parteċipattiva, f’konformità mal-viżjoni fit-tul tal-Malta Vision 2050.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji wettaq il-Gvern dwar il-livell ta' parteċipazzjoni fl-isport f'Malta u jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-evalwazzjoni tal-livell ta’ parteċipazzjoni fl-attività fiżika u fl-isport huwa proċess kontinwu, u l-Ministeru regolarment jiġbor u janalizza informazzjoni sabiex jivvaluta l-impatt tal-miżuri li qed jiġu implimentati.
F’dan il-kuntest, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Proposti 520 u 522 tal-Manifest Elettorali, il-Kulleġġ San Benedittu qed iwettaq evalwazzjoni annwali tal-mudell ta’ attività fiżika u sport fl-iskejjel primarji. Din tinkludi ġbir ta’ informazzjoni mingħand studenti, ġenituri, edukaturi u Kapijiet tal-Iskejjel, sabiex ir-riżultati jintużaw għat-titjib kontinwu tal-programm.
Kunsilli lokali – Fondi għall-faċilitajiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali rċevew fondi sabiex itejbu l-faċilitajiet sportivi matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika għal kull wieħed:
i. il-proġett;
ii. il-valur tiegħu; u
iii. l-istadju li jinsab fih?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill- Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid:
i. liema faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Istat huma disponibbli għall-użu tal-komunità wara l-ħin tal-iskola;
ii. liema faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Istat mhumiex disponibbli u għaliex; u
iii. kemm-il booking sar matul l-2025 għal kull faċilità sportiva fl-iskejjel tal-Istat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders kollha maħruġa minn SportMalta matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, filwaqt li għal kull tender jindika:
i. is-suġġett;
ii. il-valur stmat;
iii. l-offerent rebbieħ;
iv. il-valur finali tal-kuntratt; u
v. jekk il-proġett tlestiex jew le?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn l-2024 u l-2026, SportMalta ħarġet numru ta’ sejħiet għall-offerti relatati ma’ xogħlijiet, provvisti u servizzi sabiex tkompli ttejjeb l-infrastruttura sportiva u s-servizzi tagħha.
Fl-2024 ġew konklużi b’suċċess żewġ proġetti ewlenin fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm f’Tal-Qroqq, jiġifieri l-installazzjoni ta’ sistema ġdida għall-ħażna tal-fjuwil u s-sostituzzjoni tas-sistema tad-dawl tal-pixxina Olimpika, li t-tnejn tlestew.
Matul l-2025 ingħataw kuntratti għal diversi inizjattivi oħra. Dawn jinkludu xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-istrutturi tal-konkos fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm, li bħalissa jinsabu sospiżi temporanjament bi qbil mal-kuntrattur sakemm jitlestew xogħlijiet oħra relatati, kif ukoll il-fażi finali tax-xogħlijiet fil-changing rooms ta’ Maria Assumpta, li għadhom għaddejjin. Ġie wkoll konkluż il-proġett ta’ estensjoni taż-żona tas-siġġijiet għall-ispettaturi u l-kostruzzjoni ta’ uffiċini u faċilitajiet anċillari fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm, filwaqt li ġie stabbilit framework contract għall-provvista ta’ stickers, PVC boards u canvas prints, li jibqa’ fis-seħħ sal-2028.
Fl-2026 tnedew aktar proġetti u sejħiet għall-offerti. Ix-xogħol relatat mal-provvista u l-installazzjoni ta’ art sportiva ġdida fil-Cottonera Sports Complex jinsab għaddej, filwaqt li żewġ proċeduri oħra – il-framework contract għall-provvista ta’ calcium hypochlorite għat-trattament tal-ilma tal-pixxina u s-sejħa għall-provvista ta’ servizzi ta’ external audit għall-perjodu 2026–2029 – għadhom fil-fażi ta’ evalwazzjoni.
B’mod ġenerali, il-maġġoranza tal-proġetti li ngħataw matul dan il-perjodu jew tlestew b’suċċess jew jinsabu fl-istadju ta’ implimentazzjoni skont il-programm tax-xogħol stabbilit, filwaqt li l-bqija jinsabu fil-proċess ta’ evalwazzjoni skont il-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti fil-qasam tal-mediċina sportiva impjegati mal-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li hemm tliet letturi speċjalizzati li jgħallmu fil-qasam tal-mediċina sportiva. Hemm ukoll żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi tal-AIMS li huma speċjalizzati fis-suġġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1040 fl-intier tagħha u jgħid, għal kull installazzjoni tal-pannelli solari installati fuq skejjel u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, x’inhu d-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġew installati, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total tal-kapaċità tal-installazzjonijiet fotovoltajċi huwa ta’
748.05 kWp
, filwaqt li hemm installazzjoni oħra li hija mkejla skont il-wiċċ tagħha u tkopri
134.6 m²
filwaqt li t-total tal-enerġija ġġenerata mill-installazzjonijiet li għalihom hija disponibbli d-data huwa ta’
254,815.579 kWh
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-eżami tal-Matematika tal-Year 5, il-mistoqsijiet tal-problemi kinux kollha ta’ dan il-livell? Jekk le, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li biex jiġi żgurat li t-tfassil tal-karti tal-eżamijiet jibqa’ jissaħħaħ, se ssir analiżi nazzjonali bir‑reqqa tal‑karti tal‑eżami tal-Ħames Sena ta’ din is-sena.
Fl-istess ħin ninsab infurmat ukoll mit-tekniċi li l‑karta tal‑Matematika tal‑Ħames Sena ġiet imfassla skont is‑sillabu tal‑Ħames Sena fejn id-d‑disinn u t‑tip ta’ mistoqsijiet baqgħu konsistenti mas‑snin preċedenti, b’mistoqsijiet fuq tliet temi ewlenin.
· Għarfien, li jevalwa l‑fehim bażiku u l‑memorja (knowledge‑based questions) (25 – 30%)
· Applikazzjoni, fejn l‑istudenti japplikaw dak li jkunu tgħallmu f’kuntesti familjari (45 – 50%)
· Raġunar, li jippermetti lill‑istudenti jispjegaw, jiġġustifikaw u jaħsbu b’mod aktar fil‑fond (20 – 25%)
Marka waħda tqieset bħala mhux strettament fi ħdan is‑sillabu tal‑Ħames Sena. Speċifikament, Learning Outcome 2bi (“Round the number 8.64 to the nearest tenth”). Għaldaqstant, l‑istudenti kollha ġew ikkumpensati għal din il‑marka.