Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — direct orders

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12852, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ kull direct order u lil min ingħatat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – teleworking

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal teleworking minn ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fi ħdan l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu min-nhar l-20 ta' Frar 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jindika l-grad u l-kariga li jokkupa kull wieħed mill-imsemmija ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Direttiva 13 tisħaq li, f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ COVID-19, xogħol li jista’ jsir remotament isir hekk. Din mhix kwistjoni ta’ talbiet formali, imma ta’ arranġament biex titrażżan l-imxija msemmija.
Leg 13 PQ #14253 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-konsulenti li hemm fi ħdan il-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’salarji u perkaċċi għandhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #14254 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti assenti fit-tagħlim li qed jingħata online

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika statistika ta’ kemm studenti kienu assenti fit-tagħlim li qed jingħata online f’xi forma jew oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Working Group imwaqqaf għal dan l-iskop qed ifassal kwestjonarji għall-għalliema, għall-istudenti u għall-genituri ħalli tkun tista’ tinġabar id-data f’dan ir-rigward.
Leg 13 PQ #14255 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Tqassim ta’ kompjuter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu kompjuters lill-istudenti s’issa mill-ġabriet li għamel il-Ministeru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sas-6 ta’ Mejju bħala donazzjoni rċevejna: 35 tablets (ġodda) 1 laptop (ġdid) 7 PCs (użati) 2 laptops (użati) Dawn kollha tqassmu lil studenti differenti.
Leg 13 PQ #14433 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST – riżenja tal-President

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-ittra tar-riżenja tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST?

Response (BONNICI, OWEN)

Jien ma rċevejtx ittra formali ta' riżenja, iżda kien hemm korrispondenza by email li jien bil-qalb kollha dispost li ngħaddieha lill-Onor. Interpellant jekk huwa juri dika x-xewqa.
Leg 13 PQ #14434 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST – riżenja tal-President — azzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet qed jieħu wara r-riżenzja tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara r-riżenja tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi, nħatar Aġent President biex jassumi l-funzjonijiet de quo skont il-liġi u dan ġie mħabbar pubblikament. Nieħu l-okkażjoni li nirringrazzja lis-Sur Frederick Schembri tal-ħidma eċċellenti li huwa wettaq fis-sentejn li dam fil-kariga ta' President tal-Bord tal-Gvernaturi.
Leg 13 PQ #14435 Sitting 328 2020-05-11 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

MCAST – Investigazzjoni fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni fid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani tal-MCAST?

Response (BONNICI, OWEN)

L-investigazzjoni qed issir mill-korp tal-Pulizija wara referenza li saret mill-Ministeru stess fl-amministrazzjoni preċedenti u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #13819 Sitting 327 2020-05-06 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Università, Junior College, Higher Secondary u MCAST – studenti fl-Ewwel sena minn Ħ’Attard u Mosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Ewwel Sena tal-Università, Junior College, Higher Secondary u MCAST u li joqogħdu Ħ’Attard u l-Mosta?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li n-numru ta' studenti li daħlu fl-ewwel sena tal-Università, il-Junior College, Giovanni Curmi Higher Secondary u MCAST u li joqogħdu Ħ’Attard u l-Mosta huwa kif se nsemmi: Lokalità L-Università Il-Junior College Higher Secondary MCAST Ħ’Attard 158 32 30 74 Il-Mosta 227 39 83 174

Tagħlim tal-lingwa Għarbija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm studenti li ġew mgħallma l-lingwa Għarbija f’dawn l-aħħar tliet snin fl-iskejjel sekondarji u kemm għandna għalliema kwalifikati biex jgħallmu din il-lingwa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li ġew mgħallma l-lingwa Għarbija fl-aħħar tliet snin skolastiċi huwa kif se nsemmi: 2017/18 - 121 student 2018/19 - 121 student 2019/20 - 120 student Rigward l-għalliema, it-tagħrif hu kif ġej: Grad 2017 / 2018 2018 / 2019 2019 / 2020 Head of Department 1 1 Supply Teacher 5 6 4 Teacher 8 7 9 Total 13 14 14
Leg 13 PQ #13815 Sitting 326 2020-05-05 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Studenti li gradwaw fil-qasam tal-Allied Health – impjieg mal-istituzzjonijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ggradwaw mill-Universtià jew MCAST f’xi kors f’qasam tal-Allied Health, sabu impjieg ma’ istituzzjoni governattiva?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ftehim bejn Malta u r-Repubblika tal-Maċedonja -“Mutual Recognition of Higher Eduacation Degrees, Diplomas and Certificates”

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk il-ftehim bejn pajjiżna u r-Repubblika tal-Maċedonja dwar il-“Mutual Recognition of Higher Eduacation Degrees, Diplomas and Certificates” iffirmat fid-29 ta’ Mejju 2018 ġiex fis-seħħ u ġiex jitħaddem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tikkonferma li l-ftehim bejn pajjiżna u r-Repubblika tal-Maċedonja dwar il-“Mutual Recognition of Higher Education Degrees, Diplomas and Certificates” iffirmat fid-29 ta’ Mejju 2018 ġie fis-seħħ u qed jitħaddem.

Ħruġ ta’ Employment licences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Employment Licenses mill-JobsPlus, sena b’sena mill-2013 ’il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-persuna li nħarġitilha l-liċenzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Employment licences – talbiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għall-Employment Licenses mill-JobsPlus, u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità tal-applikant/a?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fit-28 t’April, Jobsplus kellha 128 applikazzjoni pendenti għal permess tax-xogħol. Din l-istatistika tinkludi biss applikazzjonijiet pendenti minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. In-nazzjonalità tal-applikanti hija kif ġej: Nazzjonalità AFGANISTAN 1 ALBANIA 1 BANGLADESH 6 BRAZIL 1 CAMEROON 1 CHINA 1 COLOMBIA 1 EL SALVADOR 1 ERITREA 6 ETHIOPIA 1 GAMBIA 3 GHANA 1 GUINEA 1 INDIA 13 IVORY COAST 4 LIBYA 9 MALI 7 MOROCCO 2 NEPAL 6 NIGER 1 NIGERIA 11 PAKISTAN 1 PHILIPPINES 11 SENEGAL 1 SERBIA 6 SOMALIA 9 SUDAN 7 SYRIA 1 TOGOLESE REP. 1 TURKEY 4 UKRAINE 1 UNITED STATES OF AMERICA 2 VENEZUELA 6 Total 128

Formoli ta' tmiem tal-impjieg sottomessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi formoli tat-tmiem tal-impjieg lill-JobsPlus fix-xhur ta’ Diċembru 2019, Jannar, Frar, Marzu u April 2020, maqsuma xahar b’xahar separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi lill-Jobsplus fix-xhur ta’ Diċembru 2019, Jannar, Frar, Marzu u April 2020 huwa kif ġej: Sena/Xahar Formoli tat-tmiem tal-impjieg sottomessi Diċembru 2019 5,940 Jannar 2020 9,707 Frar 7,678 Marzu 8,397 April (sas-26 t’April 2020) 9,116
Leg 13 PQ #14051 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola tal-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-iskola tal-Qawra li ilha mwiegħda għall-aħħar 5 snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskola Primarja tal-Qawra se tkun lesta din is-sena stess.
Leg 13 PQ #14052 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Imsida – bini ta’ skola

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-iskola ġdida fl-Msida mħabbra snin ilu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'April 2020 beda x-xogħol ta' twaqqiegħ tal-iskola l-antika, l-iżmantellar ta’ parti mill-faċċata eżistenti skont il-kundizzjonijiet imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif ukoll l-iskavar tas-sit. Is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-iskola l-ġdida tagħlaq fil-5 ta’ Mejju 2020.
Leg 13 PQ #14053 Sitting 325 2020-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rabat Għawdex – bini ta’ skola

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-aħħar żviluppi dwar il-bini tal-iskola ġdida fir-Rabat Għawdex imħabbra madwar sitt snin ilu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'April 2020 beda x-xogħol ta' skavar tas-sit. Minħabba fdalijiet arkeoloġiċi fis-sit, l-iskavar qiegħed isir b'makkinarju apposta u l-art viċin il-blat qed tkun skavata bl-idejn. Kif titlesta dil-fażi tibda l-kostruzzjoni tal-iskola.

Università ta’ Malta – proposta mill-Grupp Universitarju Għawdxi rigward video conferencing mill-Gozo Campus

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ostakli li qed iżommu lill-Università ta' Malta milli tilqa’ l-proposta tal-Grupp Universitarju Għawdxi biex l-istudenti Għawdxin ikunu jistgħu jsegwu korsijiet Universitarji regolarment bil-video conferencing minn ġewwa l-Gozo Campus? Jista' jispjega wkoll x'beħsiebu jagħmel biex jegħleb dawn l-ostakli?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif żgur japprezza l-Onor. interpellant li tattendi l-Università mhuwiex biss li tkun f’kamra tisma' lecture iżda wkoll li tipparteċipa fil-ħajja universitarja, tiltaqa' ma' studenti oħra, anki barra mill-kors tiegħek, tieħu sehem f’attivitajiet organizzati mid-dipartimenti akkademiċi, mill-KSU u mill-ħafna organizzazzjonijiet tal-istudenti. Din il-proposta ċertament għandha tiġi diskussa però fil-fehma tiegħi l-punt ta' tluq huwa li ma għandniex nissottovalutaw il-ħafna ġid li joħroġ mill-esperjenza tal-ħajja universitarja. Kwalunkwe soluzzjoni għandha żgur toħloq bilanċ.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament ma ngħatatx konsulenzi jew kuntratti f’ebda dipartiment jew entità fid-dekasteru tiegħi.