Għalliema, kapijiet u casual teachers — sick leave
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema/kapijiet u casual teachers li rrapportaw sick minn mindu bdiet is-sena skolastika 2009/2010 rispettivament f'Malta u Għawdex separatament? Tista' tagħti l-informazzjoni abbażi ta' kindergarten, skola primarja, skola sekondarja eċċ.?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-nformazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'Malta u Għawdex kemm kien in-numru ta' studenti li m'attendewx l-iskola matul din is-sena skolastika attwali fil-livell ta' kindergarten, primarja, sekondarja eċċ.? X'kienu r-raġunijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm suppost hemm għalliema tal-Physical Education fl-iskejjel primarji kollha t'Għawdex? Kemm hemm fil-preżent? Kemm qed ikollha ħin kull skola primarja f'Għawdex fil-preżent allokat għall-PE ta' kull ġimgħa? Kif jitqabbel il-ħin allokat għal-lezzjonijiet tal-PE fl-iskejjel primarja t'Għawdex illum mas-snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-postijiet f'Malta u f'Għawdex indikati bħala offroading sites? Kemm inħarġu permessi mis-sena 2000 sal-lum għall-avvenimenti ta' offroading?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5681 hemm xi indikazzjonijiet ġenerali x'kienu r-raġunijiet ewlenin li għalihom irriżenjaw l-istudenti mill-korsijiet li bdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Numru ta’ studenti jieqfu jattendu mingħajr ma jagħtu raġuni, oħrajn jagħrrfuna bir-raġunijiet tagħhom dawn huma fil-maġġor parti minħabba sejbien ta’ xogħol jew raġunijet personali.
L-MCAST, bil-kollaborazzjoni tal-ETC, beda jagħmel sensiela ta’ tracer studies ta’ studenti li jieqfu mill-istudji tagħhom. L-għan ta’ dan l-istudju huwa biex b’hekk il-kulleġġ ikun f’pożizzjoni aħjar ħalli jgħin sew lill-istudenti kif ukoll biex ikun jista’ jaħdem lejn tnaqqis fir-rata ta’ studenti li jwaqqfu l-istudji tagħhom.
Guardian Angel School — student b'imġieba diffiċli
Question
Tista' l-Ministru tivverifika sew l-informazzjoni li fuqha tat ir-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 5679 peress li sal-lum stess meta ċċekkjajt is-sitwazzjoni ta' dan iż-żagħżugħ qaluli mill-Iskola Guardian Angel li l-imġieba diffiċli tiegħu għadha ma nbidlitx minn kif kienet f'Jannar meta għamilt il-mistoqsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni li fuqha ingħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 5679 hija korretta. Wieħed għandu jifhem li programmi għal tfal b’diffikultajiet bħal ta’ dan it-tifel imsemmi jieħdu ż-żmien biex ikunu effettivi.
L-imġieba diffiċli din is-sena marret għall-aħjar ħafna għax l-
istaff
qed jaħdem fuq programm ta’
support
li għandu bżonn dan l-istudent.
Qed nirċievu diversi ilmenti fuq l-iskarlatina u hemm kapijiet ta’ skejjel li milli jidher mhux qed jinfurmaw lill-għalliema b'każijiet ġodda. Jidher li fl-aħħar jiem kien hemm każ ieħor fl-iskola Primarja A tar-Rabat u ieħor f'Ħ'Attard. Jidher li din qed timxi sew fl-iskejjel. Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena skolastika kemm kien hawn każi ta' skarlatina u f'liema skejjel u għaliex l-għalliema mhux qed ikunu nfurmati ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatistika tal-każi ta’ mard infettiv hija prerogattiva tad-Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv u Promozzjoni tas-Saħħa li għandu l-istrumenti legali biex ikun infurmat mit-tobba dwar il-każi ta’ dan it-tip ta’ mard kif wkoll biex jinvestiga u jivverifika dan.
Il-proċeduri meħuda huma dawk rakkomandati mill-imsemmi Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv li jinforma lill-Kap tal-iSkola fejn ikun hemm suspett jew każi konfermati u dawn jingħataw ċirkolari bir-rakkomandazzjonijiet u pariri biex il-kundizzjoni ma tinfirixx, kompilata minn l-istess Dipartiment appositament biex tiġi imqassma lill-ġenituri u studenti direttament interessati.
Meta kien hemm il-bżonn tobba mill-istess Dipartiment kif wkoll mid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi organizzaw laqgħat informattivi lill-ġenituri u lill-istaff biex jinfurmawhom dwar din il-kundizzjoni. U jekk għal raguni ta’ saħħa pubblika skont rakkomandazzjonijiet xjentifiċi id-Dipartiment tas-Sorveljanza tal-Mard Infettiv dehrlu li kien indikat, jingħalqu xi klassijiet u jiġu meħuda kampjuni u testijiet fuq l-istudenti kkonċernati.
L-iskejjel konċernati ġew wkoll mogħtija numri tat-telefon biex jekk ikunu jridu jistgħu jitolbu informazzjoni u pariri dwar is-suġġett.
Tista' l-Ministru tgħid x’riżorsi finanzjarji, materjali u umani ġew dedikati matul din is-sena skolastika biex jiġu mgħejjuna tfal li għandhom il-kundizzjoni tad-dyslexia fl-iskejjel primarji u sekondarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena kien hemm għaxar għalliema li kienu jaħdmu ma tfal dyslexic. Qegħdin jintużaw ħafna riżorsi multisensorjali u kotba li huma ta’ benefiċċju kbir għat-tfal dyslexic kemm fl-iskejjel primarji u sekondarji. Sar ukoll ħafna xogħol permezz tal-korsijiet tal-Core Competences, biex l-għalliema tal-klassi jkollhom aktar għarfien tad-diffikultajiet f’eta’ bikrija u t-taħriġ meħtieġ.
Tagħrif dwar kemm hemm tfal bid-dyslexia fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’tagħrif jeżisti dwar kemm hemm tfal bid-dyslexia fl-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għandna total ta’ 1,523 studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji Statali u tal-Knisja/Indipendenti f’Malta u Għawdex li jbatu bid-dyslexia.
Malta - Sekondarja - 904
Primarja - 445 Total: 1,349
Għawdex - Sekondarja - 130
Primarja - 44 Total: 174
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li bdew xi kors fl-MCAST full-time din is-sena? F'liema korsijiet bdew dawn l-istudenti din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet hu mistenni li jkun hemm bini ta' skejjel ġodda madwar Malta u Għawdex matul is-snin li ġejjin? F'liema skejjel hu mistenni li jkun hemm tkabbir tal-faċilitajiet eżistenti? Fejn hemm applikazzjonijiet diġà pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa għaddej xogħol fuq il-bini ta’ skola ġdida sekondarja tas-subien fil-lokalita’ tal-Mosta (Żokrija), kif ukoll fuq skola sekondarja ġewwa r-Rabat Għawdex. L-applikazzjonijiet tal-iskejjel tal-Mosta u tar-Rabat Għawdex ġew approvati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u x-xogħol fuq dawn l-iskejjel għaddej b’ritmu mgħaġġel. Hemm applikazzjoni pendenti quddiem il-MEPA għall-bini ta’ skola ġdida (sekondarja għall-bniet) ġewwa l-Ħandaq, limiti ta’ Ħal Qormi.
Fl-iskola Dun Manuel Attard ġewwa l-Wardija huwa pjanat li jsiru xogħlijiet biex b’hekk din l-iskola issir iktar aċċessibli. Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għada pendenti.
Tista’ l-Ministru tgħid matul din is-sena akkademika s’issa kemm-il darba l-MCAST spezzjonat is-servizz li qed jagħti l-PTP (Private Training Providers) tagħha - il-kumpanija STC - u jekk dan is-servizz hux sodisfaċenti u skond l-obbligi tal-kuntratt? Tista’ tgħid jekk f’dawn l-ispezzjonijiet instabx li t-tagħlim qed ikun ta’ 18-il siegħa minflok ta’ 27 siegħa fil-ġimgha? X’se jiġri mis-sigħat li ntilfu? Tista’ tgħid jekk instabx li kienu qed jiġu ppakkjati flimkien tliet klassijiet ta’ 70 student f’sala waħda? Tista’ tgħid jekk kenux qed jintużaw lecturers mhux kwalifikati biex jgħallmu? Tista’ tgħid jekk irriżultax li kellhom kompjuters ma jaħdmux u li fuqhom suppost kienu qed jgħallmu lill-istudenti? Tista’ tgħid jekk l-istess nuqqasijiet ġewx misjuba fl-istess kumpannija STC sentejn ilu u din l-kumpanija tħalliet terga’ tirrepeti l-istess nuqqasijiet u tħalliet tapplika u tingħata kuntratt biex tkompli tkun PTP tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science and Technology għamel tal-anqas audit visit kull ġimgħa biex jispezzjona s-servizz offrut mill-STC. Waqt dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw xi diskrepanzi fis-servizz skont l-obbligi tal-kuntratt. Wara diversi laqgħat bejn l-STC u l-Istitut tal-Information Technology, l-amministrazzjoni ġiet mgħarrfa bin-nuqqasijiet u dawn ġew ratifikati.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li l-ħin tat-tgħalim kien qiegħed jiġi mnaqqas billi jiżdied in-numru ta’ studenti f’kull klassi b’madwar 33%. L-STC inġibditlu l-attenzjoni dwar dan u s-sitwazzjoni ġiet ratifikata. L-istudenti kienu ġew mogħtija n-numru ta’ siegħat fil-ġimgħa kif kien stipulat fil-kuntratt. Iżda, għal 33% tas-siegħat fil-ġimgħa, l-STC ġabar aktar minn grupp wieħed fi klassi waħda. Għalhekk ma kienx hemm telf ta’ siegħat ta’ studju għall-istudenti.
Kien hemm xi suġġetti fejn l-għalliema ma kienux ilaħqu l-livell stipulat fil-kuntratt. Wara laqgħat bejn l-Amministrazzjoni tal-MCAST u dik tal-STC, il-maġġoranza tal-
lecturers
li ma kienux ikkwalifikati ġew mibdula. Fil-każ ta’ żewġ
lecturers
ġie deċiż li jitħallew jispiċċaw il-programmi ta’ tagħlim; dan wara li l-MCAST assigura ruħu li l-livell ta’ tagħlim jista jintlaħaq u sabiex l-istudenti ma jaqgħux lura.
Dwar il-kompjuters, l-STC qalet li dawn kienu wkoll jintużaw fil-korsijiet ta’ fil-għaxija u ma kienux isiru lmenti. Intalab rapport minn kuntrattur indipendenti u fil-waqt li ma kien hemm l-ebda problema ta’
hardware
, xi problemi oħra żgħar ġew solvuti.
L-ebda minn dawn in-nuqqasijiet tal-STC ma ġew rraportati sentejn ilu.
Persuna bid-dyslexia — Karti ta' l-eżami addattati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi laqax it-talba tal-istudenta, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jitfasslulha karti tal-eżamijiet addattati għad-diffikultajiet tagħha tad-dyslexia?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kull student li jattendi l-Istitut tal-iStudji Turistiċi li jippreżenta ċertifikat maħruġ minn professjonist b’rakkmandazzjoni ta’ x’tip ta’ għajnuna għandu jingħata l-istudent waqt l-eżamijiet minħabba xi kundizzjoni partikolari, jingħata dik l-għajnuna kif rakkomandata fiċ-ċertifikat bl-approvazzjoni tal-Board of Studies. L-istudenta li d-dettalji tagħha ingħataw separatament hija waħda minn dawn l-istudenti.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġie deċiż li jiddgħajjef l-istudju tal-istorja fl-edukazzjoni sekondarja tagħna meta hemm il-ħsieb li jitħallat ma’ studji oħra f’suġġett integrat li l-esperjenza ta’ pajjizi oħra wriet li dgħajjef l-istudju ta’ l-istorja tant importanti biex nifhmu fejn ninsabu, mnejn ġejjin u fejn sejrin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemm l-ebda ħsieb li l-istudju tal-istorja se jidgħajjef. Għad qiegħed jiġi diskuss x’għandu jkun l-aħjar forma kif wieħed jgħallem u jitgħallem dan is-suġġett.
Tista’ l-Ministru tgħid matul din is-sena akkademika s’issa kemm-il darba l-MCAST spezzjonat is-servizz li qed tagħti l-Private Training Providers tagħha – il-kumpanija Future Focus – u jekk dan is-servizz kienx sodisfacenti u skond l-obbligi u l-proċeduri tal-kuntratt? Instab li studenti kienu qed jintalbu ċeritifkati mediċi għall-assenza itwal milli jippermettu l-proceduri tal-MCAST? X’passi tttieħdu dwar dan? Veru li l-istudenti tħallew jissottomettu l-assignments tagħhom tard bla ma ngħataw twissija u bla ma ngħataw il-grad ‘N’ kif suppost u studenti kienu qed jitħallew joqogħdu izjed minn tliet darbiet għall-assignments kontra l-proceduri stabbiliti? X’passi ttieħdu dwar dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science & Technology għamel tal-anqas audit visit kull ġimgħa fil-Future Focus. Numru ta’ diskrepanzi li ma kienux jissodisfaw l-obbligu tal-kuntratt ġew identifikati u rettifikati.
Ma nstabet l-ebda xhieda li tikkorrabora ma’ lmenti li setgħa kien hemm abbużi dwar ċertifikati mediċi.
Ma nstabet l-ebda xhieda li tikkorrabora mal-allegazzjonijiet ta’ abbużi fid-
deadlines
tal-
assignments
jew dwar abbuż fin-numru ta’
re-sits
li jsiru għal kull
assignment
.
Tista’l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena akkademika sarux spezzjonijiet għall-għarrieda fl-istabbiliment tal-Future Focus, PTP tal-MCAST, biex jigi stabbilit jekk hux veru li kien hemm nuqqasijiet serji dwar għoti tard ta’ timetables, iffullar fi kmamar żgħar, assenteiżmu qawwi mill-istudenti, kompjuters mimlijin viruses, kompjuters fl-istudy area ma jintużawx mill-istudenti lokali iżda mill-barranin biss, data projector wieħed biss għall-użu tal-għalliema għax l-ieħor bil-ħsara u dewmien biex l-istudenti jingħataw il-marki għall-assignments tagħhom? Jekk irrizulta hekk, x’passi ttiehdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Malta College of Arts, Science and Technology għamel spezzjonijiet lill-Future Focus fuq bażi regolari u wħud minn dawn saru mingħajr notifikazzjoni.
Nuqqasijiet minn-naħa ta’
Future Focus
ġew notifikati u ratifikati.
Waqt waħda mill-ispezzjonijiet instab li fit-tieni semestru t-
timetables
ma ngħatawx lill-istudenti individwalment iżda tpoġġew fuq in-
noticeboard
li hemm fil-
Future Focus
.
Future Focus
kienu nfurmati li d-daqs tal-klassijiet kien żgħir u għalhekk ittieħdu passi biex tiżdied klassi oħra.
Dwar il-
viruses
fil-kompjuters
Future Focus
għandhom sistema ta’
antivirus
professjonali u l-problemi nqalgħu permezz ta’
pendrives
infettati li kienu jġibu magħhom l-istudenti.
Id-
data projector
kien adekwat biżżejjed għall-użu tal-
lectureres
tal-
Future Focus
.
Ma kienx hemm dewmien notevoli fl-għoti tal-marki tal-
assignments
.
MCAST — Studenti li bdew kors fil-bidu tas-sena skolastika
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5681, tista' l-Ministru tgħid f'kull istitut x'kienu l-ammonti ta' studenti li bdew kull kors fil-bidu tas-sena skolastika 2008-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat għall-ġid tal-komunità tal-lokal wara l-ħin ta' l-iskola ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.