Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Il-Manikata — Triq il-Knisja il-Qadima u Triq il-Fuħhar - Titolu ta' art
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq min hu t-titolu ta' art bejn Triq il-Knisja il-Qadima u Triq il-Fuħhar, il-Manikata, kif muri fil-pjanta li qed tintbagħat separatament? Jista’ jgħid x’inhi l-intenzjoni dwar din l-art u x’jista’ jsir skont il-pjan lokali? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-livelli tal-art komparat mal-livell tat-triq kif inhi llum (jekk hix se tkun 'il fuq mil-livell tat-triq)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba dwar it-titolu tal-art tingħata f’seduta oħra, waqt li l-kumplament tal-mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru kkoncernat.
Ħ’Attard — Triq ir-Ruzell/Triq il-Mosta - Fdalijiet storiċi
Question
Fid-dawl tal-fdalijiet li nstabu fi Triq ir-Ruzell/Triq il-Mosta, Ħ’Attard - PA 01361 24 DNO 523 24, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-features li nstabu s'issa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 19961.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li ma’ kien hemm l-ebda nfiq f’reklamar fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru jew mill-entitajiet tiegħu.
Il-Belt Valletta — Triq il-Merkanti - Stabbilimenti tal-ikel awtorizzati biex ikollhom imwejjed u/jew siġġijiet fit-triq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18473 u jgħid kemm hemm stabbilimenti tal-ikel, irrispettivament mill-mod kif deskritti, fi Triq il-Merkanti, fil-Belt Valletta, li huma awtorizzati mill-Awtorità tal-Artijiet biex ikollhom imwejjed u/jew siġġijiet fit-triq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi Triq il-Merkanti l-Belt Valletta hemm 31 encroachment għall-użu ta’ mwejjed u siġġiiet fit-triq.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W202.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19504 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18815, issa li l-proprjetà tal-Gvern fis-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq ġiet mikrija lill-persuna inkwistjoni wara ħruġ b'tender, jista' l-Ministru jispjega jekk hux se jitteħdu passi dwar l-illegalità u allura tieqaf l-azzjoni tal-infurzar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 18815.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18815, issa li l-proprjetà tal-Gvern fis-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq ġiet mikrija lill-persuna inkwistjoni wara ħruġ b'tender, jista' l-Ministru jispjega jekk hux se jitteħdu passi dwar l-illegalità u allura tieqaf l-azzjoni tal-infurzar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W202.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda nfiq fuq reklami fuq online portals mill-Ministeru jew mill-entitajiet tiegħu.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9110 u jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom 13-il ħaddiem tat-tindif, 8 uffiċjali tas-sigurtà u 2 ħaddiema klerikali, kollha impjegati ta’ kuntrattur.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12048 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtu, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu m’għandhom l-ebda kuntratt mal-kumpanija li semma fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Servizzi minn persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija qatt ma ngħatat kuntratti ta’ xogħol minn dan il-Ministeru jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Iż-Żurrieq — Triq Karmnu Żammit u Triq Wied Babu - Garaxxijiet u postijiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka, anke permezz ta' pjanti, liema huma l-garaxxijiet u l-postijiet fil-Housing Estate biswit Triq Karmnu Zammit u Triq Wied Babu, iż-Żurrieq li l-Awtorità tal-Artijiet qed tirċievi kera għalihom imma ma tistax tbiegħhom għaliex għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern, anke jekk inħarġu għall-bejgħ mill-istess Awtorità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema garaxxijiet u l-postijiet qed jirreferi.