Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni Soċjali – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkommodazzjoni soċjali li ilhom pendenti iktar minn sentejn?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha 2105 applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li ilhom pendenti aktar minn sentejn. Madanakollu dan l-ammont ser ikun qiegħed jonqos sostonzjalment mat-tlestija tal-proġett ta’ bini ta-1700 appartament ġdid b’investiment ta’ aktar minn 120 miljun.

Stallazzjoni ta’ Lift

Question

Jista' l-Ministru jagħti żmien speċifiku u jassigura li l-lift fil-binja, kif imsemmi fil-każ li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament jiġi stallat fi żmien raġjonevoli?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar – ħaddiema ġodda

Question

Mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda, kemm ġew reklutati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar? Xi proċedura ntużat biex jidħlu dawn il-ħaddiema u mil-liema lokalitajiet ġejjin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-lum, l-Awtoritá tad-Djar ingaġġat 69 ħaddiem, ġejjin minn diversi lokalitajiet kif muri fil-lista t’hawn taħt. L-Awtorità tad-Djar issegwi d-direttiva 7 dwar l-ingaġġar fis-settur pubbliku fejn għal kull sejħa jiġu ikkunsidrati l-ewwel persuni fuq ir-reġistriu tal-JobsPlus, u f’każ li l-post jibqa’ ma jinteliex, toħroġ sejħa pubblika. Attard Bahar ic-Caghaq Birzebbugia Fgura Floriana Gharghur Ghaxaq Gudja Hamrun Kercem Luqa Marsa Marsaxlokk Mgarr Mosta Msida Mtarfa Naxxar Paola Pembroke Qormi Rabat Safi Santa Venera Siggiewi St. Julians St. Lucija Tarxien Xemxija Zebbug Zejtun Zurrieq

Awtorità tad-Djar – xiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità xtratx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? F’liema lokalità xtrat? Xi proċedura ntużat? Jekk xtrat, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá tad-Djar ma xtratx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata tal-lum.

Awtorità tad-Djar — kiri ta’ proprjetà għall-użu amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità krietx proprjetà għall-użu amministrattiv tagħha mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? F’liema lokalità kriet? Xi proċedura ntużat? Jekk kriet, jista’ jpoġġi kopja tal-kuntratt ta ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtoritá tad-Djar kriet proprjetà għal użu amministrattiv tagħha mill-2017 ‘l hawn ġewwa l-Furjana, liema proprjetà kienet disponibbli għall-kiri fil-viċinanzi tal-uffiċini diġa eżistenti tal-Awtorità. Minħabba informazzjoni personali u kummerċjali, dawn il-kuntratti mhux ser jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

Inkwilini li ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri minn dawk l-inkwilini li ġew provduti akkomodazzjoni alternattiva għal massimu ta’ għaxar snin, u li issa wara li jiskadi ż-żmien fejn ser jiġu akkomodati dawn il-persuni jekk is-sid tal-binja ma jkunx irid iġedded il-kuntratt?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar diġa bdiet eżerċizzju biex filwaqt li tifhem is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika ta’ dawn il-familji, tifformula pjan sabiex tkun tista tgħin lil dawn il-familji bl-aħjar mod possibli. Dan filwaqt li l-Awtorita’ tad-Djar bdiet tanalizza s-sitwazzjoni u t-termini tal-kuntratt li għandha mas-sidien privati.

Binjiet tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-lift ġie nstallat f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Postijiet li l-inkwilini rikonoxxut u lill-Gvern hu s-sid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbiegħu postijiet li l-inkwilini rikonoxxut u li l-Gvern huwa s-sid tagħhom? Kemm kien l-ammont fit-total tiegħu sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Ġunju 2020 inxtraw 299 proprjetà tal-Gvern taħt l-iskema ‘Sir Sid Darek’ kif jidher hawn taħt:- Sena Ammont Kuntratti 2017 €3,136,964 72 2018 €4,292,421 104 2019 €4,735,434 99 2020 – sat-30 ta’Ġunju €1,132,214 24 Għalkhemm l-interpellant ma talabx sena, l-Awtorita’ tad-Djar qed tipprovdi l-informazzjoni mis-sena 2017 sat-30 ta’ Ġunju 2020.

Ħ’Attard – stallazzjoni ta’ lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq l-istallazzjoni ta’ lift fi blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tali installazzjoni kellha tkun iffinanzjata minn fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett hu wieħed mill-blokki tal-akkomodazzjoni soċjali li qiegħed isir ix-xogħol ta’ bini u tishbieħ fihom permezz ta’ tender CT3075/2019 li ġie assenjat lill-kuntrattur riċentament. Ix-xogħol f’dan il-blokk huwa ppjanat li jinbeda fl-aħħar kwart tal-2020.

Applikanti – lista ta’ stennija tal-housing

Question

Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għal post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija ser titwieġeb f'seduta oħra

Awtorità tad-Djar – postijiet dilapidati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha f’idejha postijiet dilapidati l-Awtorità tad-Djar, li mhumiex għand l-inkwilini sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Jekk iva f’liema lokalitajiet jinsabu dawn il-proprjetajiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita tad-Djar għandha 33 post dilapidat ġewwa il-Belt Valletta, Bormla, Birgu, Isla, Msida, Żejtun u Rabat b'uħud minhom għadhom għaddejjin fil-proċess tat-trasferiment bejn l-Awtorita' tal-Artijiet u l-Awtorita' tad-Djar

Awtorità tad-Djar — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi tal-Awtorità tad-Djar miftuħa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda? Meta twaqqfet kull skema u kemm hu l-budget ta’ kull skema?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi li għandha miftuħa bħalissa l-Awtorità tad-Djar, il-budget għal kull skema kif ukoll id-data ta’ meta ġiet ippubblikata kull skema qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom u li huma mikrijin lill-inkwilini rikonoxxuti? Kemm hu l-valur medju ta’ prezz kummerċjali u l-prezz issussidjat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta postijiet li l-Gvern huwa s-sid tagħhom tinsab fit-tabella hawn taħt indikata. Last updated on 19/6/2020 Owned by HA Administered by HA Owned and Administered by the Government Total Leased flats 3318 406 1547 5271 Leased houses and maisonettes 267 35 1282 1584 Total 3585 441 2829 6855 Total ta’ appartamenti li jinkludu penthouses, maisonettes u djar li huma l-Awtorita’ tad-Djar hija s-sid tagħhom jammontaw għal 3585 .

Lista Pendenti tal-Housing Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kif niżlet il-lista pendenti għal housing soċjali u kif din niżlet minn Jannar 2020 sal-ġurnata tal-lum, kategorija b'kategorija, u kemm minn dawn ingħataw post?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ndikat mill-Interpellant, il-lista pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali niżlet b’131 fejn minn dawn, 51 applikant ingħataw allokazzjoni. L-informazzjoni rigward il-kategoriji qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali – Skema ‘Nikru biex Nassistu’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali se terġa’ tilqa’ applikazzjonijiet għal ‘Nikru biex Nassistu’?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi sat-tali ġurnata l-Awtorità tad-Djar qiegħda taċċetta l-applikazzjonijiet.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda entità u/jew dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma taw flus għall-programm Għajta Waħda.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (GALDES, RODERICK)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-afforestazzjoni ma tagħmilx parti mid-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra – sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu s-sussidju tal-kera fis-snin 2017, 2018 u 2019 fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra maqsumin skont il-lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont globali f’dawn it-tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla, Isla u l-Kalkara – sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu s-sussidju tal-kera fis-snin 2017, 2018 u 2019 fil-lokalitajiet ta’ Bormla, Isla u l-Kalkara maqsumin skont il-lokalità? Jista’ wkoll jgħid kemm kien l-ammont globali f’dawn it-tliet snin?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.