Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-raba’ li hemm l-Għammieri hux qiegħda tinħadem? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal dan ir-raba’ u jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jżommu jew jgħaddih lill-privat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tar-raba’ fl-Għammieri qiegħdha titkabbar bil-magħlef għall-bhejjem tal-Għammieri stess. Is-sena l-oħra kien inħareġ tender sabiex jitkabbru ħxejjex, frott u dwieli b’mod organiku. F’dan il-mument beda t-tkabbir tal-ħxejjex, u fis-sajf li ġej ser jibdew il-preparazzjonijiet tal-art fejn ser jitkabbru d-dwieli b’mod organiku.
Apparti minn dan, parti mir-raba’ qed tiġi allokata lill-entitajiet privati ħalli jwettqu studji u esperimenti speċifiċi għall-perjodi stabbiliti. Dan il-ġest jippermetti lill-Ministeru jifforma xogħol ta’ riċerka u żvilupp fl-oqsma ta’ metodi u teknoloġiji ġodda fil-qasam agrikolu, u b’hekk jittieħed vantaġġ mir-riżultati ta’ dawn l-istudji biex jitwettaq użu aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tkabbru siġar tal-frott irqiq, tin, bajtar ta' San Ġwann, żebbuġ u ċitru separatament, fil-mixtla ta' San Vinċenz mill-1995 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b' sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2020 sa issa tkabbru 9,790 siġra fil-Mixtla ta’ San Vinċenz, kif muri fit-tabella segwenti.
2020
2021
2022
2023
2024
2025
Frott irqiq
642
1197
0
620
0
0
Bajtar
477
692
1167
71
400
200
Tin
129
146
255
0
409
400
Żebbuġ
0
800
740
0
0
155
Ċitru
390
230
670
0
0
0
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26744 u jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26492 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fid-dekasteru tiegħu, li huma kwalifikati fil-First Aid tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dekasteru tiegħi hemm 72 uffiċjal li koprew il-First Aid tal-annimali fl-istudji tagħhom miksuba permess ta’ kwalifiki formali minn Istituzzjonijiet Edukattivi Akkreditati u/jew permezz ta’ kwalifika speċifika fil-First Aid tal-annimali minn istituzzjoni privata.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24400 u 24907 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 11-i1 vettura li huma mikrija.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24383 u 24769 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw 8 karozzi ġodda mill-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
4 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.
San Pawl il-Baħar — Aċċess għan-network tan-New Water
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kollaborazzjoni hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-ministeru responsabbli mis-Servizzi tal-Ilma biex jiġi assigurat li l-bdiewa kollha fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar ikollhom aċċess għan-network tan-New Water li twassal qrib tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm bdiewa qed jagħmlu użu minn dan l-ilma preżentement fl-istess inħawi, u kemm għadhom ma jistgħux jużaw dan l-ilma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala Ministeru qed naħdmu flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-enerġija sabiex niżguraw li l-bdiewa li japplikaw għas-servizz tan-New Water jissottomettu pjan tal-l-uċuħ tar-raba'. Dan il-pjan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-ilma jkun allokat għal skop ta’ tisqija ta’ uċuħ agrikoli.
Barra minn hekk, kemm l-uffiċjali kif ukoll aħna l-Ministri niltaqgħu u niddiskutu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa, kif ukoll possibbilitajiet ta’ titjib fl-aċċess ta’ ilma għall-bdiewa.
Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlobha tirreferiha lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spezzjonijiet f’stabbilimenti tal-ikel fl-2024? Jista’ jgħid ukoll jekk instabux irregolaritajiet u x’passi ttieħdu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Rigali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l- twiegba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom il-food handling license? Kemm hemm minnhom li huma barranin?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm 53,094 persuna li għandhom dokument ta’ reġistrazzjoni validu maħruġ mill-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-Ikel skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 449.27 Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Min Jipprepara l-Ikel. Minn dawn, madwar tmienja u sittin punt tlieta fil-mija (68.3 %) huma barranin.
Annimali li jgħixu f’kundizzjonijiet sub-standard — Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti dwar annimali li qed jgħixu f’kundizzjonijiet sub-standard mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27703 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati – Ħal Qormi
2024 sa issa
340
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27133 u 27697 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (REFALO, ANTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Luqa, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati – Ħal Luqa
2024 sa issa
216
Jista’ l-Ministru kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti s-Siġġiewi, full-time u part-time, matul is-sena 2024?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time.
Sena
Numru ta’ bdiewa reġistrati – Is-Siġġiewi
2024 sa issa
799
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?