Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vjolenza domestika — Protection orders għall-vittmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ‘protection orders’ għall-vittmi tal-vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabella ta’ hawn taħt turi kemm ħarġu ‘protection orders’ għall-vittmi tal-vjolenza domestika fis-sena 2024 u minn Jannar 2025 sad-19 ta’ Settembru 2025. 2024 - 581 2025 - 386

Fond ‘Compensations by Government to Victims of Crime’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi fond stabbilit imsemmi ‘Compensations by Government to Victims of Crime’, liema kunċett issemma inter alia fis-sentenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk tali fond jeżisti, kif jopera, u kif jista’ vittma japplika sabiex jirċievi fondi minn fond bħal dan?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra.

Property Market Value Index

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħejja l-Indiċi tal-Valur Kummerċjali tal-Proprjetà (Property Market Value Index) ikkontemplat fl-Art. 1531D tal-Kodiċi Ċivili li daħal fis-seħħ skont l-Att Numru X tas-sena 2009?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f'xi seduta oħra.

Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili — Ftehim ta’ Medjazzjoni insinwat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ftehim ta’ Medjazzjoni magħmul min-Nutar skont it-termini tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta’ Malta) ġie insinwat f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mhijiex kompetenza taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni li jirreġistra ftehim ta’ medjazzjoni li jkunu ġew konklużi.

Vjolenza Domestika — seduti - dewmin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum biex issir l-ewwel seduta fuq każijiet ta’ vjolenza domestika u kemm idumu biex jinqatgħu bħala medja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi hija fid-deskrizzjoni tal-ġudikant meta jiġu appuntati s-seduti.  Ma tistax tiġi stabbilita’ medja kemm idum każ biex jinqata għax dan jiddependi minn diversi fatturi speċjalment il-kumplessita’ tal-każ, jekk persuna tkunx tresqet b’arrest jew jekk tkunx ġiet reġistrata ammissjoni.

Maġistrati — Inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom inkjesti pendenti u każijiet oħra mhux relatati ma’ vjolenza domestika l-maġistrati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Każijiet ta’ vjolenza domestika — Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm maġistrati fuq każijiet ta’ vjolenza domestika bħalissa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-caseload tal-każijiet ta’ vjolenza domestika li għandu kull wieħed minnhom sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Vjolenza Domestika — Taħriġ lill-Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat għall-istudji ġudizzjarji (JSC) jorganizza seminars u konferenzi regolari għall-membri tal-Ġudikatura flimkien ma’ diversi entitajiet lokali u internazzjonali dwar diversi suġġetti.  It-tabella li turi t-taħriġ dwar il-vjolenza domestika, mis-sena 2023 sal-lum qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru tal-Arbitraġġi - Arbitraġġi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm arbitraġġi li ilhom pendenti għal sena, tliet snin u aktar minn tliet snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi pendenti għal perjodu ta' sena hemm 186, pendenti gaħ tliet snin hemm 145 u pendenti għal iktar minn tliet snin hemm 200.

Ċentru tal-Arbitraġġ ta’ Malta - Arbitraġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbdew arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġi ta’ Malta bejn l-2022 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew konklużi arbitraġġi fl-istess snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura sal-aħħar t’Awwissu 2025: Sena 2022 - inbdew 238 u ġew deċiżi 190 Sena 2023 - inbdew 283 u ġew deċiżi 209 Sena 2024 - inbdew 248 u ġew deċiżi 222 Sena 2025 (sal-31 t' Awwissu) - inbdew 190 u ġew deċiżi 95

Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta - Medjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru medjazzjonijiet fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li mill-2022 sal-24 ta’ Settembru tal-2025 saru total ta’ 42 medjazzjoni fiċ-Ċentru tal-Medjazzjonijiet, kif jidhru hawn taħt maqsumin sena b' sena. 2022 - 9 2023 - 13 2024 - 11 2025 sa' Settembru - 9

Qorti tal-Familja - Medjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbdew medjazzjonijiet fil-Qorti tal-Familja fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew konklużi medjazzjonijiet fl-istess snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku - Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni m’għandu l-ebda impjegat fis-Settur Ċivili jew Pubbliku li bħalissa jinsab sospiż bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrih/a.

Qorti Ċivili - Sezzjoni marittima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jkun hemm sezzjoni ad hoc tal-Qorti Ċivili li tittratta biss affarijiet marittimi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi materji relatati mal-marittimu se jkunu jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kummerċjali u bħalissa hemm abbozz tal-Liġi li ġie mressaq quddiem il-Parlament li jipprovdi għat-twaqqif tal-Qorti tal-Kummerċ.

Qorti tal-Familja - Riforma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex waslet ir-riforma tal-Qorti tal-Familja u jekk hemmx xi tibdil konkret li ser isir fiż-żmien li ġej f’dan ir-rigward?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, ġie analizzat il-feedback kollu li nġabar u minn hemm bdew id-diskussjonijiet sabiex ikun hemm tibdil leġiżlattiv, u jinħolqu l-istrutturi neċessarji sabiex tiġi implimentata r-riforma. Din l-ħidma wasslet sabiex bħalissa qed jiġi iffinalizzat abbozz ġdid li jindirizza l-problemi li din ir-riforma kien hemm bżonn li tindirizza, b’risponsabbilita’ lejn prinċipji legali tas-saltna tad-dritt, drittijiet u responsabbiltajiet, l-awtorita’ tal-qrati, u fuq kollox, l’aħjar interess tat-tfal.L-abbozz tal-liġi li ser ikun qed jiġi ppreżentat iktar tard fis-sena ser inhiedi process ta’ implimentazzjoni sabiex b’hekk il-qafas legali, l-politika (policy) u l-prattika jiġu allinjati. Dan qed isir sabiex insaħħu l-Qorti tal-Familja, bi professjonisti speċjalizżżati u b’servizz immirat li jassisti lil kull min ikun għaddej minn proċessi fi ħdan din l-Qorti.

Prokuri - Reġistru

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24954, jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-istudji u r-reviżjonijiet li qed isiru, irriżultax li għandu jibda proċess sabiex ikun hemm reġistru li fih tkun reġistrata kull prokura li tingħata hawn Malta jew anke barra minn Malta sabiex ikollha effikaċja legali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) - Kawżi maqtugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu kawżi quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) minn meta twaqqfet din is-sezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kawżi li nqatgħu quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Kummerċjali) mill-2024 sad-19 ta’ Settembru 2025, kien ta 72 fl-2024 u 84 fl-2025

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23931 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 28651.