Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali - reklamar

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Riforma Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja – Membri tal-Ġustizzja dixxiplinati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm-il membru tal-ġudikatura ġie dixxiplinat minn meta għaddew ir-Riformi Kostituzzjonali tal-Qasam tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 ta' Awwissu 2016? Kemm minnhom ġew dixxiplinati mill-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati? X'kienu l-proċeduri jew il-kastig f'kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.

Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti — kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, x'inhuma l-kriterji li bihom il-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti jiddetermina min hu idoneju biex jinħatar Maġistrat jew Imħallef?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kriterji li l-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura addotta hu stess b'mod awtonomu mill-Gvern għal skop ta’ evalwazzjoni ai termini tal-Art. 96 A tal-Kostituzzjoni dwar l-eliġibilità u l-mertu għal ħatriet fil-Ġudikatura huma pubbliċi: https://justice.gov.mt/en/justice/Pages/criteria-for-appointment-to-the-judiciary.aspx u qed jiġu riprodotti hawn taħt: Rekwiżiti ta’ Eliġibilit à 1. Numru ta’ snin ta’ prattika tal-professjoni ta’ avukat f’Malta kif stabbilit fil-Kostituzzjoni; 2. Fiz-żmien tal-evalwazzjoni, il-persuna jrid ikollha warrant validu biex tipprattika ta’ avukat f’Malta u ma tridx tkun soġġetta għal divjet legali milli tieħu l-kariga fil-Ġudikatura. Kriterji ta’ Evalwazzjoni: 3. Kapaċità li l-persuna tesprimi ruħha bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża u li tikkommunika b’mod ċar u suċċinct; 4. Integrità, rettezza u onestà fil-ħajja pubblika u privata; 5. Għarfien tal-liġi, tal-prattika tal-Qrati, u esperjenza professjonali; 6. Bżulija, kapaċità ta’ ħidma taħt pressjoni ta’ xogħol, diliġenza, kapaċità analitika u li tiddeċiedi; 7. Imparzjalità u indipendenza; 8. Assenza ta’ involviment f’attività kummerċjali jew ta’ negozju jew ta’ sitwazzjoni finanzjarja li tqanqal dubbji dwar il-kapaċità tal-persuna li twettaq id-dmirijiet ġudizzjarji b’mod xieraq; 9. Kapaċità li l-persuna taħdem f’ambjent ta’ ħidma kolleggjali; 10. Għarfien tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri tal-Ġudikatura u disponibbiltà għal żvilupp professjonali u kontinwu.

San Ġiljan/ Pembroke — talba għal konservazzjoni ta’ bunker

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali dwar it-talba ta' tmien għaqdiet sabiex jinħareġ ordni ta' emerġenza għall-konservazzjoni tal-bunker ta' żmien il-Gwerra l-Bierda li jinsab taħt l-art ta' St George's Barracks f'San Ġiljan u/jew Pembroke u sabiex isir assessjar komprensiv tal-istess bunker bil-għan li jiġi salvat dak li għad fadal mill-imsemmi sit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali qed jindaga dwar is-suġġett tat-talba u sabiex isir assessjar komprensiv tas-sit in kwestjoni.

Mosta – Tal-Qares – bini ta’ sit

Question

B’referenza għal Tal-Qares il-Mosta, jista’ l-Ministru jgħid xi prekawzjoni ħadet is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u x’monitoraġġ qed isir fuq is-sit li qed jinbena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali imponiet kondizzjonijiet għall-moniteraġġ arkeoloġiku, li qed issir b’mod kontinwu.

MUZA – tneħħija ta’ hoarding

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data meta se jitneħħa l-hoarding li bħalissa jinsab idawwar spazju fi Pjazza Jean de Vallette fil-Belt Valletta, liema hoarding huwa marbut ma’ xogħol li qed isir fuq il-MUZA?

Response (BONNICI, OWEN)

Dan huwa proġett innovativ tal-Pjazza Jean De Vallette li ċertament se jintgħoġob u jiġi apprezzat mill-pubbliku ġaladarba x-xogħlijiet ikunu ffinalizzati sa’ tmiem is-sajf li ġej.

Art pubblika agrikola bil-qbiela

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentri 9640 u ċjoè: B’referenza għall-art pubblika agrikola li hi bi qbiela, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jibdew taħdidiet min-naħa tal-Ministeru tal-Kultura u tal-Awtorità tal-Artijiet biex tiddaħħal kundizzjoni fejn dawk l-inħawi li huma żoni stabbiliti bħala għelieqi għall-ħruq tal-logħob tan-nar, ma jiġix miċħud dan id-dritt minn dawk is-sidien li jkollhom qbiela?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ġenituri li weħlu l-ħabs minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista’ teħel il-ħabs għax ma tħallasx il-manteniment?

Response (BONNICI, OWEN)

Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal, fil-Qorti ta’ Malta huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt: Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal 2016201720182019Total Mantiniment3177622172 Nisa12 3 Ħati - Detenzjoni11 2 Ħati Ħabs 1 1 Rġiel3075622169 Ħati - Detenzjoni1949361105 Ħati Ħabs112626164 Bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019, fil-Qorti ta’ Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment tat-tfal. Il-massimu ta’ detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lill-persuna li jkollha l-kustodja ta’ dak il-minuri huwa ta’ xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodici Kriminali).

Ġenituri li weħlu l-ħabs – aċċess tat-tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fl-aħħar tliet snin kemm kien hemm ġenituri li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm huwa l-perjodu minimu u dak massimu li persuna tista’ teħel il-ħabs għax ma tagħtix dan l-aċċess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta, fil-Qorti ta’ Malta huwa kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt: Każijiet deċiżi bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019 fir-rigward ta’ każijiet fejn ġenituri weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċizjoni tal-Qorti marbuta ma aċċess ta' tfallill-ġenituri li ma jgħixux Malta. 2016 2017 2018 2019 Total Aċċess 18 5 3 26 Nisa 10 5 1 16 Ħati - Detenzjoni 9 5 1 15 Ħati -Ħabs 1 1 Rġiel 8 2 10 Din l-istatistika tinkludi kemm ġenituri Maltin u kemm ġenituri barranin. Bejn 1 ta’ Jannar 2016 u d-9 ta’ Mejju 2019, fil-Qorti ta’ Għawdex ma kienx hemm persuni li weħlu l-ħabs għax ma obdewx id-deċiżjoni tal-Qorti marbuta ma' aċċess ta’ tfal lill-ġenituri li ma jgħixux Malta. Il-massimu ta’ detenzjoni li persuna li ma tippermettix aċċess għal minuri lil persuna li jkollha l-kustodja ta’ dak il-minuri huwa ta’ xahrejn (vide artikoli 7(2)(a), 12(2) u 338(ll) tal-Kodiċi Kriminali).

Maġistrati u Mħallfin investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kull sena (sena b'sena), kemm kien hemm maġistrati u mħallfin li ġew investigati mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bejn l-2008 u l-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba mogħtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Leġiżlatura numru XI.

Riforma Kostituzzjonali tas-Qasam tal-Ġustizzja – Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda jiltaqa’ u jiffunzjona l-Kumitat għall-Imħallfin u l-Maġistrati kif stipulat fir-Riformi Kostituzzjonali tas-sezzjoni tal-Ġustizzja fl-Att tal-5 t'Awwissu 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba moghtija għad-domanda parlamentari 13811 tal-Legġiżlatura numru XI.

Wied il-Għajn – proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9991, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-proġetti li ġejjin, li huma relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif ibbenefika minnhom il-Kunsill Lokali ta` Marsaskala f’dawn l-aħħar ħames snin u jekk dawn hux diġà twettqu jew le: a. Europe for Citizens: Even us little one count; u b. Europe for Citizens: Integrate together for a better European future?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-proġetti tal-Europe for Citizens twettqu t-tnejn li huma bl-aħħar proġett ċjoè dak ta’ Integrate together for a better European future tlesta ukoll xi ftit tal-ġimgħat ilu u jinsabu qegħdin jippreparaw ir-rapporti li se jiġu sottomessi dalwaqt fuq l-EU portal. Ninsab infurmat li kienu żewġ proġetti li permezz tagħhom sar skambju ta’ ideat bejn diversi membri tal-Unjoni Ewropea bit-temi magħżula. Tali proġetti l-ewwel iridu jiġu evalwati mill-Unjoni Ewropea u fil-fatt iż-żewg proġetti ġabu kważi punti massimi biex b’hekk setgħu jitwettqu.

Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn — Bini tal-Uffiċini Amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta se jibda l-bini tal-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn u meta huwa indikat li se jitlesta? Fiex se jikkonsisti dan il-bini?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li jinsab fl-aħħar fażi tal-procurment fejn iż-żmien tal-appell issa għadda u l-kunsill finalment jinsab fl-aħħar proċess li jiffirma l-kuntratt mal-kuntrattur. Hekk kif isir dan, għandhom isiru laqgħat bejn il-perit u l-kuntrattur flimkien ma’ rappreżentanza tal-kunsill biex jiġi determinat meta ser jimbeda x-xogħol. Dan ser jkun l-ewwel fażi tax-xogħol peressli jinvolvi l-bini tal-kunsill u mhux il-finishings.

Heritage Malta — Self ta' Opri ta' Arti f'Kastilja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10005, 9708 u 9823 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 10005.

Raħal il-Ġdid — Ċentru tas-Saħħa – teħid ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex (jekk hu l-każ) il-parkeġġ għat-tobba u l-pazjenti ħdejn u quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid ġie meħud minn imwejjed u siġġijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bħala parti mil-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza Antoine De Paul, il-parkeġġ tat-tobba u l-pazjenti qatt ma tneħħa imma ġie imexxi minn quddiem iċ-Ċentru tas-Saħħa għal-triq il-Foss u Triq Ħal Saflieni biswit l-istess Ċentru .

Kumpaniji tal-Karnival – benefiċċji lill-għaqdiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema benefiċċji, jekk hemm, jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival u ċjoè dawk l-għaqdiet jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dawk li japplikkaw biex jieħdu sehem fil-Karnival ta’ Malta b’kompetizzjoni għandhom magħha marbuta dawn s-sussidji t’hawn taħt. Ta’ min issemi ukoll li din is-sena, wara numru ta snin jingħataw l-istess ammonti fil-premijiet, kull entratura ngħatat medja ta’ €500 żieda fil-premju rispettiv. Beneficcji li jingħataw lill-Karrijiet Trijonfali sezzjoni A. B u Ċ u l- Karrijiet tal-Kumpanija Kategorija “A”: · €185 lil kull parteċipant biex jipprovdi trakter meħtieġ. · €200 għal dak il-parteċipant li jipprovdi trejler meħtieġ. · €200 għal kwalunkwe ħtieġa ta’ kiri ta’ nġenji bħal cranes, high up eċċ. · € 150 għal kiri ta’ nġenji adekwati għat-toroq biex jigi rmonkat il-karru minn u lura lejn il-maħzen rispettiv.

Kumpaniji tal-Karnival — benefiċċji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull benefiċċju li jistgħu jgawdu minnhom il-kumpaniji tal-Karnival sabiex jippreparaw karrijiet u jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, liema huwa dak id-dipartiment jew aġenzija li tamministra dawn il-benefiċċji, u jgħid kemm-il kumpanija tal-Karnival gawdew minn kull tip ta’ benefiċċju elenkat fis-snin 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-benefiċċji huma amministrati minn Festivals Malta. Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. SenaTip ta Beneficcju*Kemm gawdew min dawn l Benefficju 2017sussidju speċifikat adizzjonali relatat mal-provvista ta’ tractors, trailers, provediment ta’ nġenji. 12 il-karru Trijonfali u 5 parteċipanti tal-Kumpanija A sussidju koness mal-parteċipazzjoni bi tractor9 parteċipanti Kumpaniji Sezzjonijiet C B u D sussidju li jkopri l-parteċipazzjoni u l-kiri ta’ inġenji (tractors, trailers) u inġenji oħra nkluż fis-somma mgħotija tal-parteċipazzjoni.3 parteċipanti li ħadu sehem b’karru satriku sussidju tal-ġarr u r-reffiegħa nkluż mas-somma globali mogħtija tal-premju4 parteċipanti li ħadu sehem b’sett maskaruni sussidju ta’ parteċipazzjoni u sussidju biex ikopri parti mill-ispejjeż tal-ġarr 2 maskaruni 2018sussidju speċifikat adizzjonali relatat mal-provista ta’ tractors, trailers, provediment ta’ nġenji. 11 il-karru Trijonfali u 5 parteċipanti tal-Kumpanija A sussidju koness mal-parteċipazzjoni bi tractor11 parteċipanti Kumpaniji Sezzjonijiet C B u D sussidju li jkopri l-parteċipazzjoni u l-kiri ta’ inġenji (tractors, trailers) u inġenji oħra nkluż fis-somma mgħotija tal-parteċipazzjoni.3 parteċipanti li ħadu sehem b’karru satriku sussidju tal-ġarr u r-reffiegħa nkluż mas-somma globali mogħtija tal-premju4 parteċipanti li ħadu sehem b’sett maskaruni sussidju ta’ parteċipazzjoni u sussidju biex ikopri parti mill-ispejjeż tal-ġarr 3 maskaruni *Dawn ma jinkludux is-sussidju li jingħataw għall-parteċipazzjoni bil-karru kummissjonat tar-Re tal-Karnival u sussidji oħra li jingħataw lil skejjel taż-żfin koness mal-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-karnival.

Kumpaniji tal-Karnival — sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kumpanija tal-Karnival jew gruppi li jaħdmu sabiex jippreparaw karrijiet u sabiex jipparteċipaw fil-programm tal-Karnival, ikunux jistgħu jibbenefikaw minn xi sussidji biex iħallsu għas-servizzi li jużaw fl-imħażen tagħhom fejn jintramaw il-karrijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Festivals Malta oltre l-premijiet lil dawk klassifikati fil-konkorsi rispettivi tal-Karnival joffri sussidju in konessjoni mal-provediment tat-tractors; trailers; kiri ta’ ngenji relatata mal-armar tal-karru u provediment ta’ trakkijiet tal-irmonk.