Legislature:
Category:
Reset
Active:

Avukati impjegati mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26316 u jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinita, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dħul tal-National Insurance lis-CIR

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul min-National Insurance, lis-CIR matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm suppost jirriżulta li kienet iċ-ċifra li suppost tallset lis-CIR abbażi tar-records li għandu l-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien €161,784,022. Rigward it-tieni part ital-mistoqsija, mhux possibbli għalissa li jingħad kemm suppost kellha tkun din iċ-ċifra għall-2011 minħabba li: (a) l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema li suppost jitħallsu mill-employers isir magħruf biss bejn Frar u Marzu tal-2012 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS mill-istess employers ; u (b) l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet dovuti mis -self-employed ma jkunx għadu magħruf peress li l-ammonti pagabbli din is-sena huma bbażati fuq dak li ddikjaraw fl-2010.

Dħul mill-Eco Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mill-Eco Tax matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mill-Eko Kontribuzzjoni matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2011 kien ta’ €2,722,844.

Dħul mit-taxxa tal-VAT mir-Restaurants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT mir-restaurants matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mit-taxxa tal-VAT minn kumpaniji privati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2011?

Servizz ta' ħażna tad-demm tal-kurdun — VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ħażna tad-demm tal-kurdun (stem cells storage) hux suġġett għal VAT jew le? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali li joffru dan is-servizz hux qegħdin kollha jimxu skont il-liġi tal-VAT? Jista' jgħid jekk il-kumpaniji lokali kollha humiex iżidu l-VAT mal-prezz tal-prodott?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Birgu — Monument tal-Ħelsien - qtugħ tas-servizz tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ilma ġiex sospiz fuq il-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu u jgħid meta u għaliex? Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jingħata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25807.

MFSA — passi fuq La Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi konkreti ħadet s’issa l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tindirizza l-problemi serjissimi maħluqa għal dawk il-persuni li nvestew fil-La Vallette Multi Manager Property Fund u li ssemmew b’mod dettaljat u dokumentat fi tmien protesti ġudizzjarji, 43 ittra, 16-il email u żewġ memoranda dettaljati mibgħuta lill-Awtorità mill-Finco Treasury Management Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) għadha qed tinvestiga l-allegat ksur tal-liġijiet u r-regolamenti mill-Valletta Fund Management Limited (‘VFM’) u l-Bank of Valletta (‘BOV’) fil-konfront tal-La Valette Multi Manager Property Fund (‘il-Fond’). L-MFSA qed tinvestiga wkoll numru ta’ lmenti li tressqu minn jew għan-nom ta’ individwi dwar il-bejgħ ta’ units fil-Fond mill-BOV. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha fl-aħjar interess tal-investituri u s-settur finanzjarju Malti, l-MFSA għandha l-obbligu li tinvestiga b’għaqal u prudenza, bil-għan li tasal għal deċiżjoni li tkun ġusta, ekwa u li tirrifletti l-konklużjonijiet li tkun waslet għalihom l-awtorità, wara li tkun ikkunsidrat l-argumenti u l-kummenti li jkunu tressqu mill-partijiet involuti.