Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li ħarġu bis-sick matul is-sena skolastika 2008/2009? Kemm minn dawn it-tfal ħarġu b' ġurnata, jumejn, tlett erbat, jew iktar minn ħamest ijiem sick matul din is-sena? Tista' tgħid ukoll minn liema lokalità dawn it-tfal ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ħaddiema bis-sick leave matul Jannar sa Diċembru 2009? Jista' jiddentifika kemm damu bis-sick leave dawn il-ħaddiema u f'liema oqsma kienu jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru ma jkollux statistika ta’ ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave, iżda statistika dwar in-numru ta’ ħaddiema li pproduċew talba għall-Benefiċċju tal-Mard. In-numru ta’ dawn il-ħaddiema għas-sena 2009 kien ta’ 52,095.
Inżid ukoll illi ma tinżamx statistika mid-Divizjoni li turi kemm kien iż-żmien li dawn il-ħaddiema damu bis-
sick leave
u lanqas f’liema oqsma kienu jaħdmu.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha armla għal aktar minn sentejn u għandha żewgt itfal jgħixu magħha għadha ma bdietx tirċievi l-pensjoni tar-romol jew ir-relief?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-post tal-Gvern, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu s-soqfa kkundannati jiġu rranġati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jirriżultax li saret talba mill-inkwilini biex isiru tiswijiet fil-post imsemmi. F’każijiet bħal dawn, l-inkwilini għandhom minnufih japplikaw taħt l-iSkema SM (Structural Maintenance for Government owned property) sabiex l-Awtorità tkun tista’ tipproċessa t-talba u eventwalment tipproċedi bix-xogħol jew tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-inkwilini sabiex jitneħħa l-periklu u jsiru t-tiswijiet strutturali.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu post tal-Gvern? Din hija single parent, unemployed u tgħix ma' binha f'post tal-privat
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid lill-persuna ndikata minnu tersaq lejn il-Customer Care Service tal-Awtorità tad-Djar u titlob ‘status report’ tal-applikazzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħat separatament, li jgħix f'post sub-standard u qiegħed f'żona ta' proġett ta' twaqqiegħ għadu ma ġiex pprovdut b'xi post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li qegħda issir riferenza għaliha lanqas għandha applikazzjoni għall-post alternattiv ma’ l-Awtorità tad-Djar. Il-mara ta’ din il-persuna ġiet allokata appartament ġdid ġewwa Triq Santa Elena, Bormla. Ġurnata qabel ma ffirmat il-kuntratt ta’ kirja din il-koppja sseparaw u skont is-separazzjoni “il-partijiet jaqblu li l-mara u wliedha jibqgħu jgħixu fid-dar matrimonjali li ġġib n-numru wieħed (1) f’Telgħet Hanover Bormla jew kull indirizz ieħor fejn tiġi stabbilita d-dar matrimonjali u r-raġel għandu jfittex residenza oħra alternattiva”.
Dan iffisser li l-Awtorità tad-Djar kellha l-obbligu li issib post alternattiv lill-persuna li l-post ta’ Hanover kien assenjat lilha – f’dan il-każ lill-mara u fil-verità dan l'għamlet l-Awtorità tad-Djar. Hija fir-responsabilità tal-persuna indikata li tfittex post alternattiv u m’għandha l-ebda dritt li tibqa tgħix hemm.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi pjan biex il-Biblijoteka Nazzjonali u libreriji pubbliċi oħrajn ma jibqgħux jitmexxew bħala Dipartiment tal-Gvern iżda jsiru aġenzija pubblika? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li jidħol fis-seħħ dan il-pjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm il-ħsieb li t-tibdil li se jiġi propost fil-liġi se jħares lejn tibdil fl-istruttura tad-Dipartiment tal-Libreriji fuq l-istess mudell tat-tibdil li kien sar fl-Arkivji Nazzjonali, liema riforma, m'hemmx dubju, kisbet suċċess kbir.
Bħalissa l-liġi l-ġdida qiegħda fil-fażi tad-drafting u nittama li nkun nista’ nressaq dan l-abbozz quddiem dan il-Parlament fiż-żmien opportun.
Tista' l-Ministru tgħid kif jista' jkun hemm kap ta' skola tal-Gvern bħal fil-każ tal-Iskola Primarja ta' San Ġwann li tiddeċiedi u tordna lil omm it-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament biex ma jattendix skola "sakemm ngħidlek"? Deċiżjoni u aġir bħal dan ma jfissirx li qed tiġi abdikata r-responsabilità u tintesa l-Liġi tal-Edukazzjoni li tobbligaha teduka lit-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-qagħda emozzjonali ta’ dan it-tifel mhix stabbli biżżejjed biex ikun jista’ jattendi skola primarja minħabba li hu ta’ periklu għalih u għal sħabu.
Ġie rrakkomandat li dan it-tifel jattendi l-iskola Mater Dei, fejn ikun jista’ jingħata l-attenzjoni li jeħtieġ, iżda l-omm qed tirrifjuta din l-opportunità.
L-Onor. Interpellant jaf sew l-għajnuna kollha li ngħatat lit-tifel, kemm mill-iskola stess, kif ukoll mis-servizzi edukattivi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha li qed jagħmlu xi studju universitarju f'Malta jew barra minn Malta u li ngħataw paid leave? Jekk iva, kemm hemm impjegati? X'qed jistudjaw? Min huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Università ta' Malta qed iċċaħħad l-użu tal-Malti fl-eżamijiet meta sa sena ilu kienet qed tippermettih u kien hemm studenti li tħallew iwieġbu bil-Malti s-sena l-oħra iżda issa ma tħallewx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Avviż Legali 274 ta’ Ottubru tal-2009 jagħti bil-miktub il-prattika li ilha teżisti fl-Università ta’ Malta fir-rigward tal-lingwi li jistgħu jintużaw mill-istudenti fl-eżamijiet u fil-valutazzjoni.
Fil-passat kien hemm min tħalla jirrispondi bil-Malti iżda dan ma sarx bil-permess tas-Senat li lanqas ma ntalab mill-Fakultà konċernata.
Università ta' Malta — eżaminaturi li ma jifhmux il-Malti
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Università ta’ Malta qed iċċaħħad l-użu tal-Malti fl-eżamijiet ta’ matul il-kors u li mhumiex eżamijiet finali anki fejn l-eżaminaturi huma kollha Maltin u għalhekk m’hemmx eżaminaturi li ma jifhmux il-Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul iż-żmien, is-Senat tal-Università insista fuq il-politika tiegħu għall-korsijiet kollha tal-Università ta’ Malta (minbarra dawk fl-istudju tal-lingwi) għal bosta raġunijiet. Fost dawn hemm il-fatt li l-Ingliż huwa l-medium ippreferut għat-tixrid ta’ tagħlim ta’ livell għoli mad-dinja kollha. Dan ifisser li l-maġġoranza tal-letteratura disponibbli għall-istudjużi, kważi f’kull dixxiplina, teżisti u tiżviluppa fil-lingwa Ingliża. Malta teħtieġ studenti li jkunu kompetenti fl-użu tal-lingwa fl-oqsma kollha tal-istudju, sabiex ikunu jistgħu jikkompetu ma’ sħabhom barra l-pajjiż.
Huwa ta’ benefiċċju għall-istudenti tagħna li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom tal-lingwa Ingliża, li huma tant mixtieqa minn pajjiżi oħra, ferm ikbar u b’riżorsi aktar minn tagħna.
Fis-sistema attwali ta’ studju fl-Università m’għadhiex tiddistingwi bejn l-eżamijiet ta’
study-units
li jaqgħu fl-aħħar sena u oħrajn li jiġu qabel: kull assessjar ta’ kull
study-unit
huwa importanti u għandu jitqies bħala tali: ċioe evalwar serju li għandu l-istess importanza u jsir bl-istess mod li bih jiġu evalwati l-i
study-units
sinottiċi (meta dawn ikunu parti minn kors) u dawk l-oħra li jsiru fl-aħħar sena tal-kors. Li kieku għall-eżamijiet ta’ xi
study-units
l-istudenti jitħallew jirrospondu bil-Malti ikun inġust u ta’ żvantaġġ għalihom stess li mbagħad fl-eżamijiet ta’
study-units
oħra huma jkollhom jirrispondu b’lingwa li ma jkollhomx it-taħriġ fiha. Barra minn hekk, l-eżaminaturi barranin għandhom id-dritt li jitolbu li jaraw l-eżamijiet tal-i
study-units
kollha li jikkomprendu l-kors ta’ studju u mhux biss dawk sinottiċi jew li jsiru fl-aħħar sena. Dan għaliex hekk titlob sistema serja u komprensiva ta’ awditjar tal-kwalita’ fl-isfera akkademika.
Tista' l-Ministru tgħid x’se jiġri mir-riżultati ta’ dawk l-istudenti tal-Università ta’ Malta li f’Jannar li għadda wieġbu l-eżamijiet tagħhom bil-Malti f’korsijiet li mhumiex dwar il-Malti jew l-użu tiegħu? Dawn se jinħarġu ma’ ta’ dawk li wieġbu bl-Ingliż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Senat se jintalab jiddeċiedi dwar jekk l-eżamijiet tan-numru żgħir ta’ studenti fil-kors li jwassal għall-Master in Maltese Studies, li rrispondew bil-Malti, għandhomx jiġu ppubblikati. Dan ġie spjegat personalment lill-istudenti involuti.
Biex ma jkunx hemm dewmien fil-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-istudenti li segwew ir-regolamenti tal-Università, ir-riżultati ta’ dawn l-istudenti se jkunu ppubblikati malli jingħataw mill-eżaminaturi lill-amministrazzjoni.
kwestjoni fuq persuna barranija li tixtieq taħdem Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'irid isir sabiex persuna ta' nazzjonalità barranija, b'tarbija Maltija, bla ebda sengħa partikolari, però b'permess ta' resident, tkun tista' taħdem legalment f'Malta? Peress li l-partner ta' din il-persuna għandha dħul mill-benefiċċji soċjali u peress li din il-persuna tixtieq u fil-fatt sabet taħdem, tista' l-Ministru tgħid għala l-permess qed jiġi miċħud?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq lil din il-persuna lejn il-Customer Care tal-ETC biex tingħata spjegazzjoni ċara għaċ-ċaħda tal-permess tax-xogħol.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15300 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk wara li l-Għaqda Ażmatiċi Maltin għamlet rebħa li t-tfal jistgħu jieħdu l-inhaler huma personali u jużawh huma, ġewx infurmati l-Head of Schools b'din id-deċiżjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi mhumiex infurmati dwar “ir-rebħa” li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaliha. Jekk jgħaddi aktar informazzjoni, id-Direttorati jikkonsidraw x’għandu jiġi kkomunikat mal-iskejjel.
San Pawl il-Baħar — brief għall-iżvilupp tal-kumpless sportiv
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi finalizzat il-brief għall-iżvilupp tal-kumpless sportiv li hu maħsub li jinbena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12434.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar — numru ta' studenti li qed jattendu l-Università l-MCAST u l-Junior College
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti minn San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, flimkien mal-inħawi li jaqgħu taħt l-istess lokalitajiet u li qed jattendu l-Università, l-MCAST u l-Junior College rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li qed jattendu korsijiet full-time fl-Università ta’ Malta, l-Malta College for Arts, Science and Technology (MCAST) u l-Junior College huwa hekk:
San Pawl il-Baħar u l-inħawi tiegħu
Il-Mellieħa u l-inħawi tagħha
In-Naxxar u l-inħawi tiegħu
Universita’ ta’ Malta
268
175
423
MCAST
69
108
153
Junior College
87
54
119
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' infermiera li qed jistudjaw bħalissa fl-Università ta' Malta? Tista' tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' infermiera li huma mistennija jispiċċaw mix-xogħol matul din is-sena li qegħdin fiha u matul is-sena ġejja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tindika, fil-kuntest tal-inizjattiva lodevoli ħafna tat-tqassim tal-ħaxix u frott lit-tfal tal-primarja, partikolarment dawk ta' età tenera, x'assessjar ikun sar ta' kemm-il frotta jew ħaxixa de quo tkun addattata li tingħata lit-tfal ta' età żgħira ħafna, bħal per eżempju karrotti nej u larinġ sħiħ mhux maqsum? X'feedback kellha l-Ministru f'dan is-sens? Se jsir fine tuning biex il-frott u ħaxix ikun iktar addattat għal tfal ta' età żgħira? Kemm tqassmu frott u ħaxix xahar b'xahar minn kemm ilha li ddaħħlet l-iskema? X'tip ta' frott u ħaxix tqassam u lil kemm tfal skont l-età tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet tingħata mill-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala paying agents li qed jagħmlu moniteraġġ tal-iskema u l-punti mressqa jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħhom.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja huwa involut fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-iskejjel u kif l-iskema tista’ tidħol fil-kurrikulu tal-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Maltin li ħadu STEPS Scholarships matul is-sena 2009? F'liema universitajiet dawn l-istudenti marru jistudjaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew offruti scholarships f'suġġetti differenti matul is-sena 2009? Kemm kien hemm scholarships li baqa' ma applika ħadd għalihom jew kollha ġew magħżula u kollha applikaw għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2009 ingħataw 180 borża ta’ studju taħt l-iskema Strategic Educational Pathways Scholarships, (STEPS).
Taħt l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme,
(MGSS), ingħataw total ta’ 147 borża ta’ studju matul l-istess sena, imqassmin b’dan il-mod:
Malta Government Scholarship Scheme 2009
Livell tal-Kors
Numru ta’ Boroż ta’ Studju
Post-Graduate
47
Under-Graduate
100
Għall-iskemi STEPS u MGSS jiġu allokati ammonti ta’ flus u mhux boroż ta’ studju.
L-applikanti jistgħu japplikaw għal borża ta’ studju fis-suġġett illi jixtiequ u l-flus jittieħdu mill-fondi allokati.