Legislature:
Category:
Reset
Active:

Furjana — żbir ta' siġra taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8832 u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress lis-siġra msemmija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

proġetti marbuta ma' xi zuntier ta' knisja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' proġetti marbuta ma' xi zuntier ta' knisja li bħalissa qed jitwettqu mill-Gvern? Fejn jinsabu dawn il-proġetti u meta hu mistenni li jinbdew proġetti oħra wara dawn li qed isiru bħalissa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

sajjieda li talbu għal xi forma ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm sajjieda li talbu għal xi forma ta' għajnuna mingħand il-Gvern minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea? Kemm minn dawn it-talbiet fil-fatt intlaqgħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingaħata f’xi seduta oħra.

Bajd frisk — Produzzjoni attwali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7939, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ċanga friska — Produzzjoni attwali

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 7940, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ċanga friska f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

ħaxix frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7944 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

frott frisk — produzzjoni attwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7942 u jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-frott frisk f'Malta u Għawdex fl-ewwel erba' xhur separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7967 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Ġnien Kottonera - ħaxix ħażin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8717 u jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tal-Ġnien Kottonera f’Bormla? Jista’ l-Ministru jara li minn dan il-ġnien jinqata’ il-kwantità kbira ta’ ħaxix ħażin li kiber matul ix-xhur tax-xitwa ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8471, 6707, 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-Gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kumitati tar-riabilitazzjoni — informazzjoni fuq ic-chairperson

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8844 u jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitati tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8845, 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ

Question

In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8814, 8619 u 8365 u jindika: 1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament; 2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini? 3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ċentru tal-annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8472, 8146 u 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi? Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Palm reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien sal-lum in-numru ta' palm li ġie reġistrat mad-dipartiment konċernat? X'tipi ta' palm ġie reġistrat u f'liema lokalitjiet? Saru xi spezzjonijiet partikolari biex jiġi verifikat li s-siġar reġistrati fil-fatt jinsabu f'kondizzjoni tajba?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sajjieda reġistrati full time u part time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda, full time u part time reġistrati f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawn l-istess sajjieda, maqsuma f'full timers u part timers rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Qatla tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet il-qatla tal-majjal matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kif jitqabbel l-ammont tal-qatla ta' din is-sena mal-qatla tal-2008 u l-2007?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sussidju għal bdiewa u raħħala

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet minn bdiewa u raħħala biex jingħataw sussidju għal dak li hu tkabbir tal-magħlef għal din is-sena? Kemm kien in-numru ta' tmiem li ġew reġistrati għal dan il-għan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Agrikultura — Siġar tal-frott

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar tal-frott li l-bdiewa talbu biex jixtru mingħand id-dipartiment tal-agrikoltura din is-sena? X'tipi ta' siġar ntalbu, u x'tipi ta' siġar kienu provduti mill-Ministeru? Kemm kien in-numru ta' siġar li fil-fatt inbiegħu lill-bdiewa din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Laħam tal-majjal — produzzjoni attwali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7933, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.