Binjiet u siti storiċi – mudelli għall-persuni nieqsa mid-dawl
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16785 u jgħid kemm mill-binjiet, siti jew strutturi oħra li għandna f'pajjiżna u li jiffurmaw parti mill-wirt storiku tagħna, jinkorporaw fihom mudelli li jippermettu li persuni nieqsa mid-dawl ikunu jistgħu jħossu b'idejhom ħalli jifhmu d-dehra ta' dawn il-binjiet, siti jew strutturi? F'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika liema huma dawn il-binjiet, siti jew strutturi u għal kull wieħed jgħid fejn jinsab il-mudell? In oltre, f'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika xi spiża ġiet jew ser tiġi ddedikata f'dan ir-rigward tul din il-leġiżlatura u wkoll imnejn oriġinaw il-fondi? F'każ ta' risposta fin-negattiv, jista' l-Ministru jindika jekk għandux ħsieb li jinstalla faċilitajiet ta' dan it-tip għall-persuni nieqsa mid-dawl?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Heritage Malta installat faċilitajiet simili ta’ dawk deskritti mill-Onor Interpellant li jistabu kif ġej:
· Sitt (6) mudelli fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra;
· Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija;
· Fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Ġgantija;
· Fil-Forti Sant’ Iermu;
· Fil-wirja dwar il-wirt kulturali ta’ taħt il-baħar fiċ-Ċittadella.
Bħalissa qed jinħadem mudell simili tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien.
Huwa stmat li dawn il-mudelli jiswew madwar €1,000, li ġew iffinanzjati minn fondi nazzjonali, minbarra dak ta Sant’ Iermu, li kien ko-finanzjat mill-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.
Is-sena li għaddiet Heritage Malta tellgħu attivita speċifika għal persuni neqsin mid-dawl rigward il-wirt kulturali ta’ taħt il-baħar.
Il-Kontkattidral ta’ San Gwann joffri audio guides li jistgħu ukoll jgħinu sabiex tiżdied l-aċċessibilita tal-partimonju Malti għal persuni neqsin mid-dawl.
Ir-Rabat Għawdex – Kunsill Lokali – miżuri biex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza
Question
Jista' l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex jieħu miżuri sabiex titranġa Triq ir-Repubblika ħdejn Pjazza Indipendenza u Triq Sir Adrian Dingli peress li l-cubetti tal-porfido li tqiegħdu xi snin ilu jeħtieġ li jinqalgħu u jitqiegħdu mill-ġdid minħabba l-istat ta' dawn it-toroq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex illi l-Kunsill qiegħed f'kuntatt mal-Ministeru għal Għawdex sabiex isiru x-xogħlijiet li hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sit storiku ġewwa r-Rabat huwa aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tar-Rabat illi hemm tmien siti storiċi miftuħin għall-pubbliku.
Dawn jaqgħu taħt ir-responsabbilta ta’ Heritage Malta, il-Parroċċa ta’ San Pawl, l-Arkivji Nazzjonali u l-privat.
Dawn is-siti huma:
· Katakombi ta’ San Pawl
· Domvs Romana
· Mużew ta’ Wignacourt
· Katakombi ta’ San Katald
· Casa Bernard
· Kappella Ta’ Xerri
· Kappella Ta’ Qasgħa
· L-Isptar Santu Spirtu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika taż-Żejtun tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija taż-Żejtun akkwistat 285 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 852 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Għaxaq tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Għaxaq akkwistat 468 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,893 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal tas-Sannat Għawdex li ilu iktar minn sentejn għaddej ix-xogħol fuqha, kif ukoll il-junction u jgħid f’liema xahar u sena hu ippjanat li jinħeles ix-xogħol kollu inkluż it-tieni kisja tarmak fuq l-imsemmija triq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li x-xogħol fi Triq Sannat u fil-junction ta' ma' Triq Marziena huwa ferm avvanzat u wasal fl-aħħar fa¿i tiegħu. Ix-xogħol kien jinkludi diversi culverts kemm għall-ilma tax-xita, kif ukoll għas-servizzi fi triq fejn għaddejja konċentrazzjoni maġġuri ta' servizzi f'Għawdex, speċjalment servizzi tal-WSC minħabba l-pre¿enza tal-ġibjun f’ Ta' Ċenċ.
It-tieni kisja tingħata meta jkunu saru aċċertamenti tekniċi. Ix-xogħlijiet proġettati illi jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena 2021.
Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9856, jista’ l-Ministru jagħti risposta u jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul is-snin imsemmija u liema kunsilli lokali ibbenefikaw minnhom u kemm flus ibbenefikaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin imsemmija kien hemm 46 Kunsill Lokali li bbenefikaw minn 89 proġett relatati ma Fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-valur totali tal-proġetti huwa ta €15,935,830.21. €13,949,421.61 kienu ffinanzjati mill-imsemmijja fondi.
Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxen tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Ħal Tarxien akkwistat 136 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 195 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni lil-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn tul din is-sena? Jista’ jgħid kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi il-librerija ta’ Wied il-Għajn akkwistat 464 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,382 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Marsalforn Għawdex – Triq Santa Marija – bdil tal-pavimentar tal-promenade
Question
Jista' l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali. Żebbuġ, Għawdex għandux xi pjanijiet sabiex jinbidel il-pavimentar tal-
promenade
ta' Triq Santa Marija, Marsalforn u speċjalment fil-parti fejn jilagħbu t-tfal?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex, li filwaqt li l-Kunsill m’għandux fondi biżejjed biex jagħmel dan ix-xogħol, qiegħed f’diskussjoni mal-Ministeru għal Għawdex sabiex il- proġett tal-promenade ta' Triq Santa Marija, Marsalforn, speċjalment fil-parti fejn jilagħbu t-tfal, isir mill-istess Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li ppubblikaw rivista għar-residenti tagħhom biex ikunu jafu x’inizjattivi saru fil-komunità tagħhom matul is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella ta' hawn taħt.
Kunsilli Lokali li ppublikaw rivista għar-residenti tagħhom matul is-sena 2019
Il-Belt Valletta
Il-Mosta
Ħal Qormi
In-Nadur
Ħ’Attard
Paola
Ħad-Dingli
Tal-Pietà
Il-Fgura
Il-Qala
Floriana
Il-Qrendi
Il-Fontana
Ir-Rabat (M)
Għajnsielem
Ħal Safi
L-Għarb
San Ġwann
Ħal Għargħur
Tas-Sliema
L-Għasri
Ta’ Xbiex
Il-Ħamrun
Ix-Xagħra
L-Iklin
Iż-Żurrieq
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema infettati bil-COVID-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16840, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet fuq kwarantina minħabba dawn l-infezzjonijiet?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura jirriżulta li erbatax (14)-il impjegat tas-settur pubbliku ħarġet fuq kwarantina minħabba kuntatt ma’ kollegi li ġew infettati bil-CoVid-19.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Santa Luċija (Malta) tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Santa Luċija akkwistat 693 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,457 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Gudja tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Gudja akkwistat 549 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 1,244 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Il-Mellieħa – Triq Ġorġ Borg Olivier – tiswijiet fil-water culverts
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali Mellieħa / Infrastructure Malta jagħmlu t-tiswijiet li hemm bżonn isiru fuq il-water culverts li hemm fi Triq Ġorġ Borg Olivier biex ma jkomplux joħolqu inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fiż-żona, il-ħaddiema, is-sidien u l-klijenti tal-ħwienet fl-imsemmija triq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-gradilji tal-culvert għall-ilma tax-xita li jinsab fi Triq Ġorġ Borg Oliver, bejn Triq it-Tonn u Triq il-Madonna ta’ Fatima diġa ġew spezzjonati.
Mill-ispezzjoni jirriżulta li dawn iċċaqalqu mill-bażi tagħhom, u għaldaqstant jeħtieġ li jerġgħu jitqiegħdu mill-ġdid biex ma jiġġenerawx ħsejjes meta l-vetturi jgħaddu minn fuqhom.
Għaldaqstant qed isiru l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex ix-xogħol fuqhom isir fil-jiem li ġejjin, minħabba l-inkonvenjent li qed jiġi kkawżat lir-residenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika tal-Fgura tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija tal-Fgura akkwistat 174 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 868 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba jew ingħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul din is-sena? Jista' jinforma l-kamra kemm ġew mislufa kotba?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-librerija ta’ Raħal Ġdid akkwistat 408 ktieb din is-sena f’xiri u donazzjonijiet. 2,479 ktieb ġew mislufa minn din il-librerija.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-monument lil Sir Adrian Dingli li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u li fil-preżent hu abbandunat, jiġi restawrat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Kunsill Lokali Mellieħa – Triq il-Port Ruman u Triq il-Manikata – dawl u bozoz
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jforni b’dawl/bozoz ġodda (jew jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa) fi Triq il-Barkazza kantuniera ma’ Triq il-Port Ruman fil-Mellieħa kif ukoll fi Triq il-Manikata fil-Manikata biswit il-bus stop li hemm fl-istess żona?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel talba lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex iwettaq proġett dwar l-introduzzjoni ta’ dwal ġodda li jinvolvi numru ta’ toroq, fosthom Triq il-Barkazza. Dan ser isir permezz ta’ finanzjament mid-Development Planning Fund amministrat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-kuntatti waslu fi stadju avvanzat u l-ftehim relattiv mistenni li jiġi ffirmat ma jdumx, u sussegwentement jiġu nstallati d-dwal.
Ninsab infurmat wkoll li l-lampa tat-triq li kien hemm installata quddiem il-bus stop ta’ Triq il-Biedja k/m Triq il-Manikata, inqalgħet billi l-bini li miegħu kienet imwaħħla, twaqqa’ u qed jinbena mill-ġdid. Bħala rimedju ser titwaħħal lampa ġdida ma’ arblu e¿istenti li hemm biswit il-bus stop.