By pass tal-Imrieħel — safe guards għoljin f'nofs il-bankina
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isiru safe guards f'nofs il-bankina fi Triq is-Sebħ jew kif inhi magħrufa bħala l-by pass tal-Imrieħel? Jista' jispjega jekk min hu responsabbli għal dan ix-xogħol ħax rikonsiderazzjoni tas-sitwazzjoni perikoluża li hemm f'din it-triq biex persuna taqsam minn naħa għall-oħra kompliet tiggrava għaliex issa jrid jaqbeż għoli ta' madwar żewġ piedi u nofs jew tlieta biex jitla fuq il-bankina? Jekk dan ittieħed in konsiderazzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'raġunijiet hemm biex dan il-ħadid qed ikun istallat fuq il-bankina u mhux taħt il-bankina? Jista' jgħid jekk itteħditx inkonsiderazzjoni li b'dan il-ħadid, din il-bankina tilfet l-aċċessibilità kemm għal min normalment jimxi bħala eżerċizzju tul Triq is-Sebħ kif ukoll persuni b'diżabilità u dawk li jistgħu jużaw pushchairs eċċ.? Jekk dan ittieħed in konsiderazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol kif qed isir hux isir skont il-guidelines nazzjonali għall-aċċessibilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-hard shoulder tal-konkos li hemm fuq iż-żewġ naħat ta’ Triq is-Sebħ qatt ma kienu maħsuba għall-użu pedonali. Il-wisa’ ta’ din il-hard shoulder tvarja bejn 0.6m u 0.95m u għalhekk m’hemmx il-wisa’ neċessarju għall-użu pedonali. Mixi jew ġiri f’din it-triq mhux rakkmandat minħabba il-periklu relatat ma’ traffiku f’din il-bypass.
Fl-istess bypass, m’hemmx żoni minn fejn wieħed jaqsam u għaldaqstant din il-prattika m’hix rakkomandata minħabba li hi ta’ periklu kbir kemm għall-persuna kif ukoll għas-sewwieqa.
Dawn il-
crash barriers
qed jiġu nstallati fuq il-bankina bħala prekawzjoni għaliex kien hemm każi fejn persuni li kienu qed jimxu fuq din il-
hard shoulder
waqgħu u korrew minħabba li m’hemmx wisa’ biżżejjed.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19989 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta rriżenja l-bord tal-Pension and Contingency Fund?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Port Workers Pensions Contingency Fund ma rriżenjax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ta' twaħħil ta' bollards fuq it-turġien ta' Triq Dun Karm il-Belt, peress li s'issa nofs it-triq biss hija lesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ma teżistix ġewwa l-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern in vista tal-proċess kriminali msejjaħ "trafigura ag" fil-Qrati Olandiżi dwar toxic waste li allegatament ġie prodott f'Malta waqt li l-gasoline blending and storage tanker, il-Probo Koala, kien qiegħed fix-xtut tagħna anke meta wieħed iqis li f'Wied il-Għajn (Hurd's Bank) sa ftit jiem ilu kien hemm sorguti 15-il tanker ieħor ta' dan it-tip? Ħass il-ħtieġa l-gvern li jagħmel spezzjonijiet fuq dawn it-tankers? Għandu obbligazzjonijiet il-gvern li jinvestiga ħadmiet ta' toxic waste? X'għamel il-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tankers li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu sorġuti ‘l barra mill-ibħra territorjali Maltin u għaldaqstant ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Transport Malta u tal-Gvern Malti.
Rapporti ta' liema huma toroq imkissrin madwar Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti f'idejh ta' kemm hemm u liema huma t-toroq li hemm imkissrin madwar Malta u Għawdex kollu? Jista' jgħid kemm għandhom toroq imkissra u ta' liema persentaġġ ta' tkissir huma kull belt u raħal f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega x'livell ta' tkissir qed jirreferi għalih.
ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt u jekk dawn il-flus kenux inklużi mal-istima oriġinali ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett innifsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt ġiet tiswa' €61,039. Dawn il-flus m'għandhomx x'jaqsmu mal-budget tal-proġett.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21008, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-perjodu indikat l-Awtorità ta' Malta għall-Komunikazzjoni ikkonkludietx xi investigazzjonijiet fil-konfront tal-istess kumpanija indikata fil-mistoqsija parlamentari 21008 li saru mill-Internet Service Providers?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru.21088, fejn ġie indikat li għal perjodu msemmi mill-Onor. Membru ma' kien l-ebda lment fil-konfront tal-kumpanija inkwistjoni minn xi internet service provider. Għalhekk f'dak il-perjodu ma' kien hemm l-ebda nvestigazzjonijiet pendenti f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi Internet Service Providers li matul l-aħħar tnax-il xahar iddeċidew li ma jkomplux jagħtu s-servizzi tagħhom tal-Internet Service Providers? Kemm hu bħalissa n-numru ta' Internet Service Providers li għadhom joperaw f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li taħt ir-reġim ta' awtorizzazjoni preżenti l-Internet Service Providers huma klassifikati fil-kategorija ta’ Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services.
Matul l-aħħar tnax il-xahar kien hemm tliet (3) operaturi fil-kategorija ta’ Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services li nnotifikaw lil-MCA b'terminazjoni tal-attivitajiet tagħhom.
Fil-preżent in-numru ta' Providers of Other Publicly Available Electronic Communications Services huwa tnejn u għoxrin (22).
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għandha l-Awtorità dwar it-Trasport u għal min huma riservati? (awtoritajiet mhuwiex suppost li jkollhom reserved parkings)
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-reserved parking li għandha Transport Malta huwa maqsum kif ġej:
Uffiċini Floriana (Licencing & Testing) – 4
parking spaces
għall-impjegati u 2
disabled persons.
Uffiċini Sa Maison – 2
parking spaces
riservati għall-impjegati, 1 għal
authorised visitors
u
reserved parking
għall-
loading/unloading
u
disabled persons.
L-awtorità għandha wkoll
reserved parking
fil-
premises
tagħha f’dawn il-lokalitajiet: Marsa, Luqa u B’Kara, kif ukoll
reserved parkings
għal skopijiet ta’ nfurzar f’’diversi vened tal-karozzi tal-linja u
parkings
f’uffiċini fejn jinġabru flus mill-pubbliku (
offices handling cash
).
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — karozzi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-informazzjoni li tidher fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11466 u jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul l-2009 intefqu €36,654 fi produzzjoni ta' diversi viżwali dwar ir-riforma tat-trasport pubbliku u benefiċċji tas-servizz il-ġdid; avviżi li dehru f'diversi ġurnali, televiżjoni u rivisti lokali kif ukoll diżinjar u stampar ta' brochure u diversi backdrops kif ukoll mapep tar-rotot.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-strategy document 2008-2010 dwar il-politika tal-Gvern dwar l-ICT? Jista' jgħid liema kienu l-miri milħuqa? Liema ma ntlaħqux?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miġbura sal-15 t'April 2010.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13292 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15377 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kumpaniji tal-awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — laptops u notebooks
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Vacancies għall-istudenti fis-sajf
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vaganzi? Jekk fl-affermattiv, fejn se jkunu, xi kwalifiki se jkunu mitluba u kemm se jidħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan is-sajf kien hemm dawn il-vacancies għal studenti li kienu impjegati temporanjament permezz tal-programm Summer Student Placement Scheme kif ġej:
MITC (IMU, DCS) - 4
MGTIL - 2
MITA - 17
MCA - 5
Transport Malta - 37
Passport Office - 3
Il-kwalifiki li ntalbu kienu ta' livell ta' edukazzjoni O Level, A Level jew Diploma bi studju fil-qasam ta' l-informatika u t-teknoloġija fl-Università, MCAST jew istituzzjoni oħra ekwivalenti. Il-lista ta' l-istudenti li ġew impjegati fis-sajf għaddiet għand l-Student Maintenance Grant Board.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti ta' Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19024 u 18737 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward is-sena 2009, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16069. Rigward is-sena 2010, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.