Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukaturi fil-livell sekondarju li se jkunu redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem (fil-livell sekondarju) ser ikun qed jiġi redundant mill-iskola (kemm Malta u kemm Għawdex) li kien fiha matul is-sena skolastika li għaddiet (2022/2023)? Jista’ jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu u jgħid minn liema skola qed ikunu redundant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università ta’ Malta – studenti li ggradwaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Università ta’ Malta f’dawn l-aħħar 15-il sena, b'sena b’sena u f’liema professjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentament.

Skola ALP – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li ser ikunu qed jonqsu u liema huma s-suġġetti li ser ikunu qed jiżdiedu (jekk hemm) mis-sena skolastika li jmiss (2023/2024) fl-iskola tal-ALP u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika li jmiss, fl-iskola msemmija, mhux ser jiżdiedu suġġetti ġodda, filwaqt li s-suġġett Woodwork mhux ser ikun mgħallem peress li l-ebda student m’għażel dan is-suġġett.

ĠEM16+ – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti li ser ikunu qed jonqsu u liema huma s-suġġetti li ser ikunu qed jiżdiedu (jekk hemm) mis-sena skolastika li jmiss (2023/2024) fl-iskola ĠEM16+ u jagħti r-raġuni għaliex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, is-suġġetti ser jibqgħu l-istess bħas-sena skolastika 2022/2023, b’hekk l-ebda suġġet mhu ser ikun qed jonqos għas-sena skolastika li jmiss.

Skola ALP – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suġġetti mgħallma fis-sena skolastika 2022-2023 fl-iskola tal-ALP, jelenka liema huma u kemm kien hemm studenti jattendu għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

ĠEM16+ – suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm suġġetti mgħallma fis-sena skolastika 2022-2023 fl-iskola ĠEM16+, jelenka liema huma u kemm kien hemm studenti jattendu għal kull suġġett?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skola ALP – għalliema redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem ġie redundant mill-iskola ALP fi tmiem is-sena skolastika li qed tintemm (2022/2023) u jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

ĠEM16+ – għalliema redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem ġie redundant mill-iskola ĠEM16+ fi tmiem is-sena skolastika li qed tintemm (2022/2023) u jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan il-Ministeru tiegħi hemm total ta' 10310 uffiċjal pubbliku li minnhom, 10258 huma ċittadini Maltin.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – konsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kulleġġi ta' skejjel — Educational Psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10012 u jgħid kemm hawn educational psychologists disponibbli f'kull Kulleġġ ta' Skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm educational psychologist għal kull kulleġġ megħjun/a minn numru ta’ psychology practitioners u psychology assistants.

Tfal fil-lista ta' stennija għal Educational Psychologist

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10016 u jgħid kemm ilhom jistennew it-tfal li l-iktar ilhom fil-lista ta' stennija għal educational psychologist?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess minn meta jsir referral sakemm jinħareġ ir-rapport psikoloġiku ma jdumax aktar minn sena.

Wied il-Għajn – skejjel primarji – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji ta’ Wied il-Għajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni ssir manutenzjoni ġenerali u xogħol ta’ kisi, tibjid u membrane.

Il-Gudja – skola primarja – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskola primarja tal-Gudja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir xogħol ta’ rinnovar strutturali.