Awtorità tal-Ippjanar – development brief tal-Masterplan ta’ Marsalforn u Xlendi
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità tal-Ippjanar għad-development brief tal-Masterplan ta' Marsalforn u Xlendi? Min huma l-periti nkarigati minn dan il-proċess min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex? Meta hu previst li jkun hemm konsultazzjoni mal-pubbliku dwar dan il-proġett kif ukoll meta hu previst li jibdew ix-xogħlijiet infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-Intervention Unit fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid kif ġew magħżula dawn il-ħaddiema u jekk ħarġitx sejħa interna fis-Servizz Pubbliku jew saritx sejħa minn barra? X'inhuma l-gradi tal-ħaddiema li jiffurmaw l-Intervention Unit? Tista' tgħid x'perkaċċi għandhom dawn il-ħaddiema nkluż allowances eċċ.? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew snin ta' esperjenza ntalbu biex ħaddiema jkunu jikkwalifikaw li jaħdmu fl-Intervention Unit? Taħt liema direttorat jaqa' l-Intervention Unit u x'tip ta' xogħol qed jagħmel dan il-Unit?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li dan il-Unit huwa magħmul minn ħdax il-ħaddiem mis- Servizz Pubbliku, liema ħaddiema kienu diġà mpjegati tal- Ministeru għal Għawdex u ġew transferiti skont l-esiġenzi tas-servizz. Dan il-Unit jaqa’ taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Il-gradi jvarjaw minn Supervisors sa Labourers u huma ntitolati għal-shift allowance skont l-provvedimenti tal-PSMC.
Ix-xogħol jinkludi rondi madwar Għawdex u intervenzjoni fuq siti li jvarjaw minn interventi minuri sa dawk maġġuri bl-għajnuna ta’ sezzjonijiet oħra fi ħdan l-Ministeru kif ukoll minn Kunsilli Lokali.
Ministeru għal Għawdex — Xogħlijiet ta’ Għamara – direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena (2017) ġiex ikkummissjonat xogħol ta’ għamara b’direct labour lill-uffiċjali li jaħdmu fil-Ministeru għal Għawdex inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li mhumiex impjegati fis-sezzjoni tal-mastrudaxxi fl-istess Ministeru? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll x’kien l-użu ta’ din l-għamara u min ikkummissjona tali xogħol f’kull każ, il-grad ta’ kull wieħed mill-uffiċjali li ġie nkarigat jagħmel dan ix-xogħol kif ukoll il-kumpens li ngħata kull wieħed għal dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li saru uffiċini ġodda li l-għamara għalihom nħadmet bid-direct labour. Peress li x-xogħol sar b’impjegati tal-Ministeru għal Għawdex sar xogħol ta’ kwalità u li għalih frankajna ħafna flus.
Ministeru għal Għawdex –Senior Management — allowances
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali mis-senior management tal-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha ngħataw allowances matul din is-sena (2017), kemm dawk statutorji kif ukoll dawk li mhumiex? Tista’ tgħid ukoll il-grad ta’ kull uffiċjal kif ukoll it-tip ta’ allowance li rċieva? Tista’ tgħid ukoll min ta l-approvazzjoni għal għoti ta’ tali allowance?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
L-allowances lis-senior management ingħataw skont il-kuntratti li ġew iffirmati u skont direttivi li joħorġu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ministeru għal Għawdex – Principal Scientific Officers
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Principal Scientific Officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f' kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mis-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet jew direttorati tal-Ministeru qegħdin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu riferut ġie ingaġġat Principal Scientific Officer mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħa kienet interna u saret permezz taċ-ċirkulari HR/MG Nru 10/2017 bid-data tas-17 ta’ April 2017. Il-persuna li ġiet ingaġġata f’dan il-grad kienet magħżula mill-Bord tal-Għażla u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Din il-persuna qegħda taqdi dmirijietha fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Information Officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid meta nħarġet is-sejħa f’kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mis-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull sejħa li saret? Tista’ tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta’ esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet jew direttorati tal-Ministeru qegħdin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perjodu riferut ġew ingaġġati 2 Information Officers mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet kienu esterni u saru permezz tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,735 bid-data tat-3 ta’ Marzu 2017. Il-persuni li ġew ingaġġati f’dan il-grad kienu magħżula mill-Bordijiet tal-Għażla u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn l-Information Officers qegħdin fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1843 u 2494 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw metri kubi ta' konkos (ready mix) xahar b'xahar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2017? Tista' tgħid minn min saret it-talba għar-ready mix (konkos) u f'kull każ fejn intuża' (raħal/belt, triq u dettalji oħra)? Min kien il-perit jew persuna/i inkarigat għal kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet u f'kull każ min kien li ċċertifika l-kwalità tar-ready mix (konkos) u f’liema laboratorju saru t-testijiet biex ikun assigurat il-kwalità tal-konkos li ntuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu Diċembru 2014 sa Lulju 2017 intuża total ta’ 3559.65metri kubi ta’ konkos. Il-figura għal Marzu 2013 sa Diċembru 2014 hija nieqsa minħabba li l-ledgers huma miżmumin mill-pulizija bħala parti minn investigazzjoni li għadha għaddejja.
Peress li l-ammonti individwali għal kull biċċa xogħol hija minima, il-persuni nkarigati jkunu dawk il-ħaddiema fis-CMU li jkunu qed jaħdmu dik il-biċċa xogħol partikolari.
L-ebda ordni ta’ konkos ma ġiet iċċertifikata minn Perit minħabba li kif diġa’ ngħad huma ammonti żgħar ħafna.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jingħata l-wiċċ (tieni kisja) tat-tarmak tal-ewwel fażi ta' Triq Għajn Qatet fir-Rabat, Għawdex? Tista' tgħid meta hu maħsub li titkompla t-tieni fażi tat-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li t-tieni kisja tarmac fit-triq imsemmija se tingħata mat-tkomplija tal-proġett ta’ pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Għat-tieni fażi ta’ din l-istess triq inħarġet tender li ġie kkanċellat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-1 ta’ Diċembru 2017, peress li ż-żewġ offerti li ntefgħu ġew ddikjarati bħala technically non-compliant.
Ministeru għal Għawdex – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1760 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub jinstab fid-dokument anness mal-mistoqsija:
Sena
Mingħand
Dwar
Talba Aċċettata
Pendenti
Talba Rifjutata
Raġuni għalfejn it-talba ġiet miċħuda.
2015
The Malta Independent
Informazzjoni dwar min huwa impjegat f'pożizzjoni ta' fiduċja fi ħdan il-Ministeru Għal Għawdex, ix-xogħol li jwettqu u l-ħlas taghħom.
x
2015
Times of Malta
Aċċess għal l-istudju ta' fattibilita dwar l-
airstrip
f'Għawdex.
x
Skont l-Artiklu 29(2) ta' l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, ir-rilaxx ta' dan l-istudju huwa e¿entat peress li għadu ma ġiex ippreżentat lill-Kabinett.
2016
Times of Malta
Lista tad-detenturi ta'
pass
tal- Gozo Channel mill-2010 sal-2015.
x
2016
The Malta Independent
Talba għal informazzjoni dwar l-u¿u tat-tieni karozza mill-Ministru.
x
2016
The Malta Independent
Talba għal informazzjoni dwar kif jingħata il-
pass
tal- Gozo Channel u min huma id-detenturi preżenti.
x
2016
Times of Malta
Talba għal kopji tal-kuntratti ta' ngaġġ tal-konsulenti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24923
x
2016
Times of Malta
Aċċess għal l-istudju ta' fattibilita dwar l-
airstrip
f'Għawdex.
x
Skont l-Artiklu 29(2) ta' l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, ir-rilaxx ta' dan l-istudju huwa eżentat peress li għadu ma ġiex ippreżentat lill-Kabinett.
2017
Times of Malta
Talba għal kopja tas-sejħa għal proposti, kif ukoll kopja ta-Memorandum of Understanding iffirmat mill-Ministeru fir-rigward tal-proġett tal-pixxina ta' Għawdex.
x
*Aċċettata parzjalment.
2017
Times of Malta
Talba għal lista tax-xogħolijiet kollha tal-Ministeru Għal Għawdex li twetqu mis-Sur Joe Cauchi/Gozo Renovations minn Marzu 2013 sal-prezent u sjegazzjoni jekk dan ix-xogħol inghatax b'sejha kompettitiva, kwotazzjoni jew
Direct Order.
x
2017
Times of Malta
Tagħrif dwar il-proċess tas-sejħa għall-offerti tal-proġett tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex.
x
*Aċċettata parzjalment.
2017
The Malta Independent
Talba għal informazzjoni rigward individwi impjegati fuq bażi ta’
Position of Trust fi ħdan il-Ministeru Għal Għawdex.
x
Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess li kellu jsir fil-leġiżlatura l-oħra biex jinbena post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival f'Għawdex? Tista' tgħid jekk inħarġux il-permessi għal dan il-proġett u min hu l-perit nkarigat minn dan il-proġett? Meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jintuża mid-dilettanti tal-karnival f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex qed jikkunsidra żewg siti potenzjali fejn id-dilettanti Għawdxin jista jkollhom dan l-ispazju. Iktar dettalji jingħataw meta dan l-eżercizzju jigi ffinalizzat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-majjali ta' raħħala Maltin kenux qed jittieħdu biex jinqatlu fil-biċċerija f'Għawdex fl-aħħar ġimgħat? Jekk iva, meta beda dan u kemm hu maħsub li se jdumu jagħmlu dan? X'passi qed tieħu l-kumpanija Gozo Channel biex tikkontrolla rwejjaħ insapportabbli ta’ dawn l-annimali kull darba li qed jaqsmu mal-passiġġieri fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? X'passi qed jittieħdu dwar iġjene għan-nies li jkunu fuq il-vapuri?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor interpellant li minhabba ħsarat li kien hemm fil-biċċerija ta’ Malta, il-Ministeru għal Għawdex offra s-servizzi tiegħu biex issir ukoll il-qatla tar-raħħala Maltin.
Il-Gozo Channel ħadet il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi u skont r-regoli u stamdards applikabbli.
Rabat Għawdex – Triq Mons Pietru Pace — xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex jitlestew, peress li tali xogħlijiet ilhom issa għaddejjin għal diversi xhur u qegħdin jikkawżaw inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa tal-vetturi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija ser jitlestew din il-ġimgħa.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li qed jiġu rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, qegħdin jiġi rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Tista’ tgħid x’inhuma l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, għal dan il-għan? Tista’ tgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimbors f’kull każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ Mechanical Engineers u Electrical Engineers
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Mechanical Engineers u Electrical Engineers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mas-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet tal-Ministeru qegħdin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab Infurmata li fil-perijodu riferut ġew ingaġġati 2 Mechanical Engineers u 3 Electrical Engineers mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet saru fil-7 ta’Diċembru 2012, fit -27 ta’ Marzu 2015 u 17 ta’ Marzu 2017. Dawn is-sejħiet kienu minn barra u ppublikati fil-gazetta tal-Gvern, skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ. Il-persuni li ġew ingaġġi f’dawn il-gradi kienu magħżula mill- Bordijiet tal-Għa¿la maħtura u l-kriterji u¿ati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn l-Engineers qegħdin fis-sezzjoni tal-Inginerija fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u żvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati periti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mas-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet tal-Ministeru qegħdin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab Infurmata li fil-perijodu riferut ġew ingaġġati 3 periti mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet saru fil-7 ta’Diċembru 2012 u fit -13 ta’ Ottubru 2015. Dawn is-sejħiet kienu minn barra u ppublikati fil-gazetta tal-Gvern, skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ. Illum il-periti kollha tal-Ministeru qegħdin l-sezzjoni waħda fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija numru 1841 u tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1500 u ċjoè:
1) Triq Baqqari, Xewkija
2) Triq Ta’ Ċenċ, Sannat
3) Triq il-Fanal, Għasri
4) Triq Għajn Qasab, Nadur
5) Triq Gerxija, Sannat
6) Triq Pompej, Rabat?
Tista' tgħid ukoll kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-
tender
? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija kif elenkata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid fejn ser isir il-binja tal-Qorti l-ġdid ta' Għawdex? Tista' tgħid jekk f'dan il-post hemmx diġà bini ieħor u li ser jiġi mwaqqa'? Jekk iva għalxiex qed jintuża dan il-bini bħalissa? Jekk is-sit magħżul ma hemmx bini fih, ser jittieħed sit li fih hemm is-siġar u li hu barra l-iskema tal-iżvilupp? Ser ikun hemm bżonn li jiġi mibdul il-pjan lokali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar sit alternattiv. Waħda mill-ewwel sessjonijiet ta’ konsultazzjoni ġew mistiedna l-avvukati prattikanti kollha fejn saret preżentazjzoni tal-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni prinċipali għaliex inbidel il-post fejn kien ippjanat li se jsir il-Qorti l-ġdid ta' Għawdex minn Pjazza Assedju ta' Għawdex fir-Rabat għal sit qrib iż-Żona Industrijali tax-Xewkija? Tista' tgħid jekk meta ġie magħżul is-sit oriġinali tar-Rabat u qabel ma kien sar l-ebda studju ġeo-tekniku tas-sit fejn kellu jinbena dan il-Qorti kenux saru d-disinni, il-pjanti, il-bdil fil-Pjan Lokali, applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar, ħruġ ta' tenders u ħafna xogħol ieħor? Ma taħsibx li dan ifisser nefqa ta' flus pubbliċi bla pjan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispjegazzjonijiet ingħataw waqt it-tendija tal-konsultazzjoni pubblika li għaliha kienu mistednin l-Avvukati prattikati kollha f’Għawdex – kopja ta’ din il-preżentazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:New Law Courts - Proposed Relocation - Stakeholders.pdf
Proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1797 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid b'kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Tista’ tagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Proġett għall-Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella sewa €14,873,403 inkluża l-VAT. Minn dan l-ammont €12,167,295 kienu ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Ta’ min ifakkar li kien hemm skoperti arkeoloġiċi kbar li biddlu partijiet sostanzjali mill-proġett oriġinali u li taw dimensjoni akbar lil dan il-proġett. L-informazzjoni dwar il-ħlasijiet li saru tinsab fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Senior Tradesmen ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Senior Tradesmen mal-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f'kull każ meta nħarġet is-sejħa u tpoġġi kopja ta' kull sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra? Xi kwalifiki u/jew esperjenza ried ikollhom l-applikanti? X'etajiet għandhom dawk li ġew magħżula u f'kull każ dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol, kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tikkonferma jekk dawk li ġew ingaġġati llum il-ġurnata, hux qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati jew ġewx mogħtija xogħol ieħor u jekk iva, x’inhu dan ix-xogħol l-ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.