Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6156 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fl-Awstralja — Rendikont

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li delegazzjoni tal-gvern Malti għamlet żjara fl-Awstralja bejn is-27 ta’ Marzu u s-7 t’April. Din iż-żjara saret wara stedina li saret lill-gvern Malti, bħala chair in office tal-Commonwealth, mill-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk b’rabta mal-ftuħ tal-logħob tal-Commonwealth fi Brisbane. Jakkumpanjaw lili fid-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal din iż-żjara kien hemm il-mara tiegħi, tlett membri tas-Segretarjat privat tiegħi, uffiċjal tas-sigurta u l-eks Kap tal-Malta CHOGM 2015 Task Force. Jakkumpanjaw lill-mara tiegħi u lili kien hemm iż-żewġ uliedna. Kif sar dejjem fi żjarat ohra simili matul is-snin taht amministrazzjonijet differenti, l-ispejjeż tal-membri tad-delegazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħallsu mill-gvern. L-ispejjeż tat-tfal thallsu privatament. L-ispiża mħallsa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq din iż-żjara hija ta’ €142,645. Din l-ispiża tinkludi l-biljetti tal-ajru (5 għal kull persuna), l-akkomodazzjoni, il-loġistika relatata maż-żewġ laqgħat mal-komunitajiet tal-Maltin f’Melbourne u fi Brisbane, l-ospitalità għall-membri kollha tad-delegazzjoni, mhux dawk biss tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f’xi okkazjonijiet anki għall-membri tal-media lokali u għall-uffiċjali tas-sigurtà Awstraljani, spejjeż relatati mal-media lokali li akkumpanjat lid-delegazzoni, it-trasport għall-impenji kollha li kellha d-delegazzjoni Maltija u rigali għad-dinjitarji li ltaqjt magħhom u għall-kontingenti Malti li ha sehem fil-logħob tal-Commonwealth. Matul iż-żjara kien hemm sensiela ta’ impenji f’Melbourne u fi Brisbane. Fost oħrajn kelli laqgħa mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Victoria Daniel Andrews, laqgħa mal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, laqgħa mal-European Australian Business Council u laqgħat mal-komunitajiet Maltin f’Melbourne u fi Brisbane. Kont ukoll mistieden biex flimkien mal-Gvernatur Ġenerali tal-Awstralja Sir Peter Cosgrove, il-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk u s-Sindku tal-belt tal-Gold Coast Tom Tate nindirizza attività li permezz tagħha ngħata bidu għat-Trade 2018 Games Time Trade and Investment Program waqt li ntlabt nagħmel id-diskors ewlieni fil-ftuħ tal-Commonwealth Innovation Forum. Id-delegazzjoni Maltija żaret il-villagg tal-atleti li ħadu sehem fil-Logħob tal-Commonwealth u ltaqghet mal-kontingent Malti. Fuq stedina tal-Prim Ministru tal-istat ta’ Queensand Annastacia Palaszczuk, id-delegazzjoni attendiet ukoll għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob tal-Commonwealth. Kif żgur li huwa konxju l-Onor. Interpellant din ma kenitx l-ewwel darba li Prim Ministru Malti għamel żjara fl-Awstralja. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li fl-2007 il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien ukoll mexxa delegazzjoni tal-gvern Malti fl-Awstralja bejn id-29 ta’ Lulju u t-13 t’Awwissu. Id-delegazzjoni dak in-nhar kienet tinkludi lill-mara tal-Prim Ministru, uffiċjali mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u uffiċjal tas-sigurtà. Magħhom kien hemm ukoll membri tal-media lokali. Ma dan kollu b’differenza mil-lum, din il-Kamra qatt ma ngħatat rendikont tal-ispejjeż ta’ din iż-żjara. U dan minkejja li kienu saru sitt misoqsijiet parlamentari biex tingħata din l-informazzjoni. Ħdax - il sena ilu, l-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq iż-żjara tal-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegħu fl-Awstralja kienet ta’ €159,853. Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant u lill-Kamra li kien hemm ukoll okkażjoni oħra, fl-2011, meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien kien se jżur l-Awstralja biex jieħu sehem fic-CHOGM f’Perth u biex jiltaqa' ma’ xi komunitajiet tal-Maltin. Għalkemm eventwalment il-Prim Ministru ħassar din iż-żjara, jirriżulta mill-bookings li kienu saru li l-ispiża fuq biljetti tal-ajru u lukandi biss kienet se tlahhaq mill-inqas €84,390. Fl-2011 il-Prim Ministru kien se jkun ukoll akkumpanjat mill-mara tiegħu, minn uffiċjal mis-Segretarjat privat tal-Prim Ministru u minn uffiċjal tas-sigurtà. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li f’leġiżlaturi qabel l-2013 kien hemm iktar minn okkażjoni waħda li fiha ma ngħatatx informazzjoni lil din il-Kamra dwar spejjeż relatati ma safar tal-gvern. F’iktar minn okkazjoni wahda qabel l-2013 il-Prim Ministri naqsu milli jagħtu rendikont lil din il-Kamra dwar spejjeż ta’ safar għaliex deherilhom illi ma kien hemm ‘ebda ġustifikazzjoni’ jew ‘ebda skop’.
Leg 13 PQ #2405 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – social media advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq social media advertising, però maqsuma skont Facebook, Instagram, YouTube, Twitter, Google eċċ, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-entitajiet u d-dipartimenti li llum jaqgħu taht l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ilhom jagħmlu użu mis-social media fil-ħidma tagħhom, sa minn qabel l-2013. It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5824 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Adrian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Adrian Delia m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5825 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Edwin Vassallo, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Edwin Vassallo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5826 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Clayton Bartolo, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Clayton Bartolo m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5827 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Byron Camilleri, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Byron Camilleri m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5828 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Silvio Grixti, membru tal-Gvern li jirrapreżenta l-Partit Laburista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Silvio Grixti m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5905 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Entitajiet Pubbliċi – penali amministrattivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu li għandhom il-jedd li jimponu xi forma ta’ penali amministrattiva (administrative fine)? Jista' jgħid kemm hu l-massimu tal-ammont li jista’ jiġi impost inkluż anke penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi? Jista' jgħid a tenur ta’ liema liġi dik l-awtorità jew entità għandha dawk it-tali poteri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5909 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex – korsijiet ippjanati mill-IPS

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’korsijiet hemm ippjanati li jsiru mill-Institute of Public Service (IPS) ġewwa Għawdex minn issa sal-aħħar tas-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat li l-korsijiet li hemm ippjanati li jsiru mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi f’Għawdex mid-data ta’ din it-tweġiba sal-aħħar tas-sena huma dawk kif muri fil-lista annessa. Il-korsijiet jiġu organizzati skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku u l-prospectus tal-istess Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. · Public Service Values · Effective Briefing & Corresponding · Effective writing · Managing Performance to deliver a Service of Excellence
Leg 13 PQ #5947 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Malta – żwiġijiet minn koppji barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta bejn l- 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness: Sena 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Total 651 549 573 622 682 713 890 835 986 961
Leg 13 PQ #5948 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – żwiġijiet minn koppji barranin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati żwiġijiet fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex bejn is-sena 2008 u l-2017 fejn iż-żewġ partijiet mhumiex ta’ nazzjonalità Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab hawn anness: Sena 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Total 38 39 46 28 50 32 41 47 47 53
Leg 13 PQ #5965 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korp tal-Emerġenza / Kumpaniji Parastatali – suldati — ħlas dovut

Question

Jista’ l-Prim Ministru jiċċara jekk persuni li kienu f’Korp tal-Emerġenza jew impjegati mal-kumpaniji parastatali fejn kienu jaħdmu bħala suldati u ħafna minnhom bħala tradesmen u li kienu impjegati bejn is-snin 1972 u l-1997 hux se jieħdu flus dovut lilhom kif qed jieħdu ħaddiema oħrajn? Billi dawn wettqu xogħol importanti u taw servizz utli lil pajjiż, jaħsibx li dawn ukoll għandhom jibbenefikaw minn flus (somma) li l-Gvern qed jagħti l-ħaddiema oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #6008 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna kellha l-kuntratt ta’ impieg tagħha mibdul minn kuntratt definit għal kuntratt indefinit ai termini tad-Direttiva maħruġa mis-Segretarju Permanenti Prinċipali nhar it-18 t’April 2017? Jista’ jgħid ukoll f’liema aġenzija jew entitajiet pubbliċi jaħdmu dawn il-persuni, kemm-il persuna hemm f’kull aġenzija u/jew entità u f’liema grad iddaħħlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li inbidlet s-sistema. Meta l-ħaddiema fis-settur pubbliku issa m’għadhomx fuq kuntratt definit, ifisser li l-probation tal-ħaddiema fis-settur pubbliku saret bhal tal-ħaddiema l-oħra kollha fl-ekonomija, jiġifieri ta’ massimu ta’ 12 – il xahar. Sal-2013 ma kull elezzjoni ġenerali, kienu jinqalbu diversi kuntratti bi pjaċir u mhux bi dritt. Din l-amministrazzjoni qatgħet din id-drawwa kerha. Fl-istess ħin ma hemm ebda problema li ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’ID Malta u fil-MITA kien hemm persuna waħda kull wieħed li hadu d-drittijiet tagħhom, fl-MGA kien hemm 27 persuna u fl-MCST kien hemm 55 persuna.
Leg 13 PQ #6067 Sitting 124 2018-06-04 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru — Safar akkumpanjat mill-mara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bejn l-2004 u l-2012 il-Prim Ministru qattx kien akkumpanjat mis-sinjura tiegħu waqt safar uffiċjali? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta sar dan is-safar, fejn sar, kemm kienet l-ispiża u x’kien l-għan ta’ kull safra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm 13 - il okkazjoni bejn l-2004 u l-2012 meta l-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-mara tieghu fuq safar ufficjali. L-ispiża tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq dawn it-13 - il okkazjoni kienet ta’ €297,603. Il-pajjiżi li l-Prim Ministru żar akkumpanjat mill-mara tiegħu bejn l-2004 u l-2012 jinkludu r-Renju Unit, l-Belgju, l-Fillandja, l-Awstrija, l-Italja, l-Germanja, l-Lussimburgu, l-Awstralja, l-Uganda, Franza u Trinidad & Tobago. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji kollha mitluba dwar kull safra tal-Prim Ministru bejn l-2004 u l-2013, meta kien akkumpanjat mill-mara tiegħu. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 1821 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 126, nhar it-Tlieta, 5 ta' Ġunju 2018)
Leg 13 PQ #5818 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Marthese Portelli, membru tal-Oppożizzjoni li tirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandhiex impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilha ingaġġata din id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandha din id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tagħha; u c. X’inhi l-kariga u grad li tokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Marthese Portelli m’għanda ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5819 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Clyde Puli, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u l-grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Clyde Puli m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5820 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Chris Said, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Chris Said m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5821 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Hermann Schiavone, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Hermann Schiavone m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5822 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. Stephen Spiteri, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor Stephen Spiteri m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #5823 Sitting 122 2018-05-31 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5561, 5172 u 4813 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Onor. David Stellini, membru tal-Oppożizzjoni li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista għandux impjieg mal-Gvern u/jew ma’ entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku? Peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista’ l-Prim Ministru jgħid: a. Kemm ilu ingaġġat dan id-deputat fis-servizz pubbliku jew f’entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmi fil-Kostituzzjoni; b. X’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandu dan id-deputat, kif ukoll x’inhu d-dħul gross annwali tiegħu; u c. X’inhi l-kariga u grad li jokkupa llum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Onor David Stellini m’għandu ebda tip ta’ kuntratt ta’ impjieg/servizz fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.