Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-ratio ta' tobba mal-popolazzjoni f'pajjiżna? Kemm minnhom huma:
a) barranin?
b) nisa?
ċ) speċjalisti reġistrati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li skond ir-Reġistri miżmuma mill-Kunsill Mediku, preżentament f’Malta hawn 1371 tabib irreġistrat u għalhekk ir-ratio ta’ tobba mal-popolazzjoni f’pajjiżna huwa dak ta’ 1 għal kull 303 persuna *.
Minn din il-figura:
a) Preżentament in-Nazzjonalita’ tat-tobba reġistrati mal-Kunsill Mediku ma hix miżmuma. Din għandha tkun aċċessibli fil futur qarib.
b) 413 huma nisa
c) 828 huma specialisti reġistrati
* Il-Popolazzjoni ta’ Malta giet mehuda bhala 415,112 fuq is-sena 2009 mehuda mill-‘NSO News Release, 11 March 2010, 1100 hrs, 043/2010; page 9, Table 4 GDP and GNI per capita’
http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=2705
Pazjenti eskorati lejn l-bieb ta' barra tal-isptar
Question
Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li kemm-il darba pazjent, wara li jiġi discharged mit-tabib tal-Isptar Mater Dei, dan jiġi eskortat il-barra mill-binja tal-istess sptar mill-pulizija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjent jiġi eskortat ‘l barra mill-binja tal-Isptar Mater Dei mill-pulizija wara li jiġi discharged mit-tabib tal-isptar:
1. meta pazjent ikun ħebb għal pazjenti oħra, viżitaturi jew impjegati waqt li kien l-isptar;
2. meta pazjent jirrifjuta li jitlaq mis-sodda jew mis-sala meta jiġi liċenzjat mill-isptar u ċċertifikat mill-konsulent tiegħu li jista’ jmur id-dar wara li jiġi żgurat li għandu minn jieħu ħsiebu;
3. meta pazjent ikun irid jirritorna fid-dar tar-residenza propjetà tiegħu u qrabatu jirrifjutawlu l-access għall-propjetà tiegħu.
Pazjent li m'għandux min jieħu ħsiebu x'ħin joħroġ mill-isptar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri mill-pazjent li m'għandux membri tal-familja biex jieħdu ħsiebu kemm-il darba dan jiġi litteralment mkeċċi mill-isptar? Fejn u min idur bih?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li pazjenti li m’għandhomx membri tal-familja biex jieħdu ħsiebhom u li m’għandhomx il-mezzi finanzjarji biex iħallsu għal servizz biex xi ħadd jieħu ħsiebhom ma jitkeċċewx mill-isptar. Għall-kuntrarju, għalkemm dawn il-pazjenti ma jkollhomx aktar bżonn ta’ kura akuta, jinżammu fl-Isptar Mater Dei sakemm tinstabilhom allokazzjoni residenzjali skond il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li pazjenti li jiddaħħlu l-emerġenza u ma jkunx hemm fejn joqogħdu jittieħdu ġo kuritur f'sular 'l fuq, fuq l-Emerġenza stess biex ma jagħtux fil-għajn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li sakemm pazjenti qed jistennew biex jiddaħħlu ġo sala fl-Isptar Mater Dei, jistgħu jinżammu f’parti mill- Emergency Admission Wards. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-parti ta’ ward ġiet mgħammra bil-faċilitajiet adegwati biex tilqa’ lill-pazjenti
Jista' l-Ministru jgħid jekk nies li jbatu bid-dementia huwiex minnu li jekk membri tal-familja tagħhom ma jsuqux, ma għandhomx mezz ulterjuri sabiex jitwasslu fl-Activity Centre tar-Residenza San Vincenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru jekk hemmx servizzi ta' delivery taċ-ċilindri tal-ossiġnu għal dawk li għandhom bżonn dan is-servizz, u jekk kemm-il darba ma jkollhomx biex iġorru ċ-ċilindru, x'servizz qed jiġu offrut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Taqsima tat-Trasport ilha toffri servizz ta’ delivery ta’ ċilindri tal-ossiġnu għal diversi snin anke meta id-domanda għal dan is-servizz kienet ferm aktar minn dik tal-lum. Ninsab infurmat li kull darba li saret talba għal dan is-servizz, dejjem ingħata fil-pront.
Biex jingħata dan is-servizz trid issir talba lit-Taqsima tat-Trasport, li jieħdu ħsieb imorru fir-residenza tal-pazjent biex jiġbru ic-cilindru l-vojt u jibdluh b’wieħed mimli.
San Vincenz de Paule Residence — Part-timers isiru full-timers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet tal-part-timers biex isiru full-timers f'San Vincenz de Paule Residence ġewx ipproċessati? Meta se jiġu finalizzati u jiġi mħabbar ir-rizultat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
konsulta fiċ-ċentri tas-saħħa u fid-dipartiment tal-emerġena ta' Sptar Mater Dei
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni marru għall-konsulta xahar b'xahar fl-aħħar sena:
a) fiċ-ċentri tas-saħħa, ċentru ċentru?
b) fid-Dipartiment tal-Emerġenza Sptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li d-dettalji mitluba qiegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-persuni rekoverati f'istituzzjonijiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tal-persuni li huma rikoverati f'istituzzjonijiet pubbliċi (djar residenzjali għall-anzjani) fil-fatt hix komunikata mal-Isptar Mater Dei, biex meta dawn il-persuni jkun meħtieġ li jattendu f'dan l-Isptar jevitaw li jkollhom bżonn joqogħdu jagħmlu testijiet li l-informazzjoni dwarhom tkun diġà available għand l-awtoritajiet tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni medika (file mediku / medical brief) tal-persuni residenti fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern u fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule tintbagħat mal-anzjani meta dawn jintbagħtu fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jara li tiġi inkluża l-mediċina Ivabradine (Procoralan) fi Skeda V u dan biex jiġu mgħejjuna persuni bħal fil-każ li qiegħed jiġi indikat separatament ma' din il-mistoqsija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li preżentament il-pinnoli Procoralan® (ivabradine) m’humiex imnizzlin fuq il-Formularju tal-Gvern. Biex mediċina ġdida tidħol fil-formularju tal-Gvern u tkun tista tingħata b’xejn hemm proċess stipulat. Il-‘Market Authorisation Holder’ (MAH) jista’ jitlob li l-mediċina, f’dan il-kas, Procoralan® (ivabradine), tkun inkluża fuq il-formularju tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock matul is-sena 2009? Liema kienu u kemm damu out of stock kull tip separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li meta wieħed jistaqsi fuq out of stock items dan irid jiddentifika fejn kien l-istess item out of stock. Dan minħabba, li item partikulari seta’ kien out of stock f’berġa ta’ raħal, imma in stock f’kull lokalità oħra li jitqassam minnu l-istess item. Madankollu, għall-informazzjoni tal-Onorevoli Interperlant, u għall-iskop tar-risposta qed nidentifika lista ta’ items li kienu f’xi darba jew oħra f’xi ġurnata mit-365 li kien hemm fis-sena 2009 bħala out of stock mill-Main Store. Ir-raġunijiet għaliex item kien out of stock kienu minħabba xi wieħed minn dawn ir-raġunijiet:
(a)
Supplier
ma wassalx l
-item
fil-perjodu rikjest mill-Kuntratt, jiġifieri
late delivery.
IL-Kuntrattur identifikat qed ikun ikkontestat minn xi
bidder
ieħor u għaldaqstant kien hemm proċedura ta' appell u il-kuntratt il-ġdid ma ingħatax;
(b) Sejħiet għall-
tenders
li għal raġunijiet varji m'inħarġux fil-ħin;
(c) Nuqqas ta’ maniffatura ta’
item
partikulari. F’dan il-każ, mhux Malta biss ma kellix min dan il-prodott;
(d) Sejħiet ta’
tenders
li ġew ikkanċellati minħabba raġunijiet validi inkluż li l-
bidders
ma ssodisfawx ir-rekwiziti meħtieġa tat-
tender.
Ninsab infurmat li l-pilloli li qegħdin fuq il-Formularju u li kienu neqsin mill-Istores tad-Dipartiment tas-Saħħa [Taqsima tal-Procurement] fis-sena 2009 kienu kif jidher fil-lista hawn taħt:
ACETAZOLAMIDE 250MG TABLETS
AMILORIDE E' HYDROCHLORTHIAZIDE
AMLODIPINE 10MG TABLETS
AMLODIPINE 5MG
ASCORBIC ACID 100 MG TABLETS
ASPIRIN 75MG TABLETS –‘no longer procured’
BENDROFLUAZIDE 5MG TABLETS
BROMOCRIPTINE 2.5 MG TABLETS
CALCIUM FOLINATE 15MG TABLETS
CAPTOPRIL 25 MG TABLETS
CARVEDILOL 6.25MG TABLETS
CHLORAMPHENICOL 250 MG TABLETS
CLOZAPINE 100MG TABLETS
CLOZAPINE 25MG TABLETS
DANAZOL TABLETS
DANTROLENE 25MG
DAPSONE 100MG
DOXAZOSIN 1MG TABLETS
DOXAZOSINE 2MG TABLETS
ETHOSUXAMIDE 250MG TABLETS
FERROUS SULPHATE 325MG TABLETS
FRUSEMIDE 500MG TABLETS
GLYCERYL TRINITRATE 500MCG TABLETS
HALOPERIDOL 1.5MG
HALOPERIDOL 5MG TABLETS
LISINOPRIL 10MG TABLETS
LISINOPRIL 5MG TABLETS
MEDROXYPROGESTERONE 5MG TABLETS
METHYLDOPA 250MG TABLETS
NALIDIXIC ACID 500MG TABLETS
NIFEDIPINE 10MG MR TABLETS
OXCARBAZEPINE 150MG TABS
PHENINDONE 50MG TABLETS
PRAZOSIN 2MG TABLETS
PRAZOSIN 500MCG TABS (HYPOVASE)
PROPAFENONE 150MG TABLETS
ROPINEROLE 5MG TABLETS
SIMVASTATIN 10MG
STILBOESTROL 5MG
STILBOESTROL 5MG TABLETS
SULPHADIAZINE 500MG
SULPIRIDE 200MG TABLETS
TOPIRAMATE 200MG TABLETS
TOPIRAMATE 50MG TABLETS
VENLAFAXINE 37.5MG TABLETS
VERAPAMIL SR 240MG TABLETS
VITAMIN A & D TABLETS
Is-sistema eżistenti ma tippermettix li tinħareġ informazzjoni dwar kemm damet
out of stock
kull tip ta’ pillola separatament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-persuna li tgħix fil-Mosta tagħmel użu miċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, Malta jew xi ċentru tas-saħħa ieħor, minkejja li fil-Mosta diġa' hemm ċentru tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li f’każ ta’ urġenza, kullħadd għandu l-faċilità li jagħmlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha u mhux biss minn dik tal-lokalità tagħhom. L-istess japplika f’każijiet umanitarji basta l-pazjent ikollu permess bil-miktub mid-Direttur tas-Saħħa Primarja.
Madankollu r-rikomandazzjonijiet u l-etika professjonali teżiġi li l-persuni kollha jinqdew miċ-ċentru tas-saħħa tal-lokalità tagħhom minn fejn jistgħu jiġu segwiti aħjar peress li fiċ-ċentru tas-saħħa tal-lokalità tagħhom ikun hemm l-istorja medika tagħhom, kif ukoll testijiet u riżultati oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm units /postijiet tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei li huma awtonomi mill-amministrazzjoni ċentrali? Meta jgħid awtonomi xi jkun qed jifhem u b'liema mod huma awtonomi? Jista' jgħid kemm hemm, jekk hemm, postijiet li huma mmexxija b'koperattiva fl-istess qasam tas-saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Units/postijiet tax-xogħol ġewwa l-Isptar Mater Dei li huma awtonomi mill-amministrazzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa huma:
1. Medical School, li taqa’ taħt l-amministrazzjoni tal-Università
2. Institute of Health Care, li jaqa’ taħt l-amministrazzjoni tal-Università
Ta’ min jgħid li l-Post-graduate Medical Training Centre jaqa’ taħt ir-responsabbilità tad-Direttur Ġenerali, Servizzi tas-Saħħa peress li għandu responsabbilità li jikkordina t-taħriġ
post graduate
fl-ispeċjaliżazzjonijiet kollha u mhux biss dawk li hemm f’Mater Dei.
M’hemmx postijiet li huma mmexxija b’koperattiva fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati nies li kellhom il-virus H1N1 matul ix-xahar ta' Diċembru? Dawn kienu Maltin jew turisti li qed jgħixu Malta? Jista' jgħid jekk it-tilqim kontra din l-influwenza huwiex sejjer kif ippjanat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li peress li f’din il-fażi tal-pandemija mhux il-każijiet kollha jiġu rrapurtati, l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant ma teżistix. Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru kien hemm 286 każ ta' infezzjonijiet konfermati bħala A H1N1. Minħabba li n-nazzjonalità mhix relevanti għal skopijiet ta’ saħħa pubblika, il-figuri mhumiex maqsuma skond kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Il-programm ta’ tilqim kontra l-influwenza pandemika sejjer kif ippjanat għalkemm in-numru ta’ nies li rrikorrew għat-tilqima seta’ kien akbar.
Jista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema rapportati li weġġgħu u/jew tilfu ħajjithom traġikament fuq il-post tax-xogħol matul l-2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Matul l-2009, kienu rappurtati 8 inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. Dan in-numru jinkludi ukoll inċident fatali f’settur li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
Tul l-2010, ma seħħ l-ebda inċident fatali fuq ix-xogħol.
Statistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol ma tinżammx mill-OHSA iżda hija kompilata mill-Uffiċċju Nazzjonali dwar l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jitlob lill-Bord li jerġa jara l-każ tal-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, u tingħata servizz ta' home help li l-istess tabib tagħha ukoll ħass il-bżonn li jingħata dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija xebba ta’ 66 sena li ma jidhirx li għandha problemi ta’ mobilità u l-kundizzjonijiet mediċi tagħha ma jimpeduwhiex milli tagħmel xi xogħol domestiku ħafif fid-dar. Għaldaqstant il-bord huwa ta’ l-opinjoni li fil-preżent m’hemmx urġenza biex jingħata is-servizz tal-Home Help.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15134, jikkonferma l-Ministru li dawn ġew trasferiti għall-Isptar Mater Dei? X'inhu l-użu tagħhom meta il-kuntratt ħadu Poligas? Dawk li ġew irritornati lill-Multigas, kienu tal-Multigas jew tal-Gvern? X'ħallas għalihom il-Multigas? Jekk dawn kienu tal-Gvern, għax dawn iċ-ċilindri kienu jinxtraw mill-Gvern, qabel ma ħa tender il-Multigas? Mill-investigazzjoni tad-Dipartiment kemm xtara ċilidri l-Gvern u kemm kellu fuq il-proprjetà tiegħu qabel ma ħa tender il-Multigas? Kemm għandu llum il-Gvern ċilindri proprjetà tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dipartiment ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li ċ-ċilindri mediċinali li kienu jintużaw fl-Isptar San Luqa ġew trasferiti lejn l-Isptar Mater Dei.
Il-Poligas Ltd rebaħ il-kuntratt għal diversi tipi ta’ ċilindri ta’ l-ossiġnu f’Mejju ta’ l-2009 u għalhekk numru ta’ ċilindri ta’ Multigas Ltd baqgħu jintużaw fl-Isptar Mater Dei sakemm inbidel il-kuntrattur. Dan ifisser li kif l-isptar ġie fornut b’ċilindri mill-Poligas Ltd permezz tal-kuntratt il-ġdid, iċ-ċilindri li kienu proprjetà tal-Multigas Ltd u mikrija lid-dipartiment mill-istess Multigas Ltd ġew irritornati u b’hekk ma sar l-ebda ħlas mid-dipartiment lill-Multigas Ltd. Għal ċertu tipi ta’ ċilindri tal-ossiġnu u ċilindri mediċinali oħra, il-Multigas Ltd baqa’ jforni lill-isptar biċ-ċilindri mediċinali sal-lum permezz ta’ kuntratti oħra.
Aktar minn għaxar snin ilu kienet ittieħdet deċiżjoni li sa fejn hu possibli il-gvern ma jixtrix ċilindri tal-gass mediċinali iżda jikrihom. Dak iż-żmien il-gvern kellu numru limitat ta’ cilindri li kienu proprjetà tiegħu li kienu nbiegħu lill-Multigas Ltd permezz ta’ kuntratt.
Il-gvern għandu 199 cilindri ta’ diversi mediċinali fl-Isptar Mater Dei li huma proprjetà tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa? Kemm minnhom huma funzjonabbli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-garage tal-ambulanzi ta’ Gwardamanġa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 6 ambulanzi. Min dawn hemm 4 li qed jiffunzjonaw bħalissa. It-tnejn l-oħra qegħdin għat-tiswija – waħda tkun lesta sa nofs din il-ġimgħa u l-oħra għad iridu jiġu l-parts mingħand l-aġent.
Il-garage tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għandu 7 ambulanzi li bħalissa kollha qegħdin jiffunzjonaw.
Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15382 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena, minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Ministeru tiegħi ser iwettaq diversi inizjattivi f’Għawdex sal-2013. U dan, permezz tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard li qed jippjana numru ta’ programmi f’dak li jirrigwardja l-obesità. Dawn l-inizzjattivi ser jinkludu Weight Management Courses, aerobics classes u kampanja intensiva fil-media bil-għan li jkun hawn aktar għarfien fuq kif għandu wieħed iżomm piż tajjeb. Din il-kampanja għandha valur ta’ €150,000 u qiegħda immirata biex tkopri kemm Malta, kif ukoll Għawdex.