Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lukanda ta' Selmun — tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid a) il-Lukanda Selmun għadhiex topera? Jekk fin-negattiv, meta fil-fatt waqfet topera u x'kienu r-raġunijiet għaliex waqfet; b) meta ġie diskuss il-proċess li se jintuża ladarba l-lukanda ta' Selmun tkun magħluqa? Se jerġgħu jinħarġu tenders , jew hemm xi ħadd li huwa nteressat; ċ) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-lukanda Selmun, jista' jinforma lill-Kamra x’se jiġri mill-ħaddiema ta' Selmun Hotel; d) b'referenza għas-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta' Selmun, jista' jinforma lill-Kamra jekk dawn il-ħaddiema humiex se jkollhom l-istess trattament bħal dak tal-ħaddiema tal-Air Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jinforma meta dan se jiġi komunikat mal- unions u l-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Selmun Palace Hotel Ltd. hija kumpanija sussidjarja tal-Air Malta. It-tenders kollha għall-bejgħ ta’ din il-kumpanija ġew sottomessi lill-Government Property Division u l-ebda waħda ma kienet sodisfaċenti. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-operat kollu u l-organizzazzjoni relatati ma’ din il-kumpanija huma f’idejn il-management tal-Air Malta bħala l-holding company. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Kurunell Muammar Gaddafi — assi personali f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'assi personali għandu l-Kurunell Muammar Gaddafi u membri tal-familja tiegħu f'Malta jew Għawdex, sew jekk huma assi likwidi, proprjetà immobbli jew xi tip ta' assi oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Malta qed tosserva d-deċiżjonijiet u s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Persentaġġ ta' tfal f'riskju ta' faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota l-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-figuri kkwotati hawn taħt ġew ikkalkulati permezz ta’ l-Istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions, SILC) ta’ l-2009. Dan l-istħarriġ ilu jsir f’Malta kull sena mill-2005 u jkopri kampjun ta’ persuni li jgħixu f’residenzi privati f’Malta u Għawdex. Il-metodoloġija użata mill-NSO hija skond ir-regolamenti tal-Eurostat. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persentaġġ ta' anzjani f'riskju ta' faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ anzjani li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota il-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari numru. 25530. L-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — housing estates

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24759 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Taħriġ u issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’liema lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex hawn housing estates li ma nbnewx mill-Awtorità tad-Djar u meta nbena kull housing estate? Kemm huwa n-numru ta’ units f’kull housing estate? Kemm minn dawn il-units huma b’kera u kemm huma proprjetà tas-sidien li jgħixu fihom, housing estate b’housing estate?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — inkjesta dwar l-iskandlu tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'seħħ minn meta d-Dipartiment tal-VAT beda jattwa r-rakkmandazzjoni tal-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu tal-VAT biex jibda jinvolvi l-assistant heads fil-management meetings tal-istess Dipartiment tal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 2, fl-ewwel paġna tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dipartiment tal-VAT — Risk Management Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-Risk Management Directorate fid-Dipartiment tal-VAT twaqqafx kif rakkmandat fl-1 ta' Frar 2010 mill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT? Jekk iva, meta twaqqaf dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-punt 9 f’paġna 4 tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.

Dipartiment tal-VAT — management responsabilities

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-management responsabilities fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-VAT ġewx definiti kif rakkmandat fir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT? Jekk iva, meta sar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-management responsibilities fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-VAT kienu u għadhom definiti fil-performance agreement, fil-performance plan u fil-performance reviews tad-Direttur Ġenerali, id-Diretturi u l-Assistenti Diretturi kollha. Dawn il- performance agreements, Plans u Reviews ilhom isiru snin twal mindu ġew stabbiliti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Anzi huma parti mir-rekwiżiti ta’ kull pożizzjoni fl-istrutturi tat- top management tas-Servizz Pubbliku.

Dipartiment tal-VAT — spetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li kuntrarju għall-prassi tal-imgħoddi, id-Dipartiment tal-VAT għażel li jingaġġa spetturi ġodda tal-VAT mingħajr ma jiżgura li dawn ikunu ħadu taħriġ professjonali kif għamlu ta' qabilhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport li jelinka l-kummenti tad-Dipartiment dwar is-Systems Audit li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, paġna 4, punt 6.

Dipartiment tal-VAT — użu tas-servizz tal-intranet, manuals u proċeduri stabbiliti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli fid-Dipartiment tal-VAT biex jiżgura li l-istaff kollu konċernat kellu jkun familjari mal-eżistenza ta' manuals, proċeduri stabbiliti, kif ukoll l-eżistenza u l-użu tas-servizz tal-intranet, liema nuqqasijiet kollha ġew elenkati fir-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hija r-responsabbiltà ta’ kull head of section jew line manager li jara li l-ħaddiema li jaqgħu taħtu jkunu familjari mal-manwali u proċeduri li huma relevanti għas-sezzjoni tiegħu. Barra minn hekk, id-Dipartiment ħareġ ċirkolari u anke information pack għall-impjegati ġodda. Dan jinkludi wkoll referenzi għal links f’siti ta’ l-internet tal-gvern u l-intranet tad-Dipartiment.

Dipartiment tal-VAT — VAT inspectors imkeċċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' VAT inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum? Kemm minnhom tneħħew jew tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-frodi fid-Dipartiment tal-VAT?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-għadd ta’ VAT Inspectors sena b'sena mis-sena 2006 sal-lum kien kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kien hemm żewġ spetturi li tkeċċew minħabba l-iskandlu tal-VAT filwaqt li spettur ieħor tinsab sospiża peress li l-proċeduri legali fil-Qorti għadhom pendenti.