Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-prodott ‘Energie Shake’ li jintuża minn persuni fuq il-PEG feeding, għadux jingħata fit-tqassim tal-POYC, meta dan l-istess prodott ġie irtirat mill-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-‘Energie Shake’ li tintuża minn persuni fuq il-PEG feeding għaddiet minn kwarantina prekawzjonali bi ftehim mal-fornitur għall-benefiċċju tal-pazjent u għaldaqstant ma baqatx titqassam mill-POYC.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità severa, li jgħixu mal-familji tagħhom u li huma kompletament dipendenti fuq il-PEG feeding, għadhomx jingħataw l-‘Energie Shake’ bħala ikel tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-POYC m’għadhiex tqassam l-‘Energie Shake’ bħala ikel lill-persuni dipendenti fuq il-PEG feeding u għaldaqstant dawn il-persuni se jkunu qed jingħataw prodott alternattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid għandux rapporti li l-prodott ‘Energie Shake’ li jintuża minn persuni fuq il-PEG feeding, huwiex nutrittiv biżżejjed meta mqabbel ma’ prodotti oħra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jeżistu tipi differenti ta’ ‘Energie Shake’ b’diversi valuri nutrittivi li huma adatti skont il-bżonnijiet tal-pazjenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14411 dwar il-ftuħ mill-ġdid taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, fejn intqal li hu mistenni jiftaħ lejn it-tmiem tal-ewwel kwart tas-sena 2024, jista' l-Ministru jipprovdi d-data speċifika ta’ meta l-pazjenti ser ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jużaw is-servizzi ta’ dan iċ-Ċentru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-pazjenti ser ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jużaw is-servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi mill-20 ta’ Marzu 2024 'il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew jingħataw il-blood glucose monitors lill-persuni ta' eta' ikbar minn 50 sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li din l-inizjattiva ġiet estiża sa l-eta ta’ 40 sena. L-intenzjoni hija li nkomplu inwessgħu l-użu tal-blood glucose monitors għal etajiet iktar kbar.
Pazjenti li jużaw bariatric beds — Servizzi fir-renal unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjent li juża bariatric bed jistax jingħata servizz fir-renal unit?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-pazjenti li jużaw bariatric bed jistgħu jutilizzaw is-servizzi tad-Dialysis ġewwa ir-Renal Unit. Ir-Renal Unit ġieli kellu pazjenti li ġew trattati minn sodda bariatric.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għal persuni li għandhom bżonn 'renal dialysis'?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemmx lista ta’ stennija għall-persuni li għandhom bżonn ‘renal dialysis, b’hekk kull pazjent jiġi pprovdut bit-trattament immedjatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin fl-Iskola Medika Maltija fis-sena ta' qabel fetħet l-iskola ta' Barths? Jista’ jgħid ukoll kemm kien it-total ta' studenti li kienu eżentati milli jħallsu għall-istudju tagħhom u kemm kien l-ammont totali li huma ffrankaw kollha flimkien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar li ġew impjegati ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm hu n-numru ta' dawn il-ħaddiema u x’tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema? Kemm minnhom huma barranin u kemm minnhom huma ta' ċittadinanza Maltija?
Jista’ jgħid ukoll mit-8 ta' Marzu 2013, kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda tal-kuntrattur biex jaħdmu ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, maqsuma xahar b'xahar? Kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema tal-kuntrattur li fil-preżent qed jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'tip ta’ xogħlijiet qed jagħmlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Sptar Mount Carmel – Rapport dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar l-abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel, humiex ser jittieħdu passi biex dak li ġie mħallas żejjed jiġi rifuż lura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15535.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15165 u jgħid, sena b’sena mill-2013 sal-2023, kemm kienet in-nefqa fuq major amputations f’pajjiżna u kemm kien in-numru totali ta’ major amputations kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu fuq persuni bid-Dijabete?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15964 u ċjoè:
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm minn dawn il-każijiet daħlu taħt l-influwenza tad-droga u liema droga;
b. kemm daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol; u
ċ. kemm daħlu taħt l-influwenza tad-droga u tal-alkoħol flimkien?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tad-droga, tal-alkoħol u tad-droga u tal-alkoħol flimkien, mill-1 sal-31 ta’ Diċembru 2023, huwa kif ġej:
a. 67 attendenza taħt l-influwenza tad-droga
b. 183 attendenza taħt l-influwenza tal-alkoħol
c. 28 attendenza taħt l-influwenza tad-droga u tal-alkoħol flimkien
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15965 u ċjoè:
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga , jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel; u
b. kemm minnhom kienu taħt it-18-il sena, kemm kellhom bejn id-19 u t-30 sena, kemm kellhom bejn 31 u 55 sena u kemm kellhom aktar minn 56 sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn 1 – 31 ta’ Diċembru 2023, fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei daħlu 217 raġel u 61 mara taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga.
L-etajiet ta’ dawn il-persuni kienu kif ġej:
Età
Numru ta’ attendenzi
< 18
12
19-30
65
31-55
145
>56
46
Unspecified
10
Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15966 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għal kull Diċembru bejn l-2013 u l-2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li daħlu taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga għal kull Diċembru bejn l-2018 u l-2022 tinsab hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Attendenzi
2022
223
2021
149
2020
99
2019
160
2018
189
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3311 li tpoġġiet f’Seduta 217, nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Marzu 2024)
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx kumitat/bord tal-etika dwar il-pazjent (mhux relatat ma’ riċerka) f’Mater Dei li jassigura mġiba etika lejn il-pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid:
a. x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-kumitat?
b. minn min hu magħmul?
ċ. min hu ċ-chairperson u s-segretarju?
d. kull meta ltaqa’ fl-2023?
e. jistax jilqa’ ilmenti mill-pazjenti jew qraba?
f. jistax jirċievi preokkupazzjonijiet dwar etika minn staff b’dilemmi etiċi?
ġ. xi proċeduri stabbiliti hemm fir-rigward dan il-kumitat/bord?
h. jekk hemm kumitat/bord ta’ din ix-xorta, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
i. jekk ma hemmx kumitat/bord tal-etika, il-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf wieħed, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa f’Mater Dei mhemmx dan il-board.