Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hija kkalkulata l-ħażna tal-ilma fl-aquifers tal-gżejjer tagħna gżira gżira? Liema huma ż-żoni u cioè l-kwantitajiet li jistgħu jittellgħu għall-użu tax-xorb u tal-biedja u kemm huma l-kwantitajiet projbiti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ħażna ta’ l-ilma fl-aquifers ta’ Malta u Għawdex hija stmata li tlaħħaq il-biljun u nofs metru kubu. Ma teżistix stima dettaljata dwar il-ħażna tal-aquifer tal-gżira t’Għawdex, għalkemm minħabba raġunijiet ta’ daqs wieħed irid jinnota li din hija ferm iżgħar minn dik ta’ l-aquifer tal-gżira ta’ Malta.
L-ilma li jista’ jittella’ minn taħt l-art għall-użu tax-xorb u għall-biedja huwa ta’ 23 miljun metru kubu fis-sena.
Bħalissa huwa stmat li qed jittella’ madwar 10 miljun metru kubu fis-sena aktar minn dak li huwa sostenibbli.
Nfakkru li l-ħażna ta’ l-ilma m’għandhiex x’taqsam direttament mal-kwantità ta’ ilma li tista’ tittella’. Din ta’ l-aħħar għandha x’taqsam direttament mar-
recharge
.
B'referenza għat-tniġġis tal-livell tan-nitrati u tniġġis ieħor li jinsab fl-aquifer tal-gżejjer tagħna, jiġfieri f'Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jagħtini breakdown tal-livelli mkejla matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kontaminant prinċipali fl-aquifers tagħna huwa n-nitrat. Il-livelli mkejjla f’dawn l-aħħar ħames snin huma kif ġej:
Sena
Nitrate content - Mean Sea Level Aquifer - Malta
Nitrate Content - Mean Sea Level Aquifer - Għawdex
2003
64mg/l
34mg/l
2004
65.5mg/l
42.5mg/l
2005
70mg/l
39.5mg/l
2006
73mg/l
36mg/l
2007
69.5mg/l
33.5mg/l
Irrid ngħid li dawn il-livelli huma
averages
tal-valuri mkejjla fil-
Pumping Stations
tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Din is-sena l-Awtorità bdiet eżerċizzju ta’ monitoraġġ regolari li jkopri l-korpi ta’ l-ilma kollha f’Malta. L-ewwel riżultati jindikaw li apparti l-livelli ta’ Nitrati ma hawnx kontaminanti oħra (bħal pesticidi, metalli, sustanzi organiċi) li huma rilevanti fl-
aquifers
tal-gżejjer Maltin.
Huwa mportanti wkoll li wieħed jifhem li dawn il-valuri jirrigwardaw l-ilma ta’ taħt l-art u ma jirriflettux il-kwalità ta’ l-ilma li jiġi pprovdut lill-konsumatur fil-vit. L-ilma tal-vit ikun imħallat b’ilma prodott mill-impjanti tar-
Reverse Osmosis
u allura jkollu livelli ta’ nitrati ferm aktar baxxi.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena ġew impjegati żewġ persuni wieħed ma’ WasteServ Ltd u l-ieħor mal-Awtorità dwar ir-Riżorsi.
kumitati tar-riabilitazzjoni — informazzjoni fuq iċ-chairperson
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9067 u 8844 u jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitati tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9068, 8845, 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
Jista' l-Ministru jintervjeni fil-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex jiġi trasferit minn dipartiment għal ieħor taħt il-Ministeru tiegħu minħabba ċirkostanzi personali li l-Ministeru tiegħu diġà jaf bihom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-talba se tiġi eżaminata flimkien ma’ oħrajn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9232, 8472, 8146 u 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi?
Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sa llum il-flus tqassmu skond kif ġej.
Pagamenti lil SPCA MALTA
€74,064.36
Pagamenti lil SPCA, GOZO
€5,397.25
Pagamenti lin-Noah's Ark
€19,905.83
Pagamenti lill-
Animal Rights Group
€394.44
Pagament lin-
National Cat Society
€804.00
Pagamenti għall-
iStray Animal Support Group
€2,347.99
Konsulenza lill-veterinarji
€800.00
Total
€103,713.87
Irid jingħad lid-Dipartiment għadu qed jipproċessa xi talbiet oħra.
Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ
Question
In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9093, 8814, 8619 u 8365 u jindika:
1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament;
2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini?
3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Monument tas-sette Giugno ser jinżamm f’bini utilizzat mill-Valletta Rehabilitation Committee.
Rigward ir-rilokazzjoni tal-karozzini, jien infurmat li bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet dwar dan mal-ADT.
Il-Membri Parlamentari, l-AĠ, l-PSC u nies oħra li għandhom parkeġġ riservat, ser ikuni jistgħu jipparkjaw kemm fl-istess pjazza kif ukoll fit-triq ir-Repubblika. Dan l-arranġament ġie diskuss mal-Uffiċċju tal-iSpeaker tal-Parlament u l-entitajiet l-oħra. Ser ikun hemm ukoll postijiet riservati għal-
parking
ta’ nies b’disabiltà.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni għas-sussidju fuq ix-xiri ta' solar water heater tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ma ġietx aċċettata meta dan inkluda kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma kif rikjest fl-ittra li ntbagħtet lilu? Jista' jgħid x'rimedju hemm għal din il-familja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq ix-xiri ta' solar water heater tal-individwu imsemmi ma ġietx aċċettata mill-ewwel minħabba li fuq il-kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma mibgħuta ma kienx jidher l-isem fuq min joħroġ il-kont.
Infurmat li kif appena din il-problema ġiet irranġata l-applikazzjoni intlaqgħet u qed tiġi pproċessata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9246 u jgħid fiex tikkonsisti t-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Kemm-il fażi fadal qabel ma jitlesta l-proġett kollu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern għar-riabilitazzjoni tal-widien f'Malta u Għawdex separatament għal matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2009?
Jista' jinfurmani fuq in-nefqa globali tal-2008 u jagħti breakdown ta' liema widien ġew riabilitati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jinqabad ħut f'sena minn qiegħ il-baħar bil-ħarpun fl-ibħra ta' Malta? Xi speċi ta' ħut jiġu rapportati li jinqabdu u f'liema livelli speċi speċi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lis-sajd bil-ħarpun mhuwiex rkaptu kummercjali u għaldaqstant ma tinżammx statistika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-viruses u bacteria li ġew rapportati f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin fil-qasam tal-industrija lokali tal-fish farming?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li storikament hemm xi infezzjonijiet li jistgħu jidhru minn żmien għal żmien, bħal Nodavirus (VNN) fl-Ispnott, Epitheliocytis sp fil-frieħ ta' l-Awrat u Lymphocystis sp fl-Awrat żgħir. Hemm ukoll il-Pasteurella li hija nfezzjoni oħra li minn żmien għal żmien tista’ tolqot lill-ħut tagħna imma peress li dan llum huwa spiss ivvacċċinat kontra din l-infezzjoni, din ma tantx tidher. Dan il-mard imsemmi mhux meqjus bħala mard notifikabli u f'dawn l-aħħar ħames snin ma kien hemm l-ebda episodju ta' mard serju irrapurtat.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm inġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea għar-riabilitazzjoni tal-widien u l-ħażna u ż-żamma tal-ilma ġieri u tax-xita? Fejn intnefqu dawn il-fondi u f'liema sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-fondi li nġiebu dawn l-aħħar ħames snin mill-EU kienu jikkonċernaw b’mod indirett ir-riabilitazzjoni tal-widien u l-ħażna u ż-żamma tal-ilma ġieri u tax-xita. Il-fondi minfuqa sa llum kienu € 259,791 u ntnefqu biex sar Storm Water Masterplan, Strategic Environmental Assessment tal-Masterplan, u l-Environmental Assessment Report.
Hemm ukoll somma ta’ madwar € 57 miljun li ġew allokati għall-proġett ko-finanzjat mill-UE ta’ Storm Water Relief. Dan il-proġett li jrid jitwettaq sal-2015 ġie inkluż taħt l-OP 1.
Minnbarra hekk matul dawn l-aħħar ħames snin, inġiebu fondi strutturali taħt il miżura 3.1: Investiment fi Strutturi Agrikoli għal għan ta’ bini ta’ ġwiebi.
Intefqu €839,267.6 fuq proġetti ta’ 28 benefiċċjarju li investew fi ġwiebi bħala parti mill-proġetti tagħhom. Il-pagamenti lil dawn il-benefiċċjarji ingħataw matul is-snin 2005 – 2008.
Fil-jiem li ġejjin ħa tiġi imnedija il-miżura 125 bil-għan li jinġiebu fondi għar-riabilitazzjoni tal-widien
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tas-siġar tal-frott/dwieli/żebbuġ eċċ. tal-Gvern matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena varjetà varjetà? Kemm kienet in-nefqa globali kull sena għal dan it-tkabbir fl-istess perijodi separati? Kemm minnhom inbiegħu u kemm ingħataw b'donazzjoni u lil min?
Diviżjoni tax-Xogħljiet Pubbliċi — fringe benefits ta' persuna
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8986, jista' l-Ministru jirrispondi dwar il-persuna indikata separatament u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament li ġie ingaġġat b'kuntratt mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? X'inhuma l-fringe benefits li jgawdi minnhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-persuna indikat mhux mpjegat fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, imma fis-segretarjat privat tiegħi bħala Ministry Coordinator. Huwa għandu kuntratt standard għal dan il-grad kif stipulat fil-Guidelines for the engagement of staff in Minister’s Secretariats (October 2007) li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9015 u jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8987 u jgħid fejn jidħlu l-ex ħaddiema impressed li llum għadhom jaħdmu ma' l-Malta Development Corporation? Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2000 l-ex ħaddiema impressed ġew maħtura fil-grad ta’ Labourer (ex-Impressed Driver) fi Grupp I tal-Gradi Industrijali, skala ta’ salarju 20.
Peress li l-
allowance
tifforma parti mill-kondizzjonijiet tax-xogħol, nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti t-tielet fażi tal-proġett tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Kemm-il fażi fadal qabel ma jitlesta l-proġett kollu?