Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1887 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Vizzju tat-Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu biex aktar nies jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip u x'inhu r-riżultat ta' dawn il-miżuri?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jieħu diversi mizuri biex jgħin in-nies jaqtgħu il-viżżju tat-tipjip fostħom; 1. Riċentement id -dipartiment temm kampanja imsejħa ‘Ieqaf Pejjep u Irbaħ’. Din kienet immirita għall dawk in-nies li jpejpu. Kien hemm 901 persuna li applikaw u nistennew li nevalwaw din il-kampanja biex naraw l-efett tagħha. Wara l-aħħar kampanja ‘Ieqf Pejjep u Irbaħ’ ta’ 2006 saret riċerka biex tiġi evalwata il-kampanja u irriżulta’ li 23.3 % ta’ dawk li ipprteċipaw kienu għadħom ma’ jpejpux sa Frar ta’ 2008. 2. B’kollaborazjoni ma l-Unjoni Ewropeja ħadna sehem fil- ‘European Smoke Free Award’ li għada kemm għalqet u ir-rebbieħa ser jitħabru aktar il-quddiem din is-sena. 3. Maż- żgħażagħ saru attivitajiet qrib iż-żgħażagħ li kienu jinkludu taħdidiet dwar it-tabakk u testijiet tal-‘carbon monoxide’; 4. Partiċipazzjoni attiva għall-Jum Dinji Kontra it-Tabakk permess ta’ reklamar fuq it-televiżjoni u iċ-ċinema immirat lejn iż- żgħażagh biex iħeġġiehom jieqfu mill viżżju u ma’ jibdewx ipejpu. 5. Programmi għal fuq il-postijiet tax-xogħol dwar il Vizzju Tat- Tipjip u biex iħeggu u jedukaw il-ħaddiema jieqfu mill-vizzju. 6. Il-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea HELP - Għal Ħajja Bla Tabakk, għada ghaddej matul din is-sena wkoll kemm mal-kbar u kif ukoll iz-zghazagh. It-tlett prioritajiet ta’ din il-kampanja huma il-prevenzjoni tat-tipjip, li tieqaf tpejjep u il-perikli tat-tipjip passiv. 7. Regolarment jsiru klassijiet tas-‘Smoking Cessation’ fic-Centri tas-Sahha u counselling fuq livelli personali meta jkun meħtieġ. Fit-2006/2007 ipparteċipaw għall-klassijiet 555 persuna u minnhom waqfu il-vizzju 127. 8. Jingħata wkoll sevizz permes ta’ telephone ’Quitline 23266116’ għall dawk in-nies li jixtiequ jieqfu jew għandħom bżonn għajnuna jew aktar informazzjoni. 9. Artikli u intervisti fuq stazzjonijiet tar-radju u l-istampa biex jedukaw il-poplu fuq il-ħsara li jġib miegħu t-tabakk, ma jonqsux; 10. Ktejjeb ta’ Informazzjoni utili dwar it-tabakk ser jiġi ppublikat din is-sena biex in-nies jkunu jistaw jinformaw ruħom aktar dwar x’ passi għandħom jittieħdu biex jaqtgħu il- vizzju tat-tipjip.
Leg 11 PQ #1888 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mwiet ikkaġunat minn tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mwiet kkaġunat minn tipjip kull sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Adult Training Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Adult Training Centres f'Malta u Għawdex? Fejn qegħdin u kemm hu l-average attendance f'kull ċentru kuljum?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar iċ-Ċentri f’Malta hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellanti biex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #1988 Sitting 33 2008-07-15 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ilma minn spieri privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1804 u 1482 li oriġinarjament saret lill-Ministru Għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-ispieri privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb ta' l-ispieri privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej minn spieri privati? Jista' in oltre jgħid liema awtorita' hi responsabbli li tara li l-kwalita' ta' l-ilma mtella' mill-bjar fid-djar privati għall-konsum tal-bniedem hi tajba għas-saħħa ta' l-istess bniedem? X'inhi l-proċedura li tintuża biex titkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb tal-bjar tad-djar privati? Kemm-il darba fis-sena din l-entita' tkejjel il-kwalita' ta' l-ilma tax-xorb li ġej mill-bjar tad-djar privati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Membri sabiex jirreferi għat-tweġiba tal- Mistoqsija Parlamentari numru 1804.

Pażjenti — Viżti fid-djar u trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1649, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-147 terapisti li għamlu visti fid-djar matul Mejju 2008? Jista' jagħti breakdown ukoll tat-terapisti li kienu se jżuru l-142 pażjent li kienu jeħtieġu trasport matul l-istess xahar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1651, jistgħu jiġu elenkati dawn il-prodotti, sew li ġew irtirati mis-suq u kif ukoll dawk li l-Gvern qed jixtri minn sorsi oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi għal-Website ta' l-Awtorità dwar il-Medicini fuq: http://www.medicinesauthority.gov.mt/pub/ma%20withdrawn.pdf. għal-lista ta' prodotti li ġew irtirati mis-suq mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni gћat-tqegћid fis-suq. Informat li l-prodott Estracombi TTS® transdermal patches , li wkoll kien ġie rtirat mis-suq lokali, inxtara mill-Gvern minn sors ieħor.

Pilloli Lexcol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul dawn l-aħħar ġranet ma kienx hemm pilloli Lexcol fl-ispiżerija tal-Health Centre tal Ħal Qormi u dawn li huma ntitolati għalihom ġew mitluba jmorru f'health centres oħra? Jista' jara li dawn il-pilloli jerġgħu jkunu in stock fil-health centre ta' Ħal-Qormi mill-aktar fis?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Procurement irċieva konsenja ta’ 4 xhur ta’ dawn il-pilloli fl-aħħar ta’ Mejju. Din il-konsenja tqassmet kollha lill-ispiżeriji u sptarjijiet tal-Gvern. Konsenja oħra mingħand l-aġenti lokali mistennija din il-ġimgħa. Informat ukoll li d-Dipartiment qiegħed jieħu l-miżuri biex stokk minn spiżeriji oħra tal-Gvern jintbagħat fl-ispiżerija ta’ Ħal-Qormi.

Single Mother

Question

Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hija single mother ta' tarbija ta' ftit xhur u li minkejja li ilha diversi xhur li applikat għall-benefiċċji soċjali qed tiġi ta' kull darba nfurmata li t-talba tagħha kienet għadha qed tiġi pproċessata, u peress li din il-perusna m'għandiex mezzi u għandha diffikultajiet kbar saħansitra biex tixtri l-bżonnijiet bażiċi għat-tarbija tagħha, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħata attenzjoni mmedjata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' vjolenza domestika din is-sena:?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rrapportati lill-Aġenzija Appoġġ, mill-1 ta' Jannar sa l-14 ta' Ġunju 2008, kien ta' 223.

Abbużi fuq Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' abbużi fuq tfal din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, bejn l-1 ta' Jannar u l-14 ta' Ġunju 2008, kienu rappurtati lill-Aġenzija Appoġġ 394 każ ta’ abbuż fuq tfal. Ninsab infurmat ukoll li dan in-numru jinkludi każijiet rappurtati għal aktar minn darba.
Leg 11 PQ #1726 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies direttament jew indirettament mit-tipjip u dan fl-ewwel sitt xhur tas-sena? X'inhu jsir speċjalment fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex biex it-tfal, anke ta' eta' żgħira, jkunu jafu bl-effetti ħżiena tat-tipjip?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-aħħar statistika miġbura hija dik sa’ l-aħħar tas-sena 2007, fejn bejn l-ewwel ta’ Jannar 2007 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 3111 persuna residenti ta’ Malta u Għawdex. Min dawn huwa stmat illi 341 mietu direttament jew indirettament mit-tipjip. L-istatistika għal l-ewwel sitt xhur tas-sena 2008 għadha qed tinġabar minn entitajiet varji oħra. Fl-iskejjel isiru diversi inizzjativi li jinkludu tagħrif dwar il-ħsara tat-tipjip. Saru interventi kemm matul is-sena skolastika, kif ukoll waqt Skolasajf tas-sena l-oħra. F’dawn l-aħħar xhur, b’kollaborazzjoni sħiħa mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, saru dawn l-attivitajiet: · Jum Dinji bla Tabakk 2007 ġiet iċċelebrata ġo skola primarja bil-participazzjni sħiħa ta’ tfal, fejn itella kunċert li kien jiffoka fuq it-tabakk u ħsara relatata miegħu, · Waqt Skolasajf fit 2007, saru attivitajiet permess ta’ logħob fejn it-tabakk kien wieħed mis-suggetti li ingħataw importanza, · Saru ukolll diversi talks ġo skejjel fl-livell sekondarju kemm din is-sena u dik li għaddiet, · Tagħrif dwar ħsara mit-tabakk ġie inkorporat f’attivita sportiva, ukoll fl-livell sekondarju f’Mejju ta 2008.
Leg 11 PQ #1731 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Aġenzija Sedqa — Action Plan

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1266, jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra l-action plan jew il-policies dwar l-alkolħol etc li ġew identifikati mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-abbuż tad-droga, l-alkoħol u vizzji oħra flimkien mad-Direttorat għall-Policies u l-Implimentazzjni ta' Programmi? Jista' jippreżentalna wkoll l-abbozz ta' policy nazzjonali li kien miktub fis-sena 2001 mill-Agenzija Sedqa u mill-Health Promotion Unit dwar l-alkoħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għadu ma ġie ppublikat ebda dokument dwar l-alkoħol, imsemmi fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Leg 11 PQ #1872 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Blue Sticker

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-kategorija differenti ta' blue stickers jeżistu? Veru li hemm 19 minnhom li jiskadu u jridu jiggeddu kull sena u hemm oħrajn li huma fuq bażi permanenti? Jekk dan hu minnu , fuq liema kriterji intagħżlu? Għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma jinħarġiliex blue sticker permanenti meta din il-persuna tbagħti minn kundizzjoni permanenti? Ma jaħsibx li persuna b'diżabilita' permanenti inkunu qed nikkaġunawlha ħafna tbatijiet żejda u skariġġ biex toqgħod iġġedded din il-blue sticker apparti l-fatt li nkunu qed indaħħluha fi spejjeż żejda?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li teżisti kategorija waħda ta' Blue Sticker li tinħareġ fuq il-mudell ta' l-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta' Malta din tinħareg għal 5 snin, pero jekk il-professjonist tal-Kummissjoni li jeżamina l-applikant iħoss mod ieħor jista' jirrakkomanda li din tinħareg għal żmien iqsar pero mhux anqas minn sena. F'dawn l-aħħar tlett snin, l-applikazzjoniet għal Blue Sticker splodew. Għax-xahrejn Mejju u Ġunju 2008, il-Kummissjoni rċeviet aktar minn 300 applikazzjoni. Jidher ċar li dan ma kienx sostenibbli u għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet li l-applikazzjoniet u t-tiġdid tal-Blue Sticker isiru wara li l-applikant jigi eżaminat minn professjonist tal-Kummissjoni. Fil-każ fejn id-diżabililita' tkun permanenti, l-applikant jiġi eżaminat darba biss. Fil-każ ta' l-applikant imsemmi, kellu Blue Sticker li skadiet imma li qatt ma ġie eżaminat minn professjonista tal-Kummissjoni. Għalhekk meta applika biex tiġedidlu l-Blue Sticker, intalab li jarah il-professjonista tal-Kummissjoni. Jekk il-professjonista tal-Kummissjoni jiddikjara li d-diżabilita ta' l-applikant hi waħda permanenti, l-applikant ma jkollux għalfejn jerġa' jattendi għal dan l-eżami meta jiġi biex jerġa' jġedded il-Blue Sticker tiegħu ħames snin oħra.
Leg 11 PQ #1875 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ETC — Service Providers

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk ir-rebus li jeżisti bħalissa fis-service providers u fil-korsijiet ta' l-apprentistat tal-ETC jagħmilx parti mill-politika tal-Gvern u jiffurmax xi parti mill-pakkett pre-elettorali tal-wegħdi tal-PN? Jaf li ftit xhur ilu dawn is- service providers ( instructors fil- workshops u lecturers ) ġew imġiegħla jirreġistraw bħala self employed , bir-riżultat li ħafna minnhom irriżenjaw għax ma qablilhomx jaħdmu u jħallsu l-bolla kollha huma? Jaf li bħalissa l-korsijiet ta' l-apprendistat huma weqfin għax qalulhom li bħalissa l-flus spiċċaw? Jaqbel li jekk dan kollu huwa minnu, jsir xi ħaġa b'mod urġenti peress li l-ETC hija l-unika lok fejn ħaddiema/studenti li ma jidħlux l-MCAST, jistgħu jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom speċjalment minħabba l-kunċett ta' lifetime learning u on-going education ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toħroġ regolarment sejħiet pubbliċi għax-xiri ta' servizzi ta' taħrig skond il-ħtieġa. Dawn is-sejħiet, regolati mill-Public Procurement Regulations, jagħmluha ċara li l-Korporazzjoni tixtri dawn s-servizzi fuq bażi ta’ ‘kuntratt għal servizz’ (self employed) għal żmien speċifiku skond il-programm ta’ taħriġ relattiv. Għal kuntrarju ta’ dak li qed jagħti x’jifhem l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat ukoll li x-xiri ta’ dawn is-servizzi ma jaffettwa bl-ebda mod l-iskema ta l-apprendistat tal-Korporazzjoni, fejn it-taħrig jingħata mill-MCAST u l-ITS.

Iskema tal-Equity Sharing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1527 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-iskema ta' l-Equity Sharing ma reġgħetx infetħet mill-ġdid f'nofs ix-xahar ta' Ġunju kif kien imwiegħed? Jista' jgħid meta huwa maħsub li din l-iskema tinfetaħ mill-ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Filwaqt li ma jirriżultalix li saret xi wegħda bħal dik li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija tiegħu, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 973 f’Seduta Numru 17.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jindaga l-pożizzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u cioe' : i) X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jridx jaċċetta s-separazzjoni legali ta' bejn il-persuna ndikata u martu? ii) X'inhi r-raġuni li d-dipartiment qed inaqqaslu mid-dritt ta' pensjoni tiegħu kif kienet f'Lulju, 2007? iii) X'inhi r-raġuni li qed innaqsulu mill-pensjoni tat-Teżor kif kienet f'Lulju, 2007? iv) X'inhi r-raġuni li għad li dan l-individwu ndikat huwa legalment separat, jgħix għal rasu u m'għandu l-ebda konnessjoni mal-persuna l-oħra fiż-żwieġ, qiegħed jiġi ndagat mid-dipartiment u mistoqsi dwar d-dħul personali tiegħu minn investimenti sabiex tiġi regolata l-pensjoni tiegħu minħabba li martu ddaħħlet minn familjari tagħha f'residenza ta' l-istat u indipendentement minnu, stante s-separazzjoni? v) X'inhi r-raġuni li meta dan kollu nġab għal attenzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati, dawk responsabbli mill-ħruġ tal-pensjoni min-naħa tat-Teżor ddikjaraw li huma ġew mogħtija l-ordni min-naħa ta' l-istituzzjoni fejn tinsab rikoverata martu?

Response (DALLI, JOHN)

Dwar dawk il-partijiet tal-Mistoqsija li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Dwar dawk il-partijiet li jirrigwardaw il-pensjoni mħallsa mit-Teżor, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.

Karta ta' l-identita' speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom karta ta' l-identita speċjali maħruġa mill-KNPD u jagħti l-informazzjoni separatamennt għal kull lokalita' f'Għawdex u f'Malta u skond is-sess tad-detenturi tal-karta ta' l-identita' speċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Child Care Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn child cares centres f'Malta u f'Għawdex u fejn qegħdin? Jista' jgħid liema huma tal-gvern u liema huma tal-privat jew tal-Knisja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u mistoqsija parlamentari 1337 li saret lill-Ministru għall-Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u cioe': Kemm huwa stmat li hu n-numru ta' Għawdxin li jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom fis-settur pubbliku? Kemm fis-settur privat?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2018 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Abbużi minn benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 2007 fuq abbużi minn benefiċċji? Kemm-il każ ta' abbuż instab u x'kienet id-deċiżjoni fuq dawn il-każi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.