Legislature:
Category:
Reset
Active:

ĠEM16+ — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9216 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8387, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ĠEM16+ li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull student li baqa’ jistudja matul is-sena akkademika kien intitolat għal voucher ta’ sena għal internet b’xejn.

ITS — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9217 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8388, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ITS li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull student li baqa’ jistudja matul is-sena akkademika kien intitolat għal voucher ta’ sena għal internet b’xejn.

MCAST — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9218 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8389, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-MCAST li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull student li baqa’ jistudja matul is-sena akkademika kien intitolat għal voucher ta’ sena għal internet b’xejn.

Università — studenti li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9219 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8390, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Università li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li komplew b’mod immedjat il-livell post-sekondarju fil-Junior College, li taqa’ taħt l-Università ta’ Malta, jibbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10625, jista’ l-Ministru jispjega x’għandu jinftiehem bil-kelma "donazzjoni" meta fil-mistoqsija parlamentari 7593 il-Ministru kkonferma illi l-iskejjel tal-Istat qed jiċċarġjaw għall-kiri tas-swali u dan huwa rregolat "mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi"?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mtarfa – Proġett għal użu tal-ex-skola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk instabx xi użu għal ex-skola primarja tal-Imtarfa u jekk hemmx xi proġett marbut magħha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7397.

Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10601 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10417, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Grad Total ta’ impjegati ġodda Kap 2 Asst. Kap 13 LSE 31 Għalliem/a 152

Skejjel tal-Istat — ingaġġ ta' LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10608 u jgħid kemm-il persuna iktar hemm bżonn li tiġi ingaġġata mal-Gvern bħala LSE fl-iskejjel tal-Gvern, maqsumin skont il-livell primarju u dak sekondarju, sabiex tkun intlaħqet id-domanda għal-LSEs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Studenti bi bżonnijiet speċjali li jkollhom bżonn LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dawk l-istudenti bi bżonnijiet speċjali fit-tagħlim, kemm idumu jistennew għal LSE minn wara li jiġu identifikati li għandhom bżonn l-għajnuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – Kors fis-Social Work

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kors fis-social work li huwa ppjanat li jingħata mill-MCAST hux se jkun ta' livell ta' diploma jew Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (MQF), jew inqas, jew iktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors li qed jiġi ppjanat mill-MCAST se jkun ta’ livell 6.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — speech and language pathologists impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' speech and language pathologists li ġew impjegati mill-Ministeru, jew xi entità li taqa' taħtu, mill-2013 sal-lum, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati fil-fatt irriżenjaw mill-impjieg tagħhom mal-Gvern, sena b'sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena msemmija ġew ingaġġati 7 speech and langauge pathologists mal-Ministeru, filwaqt li kien hemm 2 riżenji.

Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10600 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10416, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Grad Total ta’ mpjegati ġodda Kapijiet 1 Assisenti Kapijiet 21 Għalliem/a 89 LSE 152 Edukaturi tal-Kindergarten 29

Assoċjazzjonijiet sportivi – għoti ta’ fondi

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista sħiħa tal-fondi mogħtija lil kull assoċjazzjoni sportiva, maqsuma assoċjazzjoni b'assoċjazzjoni, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba numru 3563, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi ġodda mogħtija s’issa matul din is-sena qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar – għoti ta’ fondi

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista sħiħa tal-fondi mogħtija lil kull assoċjazzjoni sportiva, maqsuma skont l-assoċjazzjoni, b'rabta mal-preparamenti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f'pajjiżna fl-2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba numru 8171.

Edukaturi fil-livell medju li se jkunu redundant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edukatur fil-grad ta' għalliem (fil-livell medju) ser ikun qed jiġi redundant mill-iskola (kemm Malta u kemm Għawdex) li kien fiha matul is-sena skolastika li għaddiet (2022/2023)? Jista’ jagħti elenku ta’ x'suġġetti kienu jgħallmu u jgħid minn liema skola qed ikunu redundant?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.