Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġux il-permessi neċessarji biex isir ix-xogħol fuq il-fibre optic link bejn Malta u Għawdex? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid jekk ħarġux it-tender għal dan ix-xogħol u jekk iva meta ħarġu? Jekk le, x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux dawn it-tenders u meta huwa ppjanat li jinħarġu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet neċessarji għall-permessi meħtieġa biex isir ix-xogħol fuq il-fibre optic link bejn Malta u Għawdex qed ikunu proċessati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Il-vetting tad-dokument tat-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti, wasal fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Junior Architects fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa nħarġitx internament fis-Servizz Pubbliku jew minn barra? Tista' f'kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu preżentament dawk magħżula u f’liema sezzjoni tal-Ministeru qegħdin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perijodu imsemmi ġew ingaġġati 2 Junior Architects mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet għal dawn il-postijiet vakanti kienu minn barra u kienu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,485 tat-13 ta’ Ottubru 2015. Il-persuni li ġew ingaġġati f’dawn il-gradi kienu magħżula minn Bordijiet tal-Għażla maħtura apposta u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2696, tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu u kemm ilu jaħdem mal-Gvern, kull wieħed mill-11-il ħaddiem tal-Intervention Unit fil-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li ħadu kumpens għas-servizz telefoniku
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1798 u tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Tista’ tgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll tispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 1798 - Persuni mhux regolati b'kuntratt_Tabella Finali.pdf
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz tal-fast ferry service bejn Għawdex u Malta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu fil-pjan tal-Gvern li jkun hawn il-fast ferry service bejn Għawdex u Malta. Dan ser isir wara li jiġi konkluż l-eżerċizzju tal-PSO.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2123 u tgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru 2017? Tista' tgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew JobsPlus għax-xogħol? Tista' tgħid f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Tista' l-Ministru tgħid każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu? Kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perijodu riferut ġew appuntati 86 persuna fil-grad ta’ Labourer, li ġew magħżula skont il-ħiliet u l-esperjenzi li għandhom. L-aħħar ingaġġ sar fl-1 ta’ Gunju 2017. Dawn il-Labourers ġew assenjati diversi ħidmiet fl-uffiċċini u taqsimiet fi ħdan id-Direttorati fil-Ministeru.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlametari 1795 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fil-perijodu msemmi ġew impjegati 147 persuna mal-Ministeru fi gradi diversi u dan skont il-ħtiġiet li nqalgħu. Dawn il-sejħiet ħarġu skont kif inhu irregolati l-ingaġġ ta’ ħaddiema fis-servizz pubbliku.Ta’ min isemmi ukoll li fl-istess perijodu kien hemm 215-il persuna li rtiraw jew irriżenjaw mis-Servizz Pubbliku, ġew trasferiti f’Ministeri oħra, tkeċċew mis-Servizz Pubbliku jew mietu.
Nadur – Triq l-Imġarr – terms of reference għall-istudju
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2268, tista’ l-Ministru tgħid min qed iħejji t-terms of reference għall-istudju biex isiru interventi fi Triq l-Imġarr fin-Nadur? Tista' tgħid meta huwa mistenni li jkunu lesti dawn it-terms of reference?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li t-Terms of Reference indikati qed jitħejjew minn Perit fi ħdan il-Ministeru u mistenni li jkunu lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena.
Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar – Impjant tar-riċiklaġġ tad-demel
Question
Peress li kien hemm oġġezzjonijiet kbar mir-residenti u mill-Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li l-investitur tefax applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel li huwa intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex?
Ir-Rabat Għawdex – Pjazza San Franġisk – tenders għal xogħol infrastrutturali
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux it-tenders għax-xogħol infrastrutturali li għandu jsir fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, liema xogħol issemma f'diversi budgets fl-aħħar tliet snin? Meta hu ppjanat li jinħarġu dawn it-tenders u li jibda x-xogħol? Kemm hu maħsub li ser jiġi jiswa dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol f’din il-pjazza prinċipali ta' Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li rigward dan il-proġett se jinbdew il-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-istakeholders involuti fosthom mal-kumpanija GO plc u l-Enemalta. Hemm ukoll proċess ta’ konsultazjoni li ser jibda’ fit-12 ta’ Jannar 2018, b’laqgħa pubblika. Wara l-eżitu ta’ dan il-proċess ikunu jistgħu jiġu ppreparati t-tenders meħtieġa biex ikun jista’ jibda jsir ix-xogħol meħtieġ. Huwa maħsub li dan il-proġett ikun jiswa madwar €1.5 miljun.
Tista’ l-Ministru tikkonferma li biex jinbena l-Qorti l-ġdid f'Għawdex fis-sit il-ġid li ġie magħżul issa, se jkollhom jitneħħew il-Pitkalija u l-Biċċerija? Jekk fl-affermattiv, issa fejn sejrin jiġu rilokati l-Biċċerija u l-Pitkalija? Kemm kienet ġiet tiswa l-biċċerija li hija waħda moderna meta kienet inbniet u mgħamra bl-attrezzaturi kollha? Kemm minn dawn il-flus li ntefqu fil-binja tal-Biċċerija kienu fondi mill-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2585. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni ser idum miftuħ sas-17 ta’ Diċembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm baqar u majjali reġistrati f'Għawdex? Jista' jgħid f'kemm-il razzett jinsabu u f’liema lokalitajiet jinsabu dawn l-irziezet? Jista' jgħid dan l-ammont ta' baqar u majjali f'Għawdex kemm huwa bħala persentaġġ ta' baqar u majjali tal-pajjiż kollu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2582, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma poġġietx fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tal-Perit kif ukoll kopja taċ-ċertifikat tat-testijiet għax-xogħol li sar fuq Triq ta’ Ċenċ, Sannat; Triq il-Fanal, Għasri; Triq Għajn Qasab, Nadur; Triq Għerxija, Sannat u Triq Pompej, Rabat, Għawdex? Dan ifisser li ċ-ċertifikat u testijiet ma sarux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li jista jkun hemm kwistjonijiet ta’ sensittivitta’ tal-informazzjoni, qed jintalab parir jekk din tistax tingħata.
Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati:
Parti minn Triq San Leonard, Xewkija /Rabat
Parti minn Triq Monġur, Għarb
Marsalforn (ħdejn il-bridge )
Triq Ta’ Cordina, Għajnsielem
Ramla Bay (wara il-gabbani )
Sqaq ta' Spring Street, Xagħra
Żona Industrijali, Xewkija
Triq ir-Rabat, Żebbuġ
Triq it-Tempju tal-Imramma, Sannat
Triq Ta’ Bullara, Xagħra
Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria
Triq Santa Dminka, Victoria
Triq il-Qortina, Sannat
Triq il-Kapuċċini, Victoria
Pjazza San Franġisk, Victoria
Triq it-Tiġrija, Nadur
Triq Ninu Cremona, Victoria
Triq il-Mitħna, Xewkija
Triq is-Salini, Marsalforn
Triq Għajn Abdun, Santa Luċija
Triq San Lawrenz, San Lawrenz
Triq Ta’ Sdieri Għarb / Triq Ta' Pinu
Triq tal-Għajn, Fontana
Vjal it-8 ta' Settembru , Xagħra
Triq Daħlet Qorrot, Nadur
Triq id-Dawwara / Triq il-Wied / Triq Kerċem, Rabat
Triq it-Tabib Anton Tabone, Rabat
Triq Enrico Mizzi, Rabat
Triq is-Sellum, Xagħra/ Rabat
Triq tal-Ħanaq, Nadur
Triq Qbajjar. Marsalforn
Triq Ta' Ċenċ, Sannat
Triq Sant' Orsla, Rabat
Triq 31 ta' Marzu 1979, Rabat
Triq ta' wara l-Heliport
Parti min Triq Għajn Qatet, Rabat
Tista' tgħid ukoll kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha, jekk inbnietx mill-ġdid jew inkella kienx hemm major patching (ingħatat kisja tarmac)? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas il-kuntrattur/i fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru u d-dati meta saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex– kisja ta’ tarmac
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex u dan peress li ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappiera perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tarmac fuq din it-triq kien il-kompitu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Munxar Għawdex – Triq Żgħawri – impjant tar-riċiklaġġ tad-demel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel għadux intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex? Jekk le, hemm xi ħsieb li jsir f’xi post ieħor f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan huwa proġett tal-privat u mhux tal-Gvern.
Tista’ l-Ministru tgħid meta ser titkompla Triq Ta’ Sannat li kienet tlestit biss sa nofs il-qasam? Meta ser isir in-nofs l-ieħor li tibqa’ sejra sal-Pjazza tal-Knisja Ta’ Sannat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li rigward dan ix-xogħol hemm il-ħtieġa tal-permessi tal-Awtorita tal-Ippjanar. Malli jigi eżawrit dan l-istadju jitkompla x-xogħol.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali – rimborż għall-użu tal-karozza privata
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż uffiċjali f'entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, qegħdin jiġu rimborżati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Tista' tgħid x’inhu l-grad ta' dawn l-uffiċjali u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw kif ukoll min awtorizza li jiġu rimborżati? Tista' tgħid kull uffiċjal x'ammont ta' flus irċieva għal dan il-għan sena b'sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017 sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra