Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spiżerija f'Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15322 dwar spiżjerija tal-gvern ġdida ġewwa Raħal Ġdid?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant dwar spiżerija akbar fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid irid jiġi kunsidrat fl-ambitu kemm ta’ proġett li hemm ippjanat f’Raħal Ġdid fejn hu maħsub li jiġi żviluppat Ċentru tas-Saħħa ġdid kif ukoll fil-pjanijiet ta’ espanzjoni tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Dwar propjetà li hija mikrija lil terzi, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra: a) kemm hemm impjegati mal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol; b) l-gradi rispettivi tax-xogħol tagħhom; ċ) kemm minnhom huma spetturi u f’liema oqsma?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha 28 impjegat. Dan in-numru jinkludu żewġ ħaddiema tal-IPSL li qegħdin jagħmlu xogħol klerikali, imjegata li fil-preżent qegħda fuq parental leave, impjegat tad-Divizjoni tas-Saħħa li hu assenjat xogħol mal-awtorità, u impjegat ieħor li hu detailed mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Gradi ta’ ħaddiema bin-numru ta’ impjegati f’kull grad qed jintwerew hawn taħt: Chief Executive Officer 1 Head, Technical Operations 1 Senior Managers (Administration and Management) 1 – Corporate Services 1 – Policy, Planning and Programme Implementation 1 – Communications and PR, European Agency Focal Point 1 - Communications and PR, European Agency Focal Point (Barra mix-xoghol fuq parental leave ) Senior Managers (Technical) 1 – Engineering 1 – Radiation Protection Principal OHS Officer 1 – Chemical/Biological Agents 1 – Radiation Protection 1 – Machinery, equipment, plant, installation 1 – Accident investigation 1 – Occupational medicine OHS Officer I 6 – assenjati fil- general pool tal-iSpetturi Personal Assistant 1 Senior Clerk 2 Clerk 4 Messenger/Driver/Handyman 1 1 – detailed mal- OPM TOTAL 28

Sptar Mater Dei — Statistika ta' kemm ġie jiswa l-bini ta' l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12225 u 10507 u jagħti statistika finali ta' kemm ġie jiswa finalment l-bini tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex kollha imħallsin jew jekk inkella għadx fadal dejn x'jiġi imħallas? Kemm kienet oriġinarjament l-ispiża u jekk sarx studju li identifika fejn kellhom jitħallsu iktar flus għal dak li kien proġettat li ghandu jsir b'irħas? Għaliex kien hemm differenza bejn dak li kien maħsub li se jsir u fil-fatt dak li kien sar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Sakemm jiġi konkluż il-project closure agreement bejn il-Gvern u Skanska SMJV ma tistax tingħata l-istatistika finali ta’ kemm ġie jiswa l-proġett tal-Isptar Mater Dei. L-istatistika finali ta’ kemm ġie jiswa l-proġett tal-Isptar Mater Dei tkun tista’ tingħata sat-Tnejn 3 ta’ Mejju 2010.

Ċimiterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu budget ħalli jsiru tiswijiet u arranġamenti fiċ-ċimiterji kollha ta' Malta, ċimiterju, ċimiterju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li budget għas-sena 2010 ħalli jsiru tiswijiet u arranġamenti fiċ-ċimiterji ta’ Malta jammonta għal €35,000 u dan jintuża skont il-ħtiġijiet u mhux allokat għal ċimiterji partikolari.

Ċimiterju tar-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata l-ordni ħalli fiċ-Ċimiterju tar-Rabat, Malta, tibda tintuża l-parti li nbniet l-aħħar u jibdew it-tiswijiet u l-arranġamenti neċessarji fil-parti l-antika?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li xogħolijiet fiċ-ċimiterju Sta Margerita, Rabat (il-parti l-antika) nbdew fix-xahar ta’ Frar. Ix-xogħol jikkonsisti f’xogħlijiet fuq il-faċċata kif ukoll livellar u tibdil tal-kaptelli tal-qobra li qiegħdin fuq quddiem taċ-Ċimiterju. Ix-xogħol fuq il-kaptelli jista’ biss isir meta l-qobra jkunu vojta. L-estenzjoni taċ-ċimiterju tista’ tintuża meta jkun hemm il-bżonn.

Ċimiterju tar-Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jinbena ċimiterju ġdid għar-residenti Rabtin li jkunu jridu jindifnu ġewwa ċ-ċimiterju tar-Rabat Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li preżentament m’hemm l-ebda ħsieb li jinbena ċimiterju ġdid fl-inħawi tar-Rabat, Malta. Bl-estenzjoni taċ-ċimiterju hemm biżżejjed oqbra għall-bżonnijiet tar-Rabtin. Tali deċiżjoni tista' tiġi rikonsidrata meta jinħass li jkun hemm il-bżonn.

Użu ta' krematorju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-katavri tal-għeżiez tagħna nkunu nistgħu nagħmlu użu minn krematorju u mhux nidfnuhom bil-mod tradizzjonali li aħna mdorrijin bih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-pjanijiet tal-estenzjoni taċ-ċimiterju ta’ Sta Marija Addolorata hemm post allokat għall-bini ta’ krematorju iżda l-gvern m’għandux l-intenzjoni li jibni jew jamministra krematorju f’dan l-istadju. Rikjesti għal bini u amministrazzjoni ta’ krematorja privati jiġu kkonsidrati.

Dipartiment tas-Saħħa — numru ta' tobba

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14012 li kienet saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid skond id-Dipartiment tas-Saħħa kemm huwa n-numru ta' tobba llum f'pajjiżna? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom iservu f'Malta jew f'Għawdex rispettivament? Kemm minnhom iservu fil-privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li skond ir-Reġistri miżmuma mill-Kunsill Mediku, preżentement f’Malta hawn illiċenzjati 1378 tabib, li minnhom 413 huma nisa. Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-parti tal-mistoqsija fejn qed jirreferi għat-tobba li jservu f’Malta jew Għawdex fis-sens jekk huwiex qed jirreferi għat-tobba kollha jew dawk nisa biss. Ninforma ukoll lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa iżomm biss dettalji tat-tobba li jaħdmu mal-Gvern u ma tinżamx informazzjoni ta’ kemm tobba jaħdmu fil-privat.

Sptar Mater Dei — sistemi ta' records fil-polikliniċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li s-sistemi ta' records li għandhom il-polikliniċi jiġu komunikati mal-Isptar Mater Dei? Jista' jagħti tagħrif jekk hemmx il-ħsieb li fil-polikliniċi jkun hemm sistema ta' x-rays li tkun ukoll imqabbda ma' dik tal-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm il-ħsieb li s-sistemi ta’ records tal-pazjenti fiċ-ċentri tas-saħħa jinqalbu għal sistemi elettronici. Id-Dipartment tas-Saħħa Primarja diġà beda proċeduri biex l-X-rays fiċ-ċentri tas-saħħa jkunu diġitalizzati u jkunu mqabbda mas-sistema tal-Isptar Mater Dei.

Informazzjoni dwar tobba li ggradwaw fl-2009

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' tobba li ggradwaw MD matul l-2009 li qed jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern? Kemm minn dawn it-tobba marru jistudjaw barra minn Malta? F'liema istituzzjonijiet barranin marru jistudjaw dawk li marru barra minn Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li matul l-2009 kien hemm 61 gradwati fil-medicina. Minn dawn 46 baqgħu jaħdmu fl-isptarijiet tal-gvern.

servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi riveduta talba ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għall-home help peress li din fl-età li tinsab fiha tixtieq li jkollha dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija armla ta’ 77 sena. Hija kompletament indipendenti u ma tbgħatix minn xi kundizzjonijiet mediċi li jimpeduwha milli tagħmel xi xogħol domestiku ħafif.

informazzjoni dwar oqbra ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15521, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata preżentament hemm 4029 applikazzjoni għal xiri ta’ oqbra mill-pubbliku. L-ewwel fażi tal-proġett li tinkludi il-bini ta’ 2,000 qabar inbdiet u bħalissa qegħda fil-fażi tat-tħammil. L-ewwel 2000 fuq il-waiting list ser ikunu jistgħu jixtru l-qabar.

Kwestjoni fuq infemiera li rritornaw lura għax-xogħol

Question

Peress li l-gvern għandu l-policy li jinċentiva r-ritorn ta' infermiera ommijiet fuq il-post tax-xogħol wara li dawn ikunu bnew familja; peress li l-gvern qal ripetutament li hawn ħtieġa kbira ta' infermiera, jista' l-Ministru jgħid għalfejn m'hijiex policy kostanti fis-swali kollha li l-infermiera li jkunu għażlu li jirritornaw għax-xogħol fuq bażi ta' reduced hours jew anke saħansitra bl-erbgħin siegħa jieħdu lura s-sala li jkunu telqu minnha meta jkun għad hemm in-nuqqas u l-ħtieġa ta' riżorsi umani fl-istess sala? Jagħmel sens li meta l-gvern qed jgħid li għandna bżonn l-infermiera, dawk l-infermiera ommijiet li jirritornaw għax-xogħol fuq reduced jew erbgħin siegħa jinxteħtu daqqa' sala u daqqa' sala oħra minn jum għal jum b'mod li jinxteħtu barra mit-tieqa l-principji tal-continuity of care u specialisation, apparti mill-ħela ta' esperjenza kbira li dawn ikunu akkumulaw fil-mother-ward tagħhom? Kemm huma l-infermiera nisa li rritornaw għax-xogħol sena b'sena fl-aħħar ħames snin fuq bażi ta' reduced hrs, fuq bażi ta' erbgħin siegħa u fuq bazi ta' sitta u erbgħin siegħa separatament? Kemm minnhom żammew is-sala oriġinali tagħhom? Kemm minnhom le? F'liema dipartiment jew addirittura ward seħħ dan l-iktar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u x’kienu l-mediċini li fl-aħħar 12–il xahar kienu out of stock mill-ispizeriji tal-gvern? X’alternattiva ingħataw il-pazjenti li kienu intitolati għall-mediċinali li kienu out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ medicini li kienu nieqsa mill-ispiżeriji tal-Isptar Monte Karmeli, tal-Isptar Boffa u tal-Isptar Zammit Clapp / Karen Grech għal xi perjodu matul l-aħħar tnax-il xahar huma kif jidher fit-tabelli annessi. Fil-preżent, fl-ispiżeriji tac-Centri tas-Saħħa, Sptar Mater Dei u San Vincenz ma tinżammx statistika kumulattiva ta’ sena sħiħa peress li l-lista tal-medicini out of stock tinbidel minn ġurnata għall-oħra. Madankollu huwa maħsub li jkun hemm sistema ċentralizzata ta’ ‘ stock management ’ biex inkunu nistgħu nikkontrollaw il-mediċini aħjar u b’hekk inqassmu l-istock madwar l-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa skont id-domanda. Bħalissa, meta jkun hemm mediċini out of stock il-pazjent jiġi offrut dawn l-alternattivi: · Jekk il-mediċina tkun għadha ma marritx out of stock minn spiżeriji tal-gvern oħra, il-pazjent jintbagħat biex jiġbor din il-mediċina minn hemmhekk; · Jekk il mediċina out of stock tkun teżisti f’doża oħra minn dik specifikata fuq ir-riċetta, tingħata din id-doża imma bi kwantita’ li tkun ekwivalenti ma’ dik specifikata fuq ir-riċetta; · Jekk il-medicina out of stock ma tkunx teżisti fl-ebda doża fl-ebda waħda mill-ispiżeriji tal-gvern il-pazjent jingħata mediċina alternattiva skont it-talba tat-tabib.

dental clinics fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet f'dental clinic f'kull ċentru tas-saħħa matul l-2009? Kemm-il siegħa ta' dental clinic qed tingħata f'kull ċentru tas-saħħa fil-ġimgħa bħalissa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher fit-tabelli hawn taħt : Tabella 1: Persuni li attendew id- Dental Clinic matul-2009 Ċentru Tas-Saħħa Floriana Qormi Gżira Raħal Ġdid Bormla Mosta Rabat B’Kara Total Numru ta’ Persuni li attendew 6725 2163 4197 4478 1735 4806 2304 3816 30,224 Tabella 2: Numru ta’ siegħat tad- Dental Clinic li qed jingħataw mic-centru tas-saħħa Centru Tas-Saħħa Mosta Rabat B’Kara Raħal Ġdid Bormla Furjana Qormi Gzira Sieghat fil-ġimgħa 40hr 34hr 37hr 47hr ġimgħa 22hr u ġimgħa 27hr (alternating) 40hr ġimgħa 29hr u ġimgħa 33hr (alternating) 40hr

pazjenti nfettati bl-MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu iżolati pazjenti li jinsabu nfettati bl-MRSA fid-diversi sptarijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt: Sptar Mater Dei: L-Infection Control Unit tal-Isptar Mater Dei kuljum toħroġ lista ta’ pazjenti li jkunu ġew identifikati mil-laboratorju tal-mikrobijoloġija li tkabbrilhom il-mikrobu tal-MRSA f’xi kampjun kliniku. Wara dan, isir risk assessment tal-każ u jekk tiġi determinata il-htieġa li l-pazjent jiġi iżolat, dan jitqiegħed f’ single room . F’dawn il-każi, jiġu nfurmati kemm it-tobba li huma responsabbli mill-kura ta’ dak il-pazjent kif ukoll in- Nursing Officer tas-sala. Dan isir sabiex jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha li hemm mfassla fil-Mater Dei Hospital MRSA Policy. Sptar Boffa: Pazjenti li jiġu nfettati bil-virus tal-MRSA jitpoġġew f’ single room . Sptar Monte Karmeli: Pazjenti li jinstabu nfettati bl-MRSA, jiġu iżolati fl-Isolation Units, waħda fil-FW2 għal pazjenti nisa u oħra fil-MW2 għal pazjenti rġiel. Dawn jibqgħu taħt attenzjoni u kura izolata sakemm jiġu tlett riżultati konsekuttivi negattivi. Residenza San Vincenz de paule u Djar għall-Anzjani tal-Gvern: Fejn hu possibli, pazjent li jiġi identifikat li għandu l-MRSA jinżamm f'kamra għalih waħdu, wara li issir konsultazzjoni mal- Infection Control Nurse tad-Dipartiment. Meta għal xi raġuni ma jkunx hemm post f'kamra b’sodda waħda, xorta jittieħdu miżuri biex jitrażżan ir-riskju li jinfirex il-virus billi jsir non physical isolation jiġifieri, filwaqt li pazjent jibqa’ fil-kamra ma’ l-oħrajn jinżamm limitu ta’ spazju madwar is-sodda. Dan jista’ isir minħabba li l-MRSA tinfirex biss bil-kuntatt u għalhekk il-mizuri l-aktar importanti huma l-ħasil ta’ l-idejn u protezzjoni tal-ħwejjeġ. Sptar Zammit Clapp / Karen Grech: Fejn hu possibli, pazjent li jiġi identifikat li għandu l-MRSA jinżamm f'kamra għalih waħdu. Dan huwa possibli l-aktar fl-Isptar Karen Grech fejn kull sala għandha numru ta’ kmamar b'sodda waħda. Din l-proċedura tiġi segwita wara li ssir konsultazzjoni mal- Infection Control Advisor tal-Isptar. Meta għal xi raġuni ma jkunx hemm post f'kamra waħdu, xorta jittieħdu miżuri biex jittrażżan ir-riskju li jinfirex il-virus billi isir non physical isolation , jiġifieri filwaqt li pazjent jibqa’ fil-kamra ma’ l-oħrajn jinżamm limitu ta’ spazju madwar is-sodda. Dan jista' jsir minħabba li l-MRSA tinfirex biss bill-kuntatt. F’każijiet simili, il-miżuri l-aktar importanti huma l-ħasil tal-idejn u protezzjoni tal-ħwejjeġ.

pażjenti li korrew fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm korrew pazjenti fid-diversi sptarijiet f'Jannar u Frar 2010? X'kienu l-konsegwenzi f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fl-Ispar Boffa u fl-Isptar Monte Karmeli matul il-perjodu indikat ma kien l-ebda inċident fejn pazjenti korrew waqt li kienu rikoverati. Matul l-istess żmien fl-isptar Mater Dei kien hemm 27 każ ta’ pazjenti li waqgħu jew żelqu. Dawn il-pazjenti kollha ġew invistati minn tabib wara l-waqgħa. Kien hemm każ wieħed fejn irriżulta li, b’konsegwenza ta’ din il-waqgħa, il-pazjent sofra ksur fl-ispalla. Fil-kumplament tal-każi ma irriżultawx konsegwenzi serji. Fl-Isptar Zammit Clapp / Karen Grech kien hemm 19 -il każ ta’ pazjenti li waqagħu. Dawn jinkludu kemm pazjenti li ġew id- Day Hospital bħala out-patients kif ukoll in- patients . Il-maġġoranza ta’ dawn il-pazjenti ġarrbu ġrieħi żgħar, ħlief għal pazjent wieħed li kellu jintbagħat l-Isptar Mater Dei minħabba Right fracture neck of femur . Din il- pazjenta kellha bżonn Dynamic Hip Screw. Meta kienet stabbli, reġgħet ġiet riferuta għall-Isptar Karen Grech għar-rijabilitazzjoni. Fir-Residenza San Vincenz de Paule kien 57 incident ta’ residenti li waqgħu. Minn dawn kien hemm żewġ każijiet ta’ ksur/ksur suspettat li ġew riferuti l-Isptar Mater Dei għal aktar investigazzjoni u kura. Il-kumplament tal-pazjenti sofrew ġrieħi ħfief jew żgħar li kollha ġew trattati mit-tobba u l-istaff tal-SVPR.

waiting list għal operazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13450, jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-lokalità ta' residenza tal-pazjenti operati fl-2007, fl-2008 u sa Settembru 2009? X'inhi l-lokalità ta' dawk fil-waiting list għall-istess żewġ operazzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li hemm miġbura fis-‘Surgical Operations Register’ ma tinkludix il-lokalità tar-residenza tal-pazjenti. Minbarra l-isem u n-numru tal-identità tal-pazjent id-dettalji demografiċi l-oħra relevanti għal dan ir-reġistru li jinġabru huma l-età u s-sess tal-pazjent. Bħalissa għaddej eżerċizzju magħruf bħala ‘ Waiting List Management System ’ li huwa fl-aħħar stadji tiegħu u għaldaqstant tali informazzjoni tkun tista’ tittieħed wara li l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

anzjani li daħlu f'residenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani f' a) Zammit Clapp b) Karen Grech ċ) Djar tal-Anzjani d) Residenza San Vinċenz de Paule matul l-2009? X'kienet il-lokalità tar-residenza tagħhom f'kull każ? Kemm minnhom iddaħħlu mill-Isptar Mater Dei f'kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.